Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Novembru: Alla X’Jirrikjedi Minna? jew Għarfien li Jwassal Għall-Ħajja taʼ Dejjem. Jekk in-nies diġà għandhom minnhom, jistaʼ jiġi offrut il-ktieb Qim lill-Uniku Alla Veru jew xi pubblikazzjoni li ħarġet qabel. Diċembru: L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex. Bħala għażla oħra tistaʼ toffri Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja, jew Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art. Jannar: Kwalunkwe ktieb antik li l-kongregazzjoni jistaʼ jkollha maħżun. L-indokratur tas-servizz taʼ kull kongregazzjoni għandu jiċċekkja mal-koordinatur tal-letteratura tas-Sala tas-Saltna biex jara jekk hemmx xi kotba antiki li huma żejda. Jekk intom ma jkollkomx pubblikazzjonijiet antiki maħżunin, jekk jogħġobkom iċċekkjaw mal-kongregazzjonijiet fil-viċin jekk għandhomx pubblikazzjonijiet antiki żejda li tistgħu tużaw. Frar: Ippreżenta l-browxer X’Jirrikjedi u agħmel sforz biex jinbdew studji tal-Bibbja fid-djar.
◼ L-indokratur li jippresiedi għandu jinkariga lil xi ħadd biex jawditja l-kontijiet tal-kongregazzjoni fl-1 taʼ Diċembru jew kemm jistaʼ jkun malajr wara din id-data. Meta dan ikun sar, agħmel avviż lill-kongregazzjoni wara li jkun inqara r-rapport tal-kontijiet li jmiss.
◼ Il-kongregazzjonijiet għandhom jibdew jordnaw il-volumi llegati taʼ The Watchtower u Awake! għall-2003 maʼ l-ordni tagħhom tal-letteratura li jmiss. Il-lista tal-lingwi li dawn il-kotba se jkunu disponibbli bihom se tidher fl-“Avviż lill-Kongregazzjonijiet Kollha,” li jintbagħat kull xahar lill-kongregazzjonijiet kollha. Sakemm il-volumi llegati jkunu disponibbli u jitlestew il-konsenji se jidhru bħala “Pending” fil-listi taʼ l-ippakkjar tal-kongregazzjoni. Il-volumi llegati huma letteratura li tinkiseb b’rikjesta speċjali.
◼ Donazzjonijiet li jsiru b’ċekk u li jintefgħu fil-kaxxi tal-kontribuzzjoni fis-Sala tas-Saltna lokali u fl-assembleat għax-xogħol madwar id-dinja jew għall-Fond għas-Swali tas-Saltna jridu jintgħamlu pagabbli lill-“IBSA (Malta).”