Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 10 taʼ Novembru
10 min: Avviżi lokali u Avviżi magħżulin mill-Ministeru tas-Saltna. Ħejji turija b’mod realistiku dwar kif tuża s-suġġeriment f’paġna 4 biex jiġi preżentat It-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Novembru flimkien maʼ ħarġa kurrenti taʼ Stenbaħ! fit-territorju tiegħek. Iż-żewġ rivisti għandhom jiġu offruti flimkien, minkejja li l-preżentazzjoni ssir fuq waħda biss. Inkludi spjegazzjoni taʼ kif jiġi finanzjat ix-xogħol tagħna madwar id-dinja.—Ara It-Torri taʼ l-Għassa, pġ. 2, jew Stenbaħ! pġ. 5.
15 min: “Kunu Lesti.”a Stieden lil dawk fl-udjenza jikkummentaw fuq x’jgħinhom biex ma jħallux l-ansjetajiet u l-aljenazzjonijiet tas-sistema dinjija preżenti jieħdu mill-ħin li aħjar jintuża f’attivitajiet spiritwali.
20 min: Int Kif Tagħżel maʼ Min Tagħmilha? Diskussjoni maʼ l-udjenza bbażata fuq il-ktieb Qim lil Alla, paġni 47-9. Waqt li tuża l-mistoqsijiet u l-iskritturi ċitati f’paragrafu 13, stieden lill-udjenza tikkummenta fuq prinċipji Bibliċi li għandhom jiggwidawna meta nagħżlu maʼ min nagħmluha.
Għanja 127 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 17 taʼ Novembru
12 min: Avviżi lokali. Intervista żewġ jew tliet pubblikaturi li kellhom esperjenzi interessanti fis-servizz taʼ l-għalqa meta użaw l-offerta kurrenti tal-letteratura. Jistaʼ jkun li xi wħud irnexxielhom jibdew studji tal-Bibbja.
15 min: Ikkultiva Spirtu Ġeneruż. Taħdita minn anzjan, ibbażata fuq it-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Novembru, 2003, paġni 27-30.
18 min: “It-Tifħir Iqawwi lQalb.”b Inkludi kummenti mill-ktieb Hena Fil-Familja, paġni 49-50, paragrafu 21. Stieden lil xi individwi jagħmlu kummenti qosra dwar kif ġew inkuraġġiti meta qalgħu kliem taʼ tifħir mingħand ħaddieħor.
Għanja 58 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 24 taʼ Novembru
12 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet. Ħejji żewġ turijiet dwar kif tuża s-suġġerimenti f’paġna 4 biex tippreżenta t-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Diċembru u Stenbaħ! tat-8 taʼ Diċembru. Tistaʼ tintuża skrittura differenti minn dik li hi suġġerita f’paġna 4. F’kull turija, iż-żewġ rivisti għandhom jiġu offruti flimkien, minkejja li l-preżentazzjoni ssir fuq waħda biss. F’waħda mit-turijiet, il-pubblikatur joffri r-rivisti b’mod informali waqt li jkun qed juża t-trasport pubbliku, jew xi setting lokali ieħor addattat.
10 min: Kaxxa għall-Mistoqsija. Taħdita minn anzjan.
23 min: “Nikkultivaw Intimità maʼ Jehovah.”c Uża l-mistoqsijiet provduti. Ħu kummenti mill-udjenza fuq kif japplikaw l-iskritturi. Ftiehem minn qabel maʼ wieħed jew tnejn mill-aħwa biex jikkummentaw fuq x’għenhom itejbu l-kwalità taʼ l-istudju persunali tagħhom tal-Bibbja.
Għanja 202 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 1 taʼ Diċembru
10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-pubblikaturi biex jitfgħu rrapporti tas-servizz taʼ l-għalqa għal Novembru. Semmi l-offerta taʼ letteratura għal Diċembru. Irrivedi fil-qosor waħda jew tnejn mill-preżentazzjonijiet suġġeriti. Spjega kif il-pubblikaturi jistgħu jużaw il-Watch Tower Publications Index biex isibu iktar preżentazzjonijiet.—Ara l-Ministeru tas-Saltna taʼ Settembru 2001, pġ. 2.
15 min: Bżonnijiet lokali.
20 min: Kwalifikati Kif Jixraq biex Ngħallmu lil Oħrajn. Diskussjoni maʼ l-udjenza bbażata fuq it-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Ġunju, 2000, paġni 16-17, paragrafi 9-13. Waħda mill-miri prinċipali fil-ministeru tagħna hija li nkunu kapaċi ngħallmu b’mod effettiv. Is-suċċess tagħna meta ngħinu wħud bħal nagħaġ jiddependi minn kemm inkunu kapaċi nwasslu l-messaġġ tas-Saltna b’tali mod li jinformahom u jqanqalhom. Iddiskuti l-mistoqsijiet li ġejjin: (1) X’inhi d-differenza bejn li nippridkaw u li ngħallmu? (it-2 pġ. 672 par. 2) (2) Xi wħud għala joqogħdu jaħsbuha biex jipprovaw jikkonduċu studju tal-Bibbja? (3) Kif nistgħu ntejbu l-abbiltà tagħna tat-tagħlim? (4) Kif nistgħu nkunu żguri li l-istudent tagħna qed jifhem dak li qed jitgħallem? (5) Liema mira għandna ngħinuh jilħaq lill-istudent?
Għanja 70 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
c Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.