LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/04 p. 1
  • Il-Valur li ma Bħalu taʼ l-Għerf Divin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Valur li ma Bħalu taʼ l-Għerf Divin
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Materjal Simili
  • Il-Valur Imprezzabbli tal-Edukazzjoni Divina
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Jehovah Juża l-“Bluha” Biex Isalva lil Dawk li Qegħdin Jemmnu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • ‘Kemm huwa profond l-għerf t’Alla!’
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • L-Għerf Veru Jkompli Jgħajjat
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2004
km 1/04 p. 1

Il-​Valur li ma Bħalu taʼ l-​Għerf Divin

1 Xi persuni jaħsbu li x-​Xhieda taʼ Jehovah għandhom jiffokaw l-​isforzi tagħhom b’mod iktar dirett biex jgħinu jtaffu l-​problemi li tiffaċċja l-​umanità llum. Uħud bħal dawn jonqsu li jaraw il-​valur eċċellenti tax-​xogħol tagħna edukattiv mill-​Bibbja. Huwa kif kiteb l-​appostlu Pawlu: “Il-​predikazzjoni [“taz-​zokk tat-​tortura,” New World Translation] hija bluha għal dawk li jintilfu; imma għal dawk li jsalvaw, għalina, hi l-​qawwa taʼ Alla.” (1 Kor. 1:18) Tabilħaqq, aħna nafu li l-​ministeru Kristjan huwa l-​iktar xogħol importanti li qed isir madwar id-​dinja llum.

2 Ħajja Aħjar Issa: L-​isforzi tal-​bnedmin biex isolvu l-​problemi taʼ l-​umanità ma tantx ġabu riżultati. Il-​liġijiet li saru ma waqfux iż-​żjieda tal-​kriminalità. It-​trattati taʼ paċi u l-​forzi għaż-​żamma tal-​paċi ma ġabux tmiem għall-​gwerra. Programmi soċjali ma rnexxilhomx ineħħu l-​faqar. (Salm 146:​3, 4; Ġer. 8:9) Għall-​kuntrarju, il-​messaġġ tas-​Saltna biddel il-​ħajjiet taʼ miljuni billi għenhom biex jilbsu l-​personalità l-​ġdida li hija aċċettabbli għal Alla. (Rum. 12:​2; Kol. 3:​9, 10) Billi jagħmlu dan, huma jgawdu kwalità aħjar taʼ ħajja minn issa.—1 Tim. 4:8.

3 Futur Sabiħ: Minbarra li jgħinna nkampaw b’suċċess maʼ l-​isfidi tal-​ħajja taʼ issa, l-​għerf divin jgħinna nippjanaw b’mod effettiv il-​futur tagħna. (Salm 119:105) Jiffrankalna milli nipprovaw nagħmlu sforzi bla skop biex inbiddlu din is-​sistema. (Koħ. 1:15; Rum. 8:20) Kemm aħna grati li m’aħniex naħlu ħajjitna billi nfittxu miri li huma biss illużjoni! Minflok, aħna niffokaw l-​isforzi tagħna fuq il-​wegħda ċerta taʼ Jehovah għal “smewwiet ġodda u art ġdida” fejn se tgħammar il-​ġustizzja. Meta jasal il-​jum taʼ ġudizzju taʼ Jehovah, se jkun ovvju li dawk li fdaw fl-​għerf divin għamlu l-​aħjar għażla.—2 Pt. 3:​10-13; Salm 37:34.

4 Għalkemm l-​għerf divin jistaʼ jidher li m’huwiex prattiku għal dawk li huma mgħaddsin fl-​“għerf taʼ din id-​dinja,” madankollu fir-​realtà dan huwa l-​uniku mod prattiku kif naġixxu. (1 Kor. 1:21; 2:​6-8) Għalhekk, aħna nkomplu nipproklamaw madwar id-​dinja kollha l-​messaġġ li joriġina minn Alla, li huwa “waħdu fl-​għerf.”—Rum. 16:27.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja