Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fit-23 taʼ Frar, 2004. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tal-5 taʼ Jannar sat-23 taʼ Frar, 2004. [Nota: Fejn m’hemmx referenzi għall-mistoqsija, se jkollok tagħmel riċerka biex issib it-tweġibiet.—Ara Ministry School, pġi. 36-7.]
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. Liema mistoqsijiet nistgħu nistaqsu lilna nfusna meta nippreparaw taħdita biex inkunu ċerti li l-materjal se jinforma u jgħallem lill-udjenza? [ht-MT pġ. 13 par. 6]
2. Meta nippreparaw taħdita, liema benefiċċji jiġu mill-meditazzjoni u r-riċerka, imma x’għandna nevitaw? [ht-MT pġ. 15 pari. 12-13]
3. Xi rridu niftakru meta nużaw xi termini f’taħdita li jkunu familjari għax-Xhieda taʼ Jehovah? [ht-MT pġ. 16 pari. 17-18]
4. L-introduzzjoni taʼ taħdita għala teħtieġ b’mod speċjali preparazzjoni minn qabel b’attenzjoni? [ht-MT pġ. 18 par. 4]
5. Kif nistgħu nkunu ċerti li l-introduzzjoni tagħna twassal għas-suġġett prinċipali tat-taħdita? [ht-MT pġ. 18 par. 9]
INKARIGU NRU. 1
6. Nikodemu x’tilef minħabba li kien indeċiż, u x’nistgħu nitgħallmu minn dan? [w-MT02 2/1 pġ. 12 pari. 1-2, 5-6]
7. (a) Xi jfisser li tkun nadif spiritwalment, u l-indafa spiritwali għala tistaʼ titqies bħala l-iktar tip taʼ ndafa importanti? (b) Il-Kristjani kif jistgħu jevitaw li jaċċettaw in-nuqqas taʼ ndafa morali bħalma jagħmlu tant nies f’din id-dinja? [w-MT02 2/1 pġi. 5-6]
8. Fost il-prinċipji kollha li jinsabu fil-Bibbja, liema huma l-iktar importanti? [w-MT02 2/15 pġ. 5 pari. 1, 4, 6]
9. X’inhi l-empatija, u Ġesù kif wera din il-kwalità? [w-MT02 4/15 pġ. 25 pari. 4-5]
10. Proverbji 11:11 kif japplika għall-kongregazzjonijiet tan-nies taʼ Jehovah? [w-MT02 5/15 pġ. 27 pari. 1-3]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. “Is-siġra tal-ħajja” msemmija f’Ġenesi 2:9 x’tirrappreżenta?
12. Mart Lot għala tilfet ħajjitha? (Ġen. 19:26) [w-MT90 7/15 pġ. 14 par. 10]
13. Fid-drama profetika taʼ Ġenesi kapitlu 24, taʼ min jagħtu stampa (a) Abraham, (b) Iżakk, (ċ) Eligħeżer, il-qaddej t’Abraham, (d) l-għaxar iġmla, u (e) Rebekka?
14. Veru li Alla ddetermina minn qabel id-destin taʼ Ġakobb u Għesaw? (Ġen. 25:23)
15. Rakel b’liema mod kienet eżempju tajjeb taʼ xi ħadd li tbierek minn Jehovah għall-isforz ħabrieki tiegħu? (Ġen. 30:1-8) [w-MT02 8/1 pġi. 29-30]