Nistgħu Nagħmlu Dak li Jehovah Jitlob Minna
1. Maʼ liema sentimenti rridu nissieltu kultant, u għala?
1 L-aħjar mod taʼ ħajja llum hu li ngħixu fi qbil mal-liġijiet u l-prinċipji taʼ Jehovah, u dan jgħinna npoġġu bażi mill-aqwa għall-futur dejjiemi tagħna. (Salm 19:8-12 [19:7-11, NW]; 1 Tim. 6:19) Madankollu, id-dinja taʼ Satana tagħmlilna ħafna pressjoni. Il-ġisem imperfett tagħna jagħmilhielna iktar taʼ sfida. Waqt li nipprovaw inwettqu r-responsabbiltajiet Skritturali tagħna, għandna mnejn kultant inħossuna mtaqqlin. (Salm 40:13 [40:12, NW];Salm 55:2-9 [55:1-8, NW]) Kultant nistgħu saħansitra niddubitaw dwar jekk nistgħux nagħmlu dak kollu li Jehovah jitlob minna. Meta ngħaddu minn żmien bħal dan, x’jistaʼ jgħinna nżommu l-bilanċ spiritwali tagħna?
2. Jehovah kif inhu raġunevoli f’dak li jistenna minna?
2 Il-Kmandamenti taʼ Jehovah M’Humiex Tqal: Jehovah qatt ma jitlob minna dak li m’huwiex raġunevoli. Il-kmandamenti tiegħu m’humiex tqal imma huma għall-ġid tagħna. (Dt. 10:12, 13; 1 Ġw. 5:3) Hu jqis id-dgħjufijiet umani tagħna, waqt li “jiftakar li aħna trab.” (Salm 103:13, 14) Alla bil-ħniena kollha jaċċetta l-aħjar sforzi li nagħmlu biex naqduh, anki jekk dawn ikunu limitati minħabba ċ-ċirkustanzi tagħna. (Lev. 5:7, 11; Mk. 14:8) Hu jistidinna biex inħallu t-tagħbija tagħna f’idejh, u jiżgurana li se jagħmilhielna possibbli biex nibqgħu leali.—Salm 55:23 (55:22, NW); 1 Kor. 10:13.
Il-Bżonn li Nissaportu: Rakkonti Bibliċi taʼ wħud li żammew l-integrità bħal Elija, Ġeremija, u Pawlu juruna li għandna bżonn nissaportu. (Lhud 10:36) Jehovah wiżinhom fi żmien taʼ inkwiet u skuraġġiment. (1 Slat. 19:14-18; Ġer. 20:7-11; 2 Kor. 1:8-11) U aħna nħossuna mqanqlin mil-lealtà taʼ ħutna fi żmienna. (1 Pt. 5:9) Jekk nimmeditaw fuq dawn l-eżempji se niġu megħjunin biex ma naqtgħux qalbna.
4. Għala hu importanti li dejjem niftakru fil-wegħdi t’Alla?
4 It-tama fil-wegħdi t’Alla hija “ankra tar-ruħ.” (Lhud 6:19) Din qanqlet lil Abraham u Sara jaċċettaw it-talba taʼ Jehovah biex jitilqu minn darhom u jgħammru bħala barranin fl-art imwiegħda. Lil Mosè saħħitu biex ma jibżax jieħu waqfa għall-qima vera. Lil Ġesù tagħtu s-saħħa biex jissaporti z-zokk tat-tortura. (Lhud 11:8-10, 13, 24-26; 12:2, 3) Jekk inżommu l-wegħda t’Alla taʼ dinja ġdida taʼ tjieba tħeġġeġ bħal nar f’qalbna, anki aħna se niġu megħjunin biex nibqgħu sodi.—2 Pt. 3:11-13.
5. Għala jistaʼ jkun inkuraġġanti li nirriflettu fuq kif aġixxejna lealment fil-passat?
5 Nistgħu niksbu l-enerġija fis-servizz tagħna billi niftakru wkoll kif fil-passat aħna stess aġixxejna lealment, bi spirtu taʼ sagrifiċċju, u bil-qlubija. (Lhud 10:32-34) Dan ifakkarna fil-ferħ li niksbu meta nagħtu lil Jehovah dak li jitlob minna—id-devozzjoni tagħna b’ruħna kollha.—Mt. 22:37.
3. Jehovah kif isaħħaħna biex nissaportu?