Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fis-26 t’April, 2004. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat taʼ l-1 taʼ Marzu sas-26 t’April, 2004. [Nota: Fejn m’hemmx referenzi għall-mistoqsija, se jkollok tagħmel riċerka biex issib it-tweġibiet.—Ara Ministry School, pġi. 36-7.]
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. Il-valur taʼ dak li ngħidu kif jistaʼ jintilef? [ht-MT pġ. 20 par. 1]
2. Student kif jistaʼ jiddetermina jekk il-volum tiegħu huwiex għoli biżżejjed? [ht-MT pġ. 22 par. 9]
3. Liema sitwazzjoni fil-ħajja taʼ kuljum turi li l-pawsa xierqa hija mod kif tgħid lil dawk fl-udjenza li għandna xi ħaġa li rriduhom jisimgħuha u jiftakruha? [ht-MT pġ. 23 par. 14]
4. Minn xiex jiddependi ħafna jekk dawk fl-udjenza jsegwux u jibbenefikawx mill-qari taʼ l-iskritturi? [ht-MT pġ. 26 par. 2]
5. Kif nistgħu nitgħallmu nintroduċu l-iskritturi b’mod effettiv? [ht-MT pġ. 27 par. 9]
INKARIGU NRU. 1
6. Skond ir-rakkont f’Ġenesi 32:24-32, Ġakobb x’għamel biex kiseb il-barka taʼ Jehovah meta kellu 97 sena, u dan x’jgħallimna? [w-MT02 8/1 pġi. 29-31]
7. X’inhu “l-għaqal,” u permezz tiegħu kif nistgħu ma nitilfux il-bilanċ u ma nweġġgħux bla bżonn? (Prov. 1:4) [w-MT02 8/15 pġi. 21-2]
8. Għala ma kienx faċli għas-segwaċi taʼ Ġesù biex jagħmlu dixxipli min-nies tal-ġnus kollha? (Mt. 28:19) [w-MT02 4/1 pġ. 22 par. 1]
9. Liema tliet fatti jindikaw li l-bniedem inħalaq biex jgħix iktar minn 70 jew 80 sena? [w-MT02 6/1 pġ. 6 par. 1]
10. Jehovah għala temaʼ lill-Iżraelin bil-manna ġimgħa wara ġimgħa, xahar wara l-ieħor, fid-deżert, u minn dan x’nistgħu nitgħallmu? (Dt. 8:16) [w-MT02 9/1 pġ. 30 pari. 3-4]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. Bħalma naraw f’Ġenesi 37:12-17, liema xebh insibu bejn dak li għamel Ġużeppi u dak li għamel Ġesù? [w-MT87 8/1 pġ. 12 par. 12]
12. Bħalma jidher mir-rakkont taʼ Ġenesi 42:25-35, Ġużeppi kif wera mogħdrija b’mod simili għall-mogħdrija li juri Ġesù? [w-MT87 8/1 pġ. 18 par. 10; pġ. 19 par. 17]
13. Il-provvisti li tagħti l-klassi taʼ l-ilsir illum kif jikkorrispondu mat-tqassim tal-qamħ fi żmien Ġużeppi? (Ġen. 47:21-25)
14. Meta qal, “Jien li jien,” Jehovah x’kien qed juri f’konnessjoni maʼ ismu? (Eżo. 3:14, 15)
15. Liema żewġ perikli fit-tgergir huma notati f’Eżodu 16:2, 3? [w93 3/15 pġi. 20-1]