LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/04 p. 3
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2004
Il-Ministeru tas-Saltna—2004
km 4/04 p. 3

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għal April u Mejju: Introduċi kopji individwali kemm tat-​Torri taʼ l-​Għassa u kemm taʼ Stenbaħ! Meta terġaʼ żżur lil nies interessati, li jistgħu jinkludu lil dawk li jattendu t-​Tifkira u/jew xi avvenimenti teokratiċi oħra imma li m’humiex qed jissieħbu b’mod attiv maʼ l-​organizzazzjoni, ipprova ħallilhom il-​ktieb Qim lil Alla. Għandu jsir kull sforz biex jinbeda studju tal-​Bibbja fid-​dar, speċjalment jekk xi individwi diġà studjaw il-​ktieb Għarfien u l-​browxer X’Jirrikjedi. Ġunju: Il-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja. Jekk ikun hemm min jgħid li m’għandux tfal, offri l-​browxer X’Jirrikjedi. Meta tuża l-​browxer, ikkonċentra fuq li tibda studji tal-​Bibbja fid-​djar. Lulju u Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Gawdi l-​Ħajja fuq l-​Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-​Trinità?, “Ħares! Qed Nagħmel l-​Affarijiet Kollha Ġodda,” Ktieb għan-​Nies Kollha, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, Veru li Alla Jimpurtah Minna?, X’Inhu l-​Iskop tal-​Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, u X’Jiġrilna meta Mmutu?

◼ B’seħħ minn April, il-​badges tal-​konvenzjoni distrettwali għall-​2004 se jkunu inklużi awtomatikament mal-​letteratura li tasal bil-​baħar. Mhux se jkun hemm bżonn li dawn jiġu ordnati. Il-​badges se jintbagħtu f’pakketti taʼ 25, skond in-​numru taʼ pubblikaturi f’kull kongregazzjoni. Jekk il-​kongregazzjoni jkollha bżonn iktar badges, dawn għandhom jiġu ordnati fuq il-​Literature Request Form (S-14). Il-​plastik fejn jinżammu l-​badges għandu jiġi ordnat għal dawk kollha fil-​kongregazzjoni li jixtiquh.

◼ Huwa neċessarju għall-​uffiċċju lokali li jżomm dokumentazzjoni aġġornata taʼ l-​indirizzi u n-​numri tat-​telefon taʼ l-​indokraturi li jippresiedu u s-​segretarji kollha. Jekk ikun hemm xi tibdil fi kwalunkwe żmien, il-​Kumitat tas-​Servizz tal-​Kongregazzjoni għandu jimla, jiffirma, u jibgħat il-​formola Presiding Overseer/Secretary Change of Address (S-29) lill-​uffiċċju lokali mill-​ewwel.

◼ Is-​segretarji tal-​kongregazzjoni għandhom iżommu provvista adegwata tal-​formoli Applikazzjoni għas-​Servizz taʼ Pijunier Regulari (S-205-MT) u Applikazzjoni għas-​Servizz taʼ Pijunier Awżiljarju (S-205b-MT). Dawn jistgħu jiġu ordnati fuq il-​Literature Request Form (S-14). Minn taʼ l-​inqas żommu provvista għal sena. Irrevedu l-​formoli kollha taʼ l-​applikazzjoni għal pijunier regulari biex tkunu ċerti li huma kompluti, inkluż id-​data tal-​magħmudija taʼ min ikun applika.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja