LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/04 p. 1
  • Żgħażagħ—Aqraw il-Kelma t’Alla!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żgħażagħ—Aqraw il-Kelma t’Alla!
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Materjal Simili
  • Żgħażagħ, iffokati intom fuq miri spiritwali?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Eżerċita l-​fidi—Iddeċiedi bil-​għaqal!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
  • Ħu Deċiżjonijiet li Jonoraw lil Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Żgħażagħ—Komplu Mmaturaw Spiritwalment Wara l-Magħmudija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2004
km 4/04 p. 1

Żgħażagħ—Aqraw il-​Kelma t’Alla!

1 Iż-​żgħożija hija żmien taʼ sfidi u deċiżjonijiet tqal. Kuljum, ħafna minnkom iż-​żgħażagħ Kristjani tiffaċċjaw pressjonijiet biex tmorru kontra l-​livelli taʼ l-​imġiba li togħġob ’l Alla. Qabel ma tibdew tieħdu d-​deċiżjonijiet persunali dwar l-​edukazzjoni, l-​impjieg, u ż-​żwieġ, l-​ewwel għandkom tkunu diġà għamiltu miri spiritwali. B’dan il-​mod biss se tkunu tistgħu tagħmlu deċiżjonijiet oħra li se jifformaw il-​kumplament taʼ ħajjitkom b’mod tajjeb. Miri spiritwali ċari se jgħinukom taġixxu bl-​għaqal u tirnexxu f’ħajjitkom. Jekk b’mod regulari taqraw il-​Bibbja u timmeditaw dwar dak li taqraw, se titqanqlu biex tgħixu fi qbil mal-​pariri ispirati tagħha, u meta tfittxu l-​affarijiet li huma xierqa f’ħajjitkom se tirnexxu.—Ġoż. 1:8; Salm 1:​2, 3.

2 Kif Se Tibbenefika? Id-​dinja taʼ Satana hija invażata b’affarijiet li jħajruk tagħmel il-​ħażen. (1 Ġw. 2:​15, 16) Għandek mnejn taf b’xi wħud minn sħabek tal-​klassi jew oħrajn taʼ l-​età tiegħek li ġarrbu ħafna inkwiet minħabba li ċedew għall-​pressjoni minn oħrajn taʼ mparhom. Jekk iżżomm mal-​pariri tal-​Bibbja se jkollok is-​saħħa morali u spiritwali biex ma tinvolvix ruħek f’kondotta midinba. Iżjed minn hekk, il-​pariri tal-​Kelma t’Alla jistgħu jgħinuk tevita n-​nases sottili taʼ Satana. (2 Kor. 2:11; Lhud 5:14) Jekk timxi fil-​mogħdija t’Alla se tikseb ferħ veru—sodisfazzjon persunali b’dak li tagħmel f’ħajtek.—Salm 119:​1, 9, 11.

3 Il-​prinċipji tal-​Kelma t’Alla li ma jinbidlu qatt huma aqwa minn kwalunkwe għerf tal-​bniedem. (Salm 119:​98-100) L-​għarfien tal-​prinċipji tal-​Bibbja u l-​meditazzjoni fuq l-​iskopijiet rivelati taʼ Jehovah flimkien maʼ talb mill-​qalb se jgħinuk tibni relazzjoni mill-​qrib maʼ l-​Awtur għaref tal-​Bibbja, Alla Jehovah. Hu jwiegħed: “Ngħallmek u nurik it-​triq li għandek tieħu; nwissik, u nżomm għajnejja fuqek.”—Salm 32:8.

4 Warrab il-​Ħin biex Taqraha: Kristjana żagħżugħa għamlitha mira li taqra l-​Bibbja kollha, u spiċċatha fi żmien sena. Kif ibbenefikat? Hi tiftakar: “Tgħallimt ħafna dwar Jehovah​—affarijiet li ressquni eqreb lejh u li ġagħluni nħoss biżaʼ lejh li rrid nibqaʼ nħossu għall-​bqija taʼ ħajti.” (Ġak. 4:8) Qrajtha int il-​Bibbja kollha? Jekk le, għala ma tagħmilhiex mira li tipprova taqraha? Żgur li Jehovah se jbierek l-​isforzi tiegħek, u int se taħsad premji kbar.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja