“Ħa Ngħollu Ismu Flimkien”
1. Liema opportunità se jkollna sabiex ngħollu isem Alla flimkien, u x’nistgħu nagħmlu issa bħala preparazzjoni għal dan?
1 “Xandru l-kobor tal-Mulej miegħi; ħa ngħollu ismu flimkien.” (Salm 34:4 [34:3, NW]) Il-Konvenzjoni Distrettwali li ġejja “Imxi m’Alla” se tagħtina l-opportunità biex ngħollu isem Jehovah flimkien maʼ ħutna minn diversi kongregazzjonijiet. Irranġajt int għat-trasport, u applikajt għal-leave mix-xogħol sekulari? Ikun għaqli jekk naħsbu għal dawn l-affarijiet minn ħafna qabel.—Prov. 21:5.
2. Għala huwa daqshekk taʼ benefiċċju li tippjana li tasal kmieni għall-konvenzjoni?
2 Naslu fil-Post Fejn Se Ssir il-Konvenzjoni: Hemm ħafna affarijiet x’nieħdu ħsieb meta nattendu konvenzjoni. Jekk nitilqu kmieni mid-dar se nagħtu ċans biex jekk jinqalgħalna xi ħaġa fit-triq xorta nkunu nistgħu nsibu l-post fil-ħin sabiex inkunu nistgħu nieħdu sehem mill-qalb fl-għanja u fit-talba tal-ftuħ. (Salm 69:30) Ftit minuti qabel ma tibda s-sessjoni, iċ-chairman se jkun bil-qiegħda fuq il-platform waqt li tkun qed tindaqq il-mużika tas-Saltna. F’dak il-ħin, ilkoll kemm aħna għandna nsibu postna sabiex il-programm jibda b’mod dinjituż.—1 Kor. 14:33, 40.
3. Kif nistgħu nuru konsiderazzjoni lejn oħrajn meta nfittxu postijiet fejn noqogħdu bil-qiegħda?
3 Il-Kelma t’Alla twissina biex ‘isir kollox fostna bl-imħabba.’ (1 Kor. 16:14) Meta jinfetħu l-bibien, irridu nikkunsidraw lil ħaddieħor, u għalhekk m’għandux ikun hemm ġiri, għaġla żejda, u imbottar sabiex nilħqu l-postijiet li jogħġbuna qabel ħaddieħor. L-uniċi postijiet li tistaʼ terfaʼ huma biss għal dawk li jkunu qed jivvjaġġaw miegħek fil-karozza jew dawk li jgħixu miegħek.—1 Kor. 13:5; Flp. 2:4.
4. Kif nistgħu nħejju qalbna għall-istruzzjoni li nkunu se nirċievu?
4 Pranzu Spiritwali Jistenniena: Is-Sultan Ġosafat kien wieħed li ‘ħejja qalbu biex ifittex lil Alla.’ (2 Kron. 19:3, Karm Żammit) Kif nistgħu nħejju qalbna qabel il-konvenzjoni? L-artiklu fuq il-paġna taʼ wara taʼ Stenbaħ! tat-8 taʼ Ġunju jipprovdi previżjoni taʼ l-ikla spiritwali li se tiġi servuta lilna. Għala ma tiħux ftit ħin sabiex tirrifletti fuq dawk l-artikli, ħalli tantiċipa dak li Jehovah għandu mħejji għalina? Il-fatt li nħejju lil qalbna jinkludi li nitolbu lil Jehovah jgħinna nieħdu s-sens taʼ l-istruzzjoni li se nirċievu u napplikawha.—Salm 25:4, 5.
5. Il-kondotta taʼ xi Xhieda żgħar kif tistaʼ timpressjona lil oħrajn?
5 Kunu Qaddisin fil-Kondotta Kollha Tagħkom: Il-manjieri tajbin tagħna jistgħu jagħtu xiehda qawwija. Is-sena l-oħra Xhud żagħżugħ bl-edukazzjoni kollha talab lir-receptionist tal-lukanda biex tagħtih xi affarijiet ħalli jkun jistaʼ jikteb xi ħaġa u wara rringrazzjaha. Dan impressjonaha ħafna lir-receptionist, u kien hemm min semagħha tgħid: “M’għadikx tara żgħażagħ daqshekk edukati llum.” Madankollu, kien hemm xi każi fejn xi tfal li kienu mingħajr superviżjoni ġew osservati jgħumu, jilagħbu mal-lifts, jitkellmu jgħajtu, u jiġru fil-kurituri. Il-ġenituri m’għandhomx iħallu lil uliedhom jiġru ’l hemm u ’l hawn imma għandhom iżommuhom taħt għajnejhom sabiex ikunu żguri li l-kondotta tagħhom iġġib tifħir lil Jehovah.—Prov. 29:15.
6. Kif nistgħu nuru konsiderazzjoni għal oħrajn meta nkunu qed nieklu f’xi restorant?
6 Il-Kondotta Tagħna fir-Restoranti: Wejter li kien jaħdem f’restorant li kien viċin konvenzjoni qal: “Ix-Xhieda huma differenti. Huma juru rispett lejn oħrajn.” Kondotta tajba tinkludi li meta nitkellmu u nidħqu ma ngħajtux sabiex ma ndejqux lil oħrajn li jkunu qed jieklu. Għandna niftakru wkoll li f’ħafna postijiet hija drawwa li tħalli t-tips. Anki meta nieklu u nixorbu, aħna nfittxu li nagħmlu kollox għall-glorja t’Alla.—1 Kor. 10:31.
7. X’inhu involut f’kondotta tajba fil-post tal-konvenzjoni?
7 Il-Kondotta Tagħna fil-Konvenzjoni: Il-kondotta tagħna għandha tkun tajba b’mod speċjali fil-post fejn tkun qed issir il-konvenzjoni. Jekk jogħġobkom ikkooperaw mad-direzzjonijiet li jagħtu l-attendants, kemm fejn tipparkjaw il-karozzi kif ukoll fis-sala. (Lhud 13:17) Il-familji għandhom ipoġġu flimkien minflok ma jħallu lil uliedhom, saħansitra ż-żgħażagħ, ipoġġu bħala grupp ħdejn żgħażagħ oħra. M’għandu jitwaħħal l-ebda tip taʼ rikorder mas-sistema taʼ l-elettriku jew tas-sawnd tal-post fejn tkun qed issir il-konvenzjoni u dawn għandhom jintużaw biss b’tali mod li ma jdejqu lil ħadd. Jekk tixtieq tieħu xi ritratti, tużax il-flash waqt is-sessjonijiet. Il-pagers u t-telefons ċellulari għandhom jiġu ssettjati b’tali mod li ma jtellfu lil ħadd. Jekk tara xi inċident fil-faċilità, jekk jogħġbok informa lill-attendant jew lil min ikun inkarigat mid-Dipartiment taʼ l-Ewwel Għajnuna minflok ma ċċempel 112.
8. X’inhi x-xewqa tagħna, u għala?
8 Ilkoll kemm aħna nixxennqu biex nitgħallmu iktar mill-Kelma t’Alla, għax nirrealizzaw li permezz tagħha nistgħu nikbru għas-salvazzjoni. (1 Pt. 2:2) Għalhekk, jalla lkoll inkunu preżenti għall-Konvenzjoni Distrettwali “Imxi m’Alla” u “ngħollu ismu flimkien.”—Salm 34:4 (34:3, NW). (km-E 4/04)
[Kaxxa f’paġna 6]
Modi Kif Ngħollu Isem Alla
◼ Ippjana bil-quddiem
◼ Uri mħabba għal oħrajn
◼ Ipprepara qalbek
◼ Ħu ħsieb sew it-tfal
◼ Uri konsiderazzjoni għal oħrajn