LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/04 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 10 taʼ Mejju
  • Ġimgħa li Tibda 17 taʼ Mejju
  • Ġimgħa li Tibda 24 taʼ Mejju
  • Ġimgħa li Tibda 31 taʼ Mejju
  • Ġimgħa li Tibda 7 taʼ Ġunju
Il-Ministeru tas-Saltna—2004
km 5/04 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 10 taʼ Mejju

Għanja 193

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna. Billi tuża s-​suġġerimenti f’paġna 4, ħejji turija dwar kif tippreżenta t-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Mejju maʼ ħarġa kurrenti taʼ Stenbaħ! Iż-​żewġ rivisti għandhom jiġu offruti flimkien, minkejja li ssir preżentazzjoni fuq rivista waħda biss. Fit-​turija, uri mod kif tistaʼ twieġeb lil xi ħadd li jkun irid iwaqqaf diskussjoni billi jgħid “Għandi r-​reliġjon tiegħi stess.”​—Ara l-​ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-​Bibbja, paġni 10-11.

15 min: Kellimtu lill-​Imgħallem Tiegħek? Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza minn anzjan ibbażata fuq l-​artiklu “Int se Tkun Hemm?” fil-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Jannar 2000, paġna 1. Inkludi kummenti mill-​ktieb Ministry School, paġna 67.

20 min: “Wessgħu Qalbkom.”a Inkludi kummenti mill-​ktieb Qim lil Alla, paġna 150, paragrafu 14.

Għanja 18 u talba taʼ għeluq.

Ġimgħa li Tibda 17 taʼ Mejju

Għanja 188

10 min: Avviżi lokali.

15 min: “Uri li Int Grat.”b Skond kemm jippermetti l-​ħin, stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw fuq l-​iskritturi ċitati. Meta tiddiskuti paragrafu 3, ħejji persuna jew tnejn li reċentement qdew bħala pijunieri awżiljarji biex jirrakkontaw dwar il-​barkiet li esperjenzaw meta għamlu dan.

20 min: Aħna Nieħdu Ħsieb Xulxin. (1 Kor. 12:​25, 26) Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażata fuq il-​ktieb Our Ministry, paġni 157-9, taħt is-​sottitlu “Concern for One Another” (Nuru Interess f’Xulxin). Għalkemm il-​poplu taʼ Jehovah jinsab f’kull parti tad-​dinja, aħna lkoll magħqudin flimkien. Ilkoll kemm aħna għandna nitolbu għal ħutna kuljum. Aħna malajr nipprovdu l-​bżonnijiet materjali meta jinqalaʼ xi bżonn urġenti. Aqra u iddiskuti l-​iskritturi prinċipali, u inkludi esperjenza jew tnejn mill-​pubblikazzjonijiet tagħna.

Għanja 100 u talba taʼ għeluq.

Ġimgħa li Tibda 24 taʼ Mejju

Għanja 128

12 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet. Ħejji turija taʼ kif jistgħu jiġi preżentati t-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Ġunju u Stenbaħ! tat-​8 taʼ Ġunju. Addatta kull preżentazzjoni għal xi ħadd minn reliġjon lokali.

15 min: “Mużika Rifreskanti.” Taħdita u diskussjoni maʼ ludjenza. Inkludi kummenti mit-​2002 Yearbook, paġna 175, u t-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Frar, 1997, paġna 27, paragrafi 1-2.

18 min: Kun Preparat biex Tagħti Xiehda Informali. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażata fuq il-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Ġunju 2003, paġna 3. Ipprepara bil-​quddiem biex xi wħud jirrakkontaw esperjenzi li kellhom meta taw xiehda informali. Ħejji turija qasira dwar kif jistgħu jintużaw il-​fuljett Tixtieq Tkun Taf Iżjed dwar il-​Bibbja? u l-​ktejjeb Good News for All Nations (Aħbar Tajba għall-​Ġnus Kollha) meta nkunu qed nagħtu xiehda informali.

Għanja 211 u talba taʼ għeluq.

Ġimgħa li Tibda 31 taʼ Mejju

Għanja 26

8 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jagħmlu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għax-​xahar taʼ Mejju.

17 min: Il-​Ħajja—Rigal li Għandna Ngħożżu. Diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażata fuq il-​ktieb Reasoning, paġni 25-6. Inkludi kummenti mill-​Awake! tat-​22 taʼ Mejju, 1993, paġni 10-​11. Kieku kif tispjega l-​ħarsa taʼ Jehovah lejn l-​abort lil xi ħadd li jħoss li l-​mara għandha dritt tiddeċiedi fuq kwistjonijiet li jeffettwaw lil ġisimha? Irrakkonta l-​esperjenza fit-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Jannar, 2000, paġni 4, paragrafi 4-5.

20 min: “Noffru Il-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja.” Matul ix-​xahar taʼ Ġunju se noffru din il-​pubblikazzjoni. Iġbed l-​attenzjoni lejn xi karatteristiċi deskritti fl-​introduzzjoni f’paragrafi 1-5, tal-​ktieb. Ħu kummenti mill-​udjenza dwar dak li jogħġobhom mill-​ktieb. Irrivedi l-​preżentazzjonijiet suġġeriti. Enfasizza kif tuża l-​istampi meta tkun qed toffri l-​ktieb. Ħejji persuna żagħżugħa biex tagħmel turija tat-​tielet preżentazzjoni u xi ħadd adult għal waħda mill-​oħrajn.

Għanja 24 u talba taʼ għeluq.

Ġimgħa li Tibda 7 taʼ Ġunju

Għanja 136

10 min: Avviżi lokali. Iddiskuti l-​punti prinċipali “Mezz t’Għajnuna għall-​Pubbliku.” Semmi ftit mil-​lingwi li niltaqgħu magħhom fit-​territorju lokali.

15 min: Bżonnijiet lokali.

20 min: Uża Tixbihat Effettivi Meta Tgħallem. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażata fuq it-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Settembru, 2002, paġni 22-4. Liema erbaʼ fatturi jagħmlu tixbiha effettiva? Għala hu taʼ vantaġġ li nżommu t-​tixbihat sempliċi? Fejn nistgħu nsibu tixbihat tajbin? Eżamina ftit mill-​eżempji fil-​kaxxa f’paġna 23, u iddiskuti x’inhu dak li jagħmel kull tixbiha effettiva.

Għanja 133 u talba taʼ għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja