Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 12 taʼ Lulju
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-Ministeru tas-Saltna. Uża s-suġġeriment f’paġna 4, u ħejji turija taʼ kif jiġi preżentat It-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Lulju flimkien maʼ waħda mill-ħarġiet kurrenti taʼ Stenbaħ! Iż-żewġ rivisti għandhom jiġu offruti flimkien, minkejja li ssir preżentazzjoni fuq rivista waħda biss.
18 min: “Imita l-Ġustizzja taʼ Jehovah.”a Skond ma jippermetti l-ħin, stieden lill-udjenza sabiex tikkummenta fuq l-iskritturi ċitati.
17 min: “Ħa Ngħollu Ismu Flimkien.”b Trid tingħata mis-segretarju tal-kongregazzjoni u għandhom jintużaw il-mistoqsijiet li ġew provduti. Semmi liema l-konvenzjoni ġiet assenjata biex tattendi l-kongregazzjoni. Il-ħinijiet tal-programm huma mniżżlin fl-insert tal-Ministeru tas-Saltna taʼ Diċembru taʼ l-2003. Tistaʼ tiġbed l-attenzjoni għal xi punti mill-insert skond il-bżonn. Ikkonkludi billi tistaqsi żewġ mistoqsijiet jew tlieta mill-artiklu “Ikel Spiritwali fiż-Żmien Xieraq,” li se jiġi diskuss fil-Laqgħa tas-Servizz tal-ġimgħa li jmiss.
Għanja 16 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 19 taʼ Lulju
10 min: Avviżi lokali. Iddiskuti l-importanza taʼ li jkollok programm regulari taʼ qari mill-Bibbja kuljum, anki meta l-attivitajiet tas-sajf ibiddlulna r-rutina tas-soltu. Inkludi kummenti dwar it-Torri taʼ lGħassa tal-15 t’Awissu, 2000, paġna 32.
15 min: “Ikel Spiritwali fiż-Żmien Xieraq.”c Uża l-mistoqsijiet li ġew provduti. Meta tiddiskuti paragrafu 2, stieden pubblikatur jew tnejn fl-udjenza sabiex jikkummentaw fil-qosor dwar konvenzjoni memorabbli li attendew. Ikkonkludi billi tistaqsi xi żewġ mistoqsijiet mill-artiklu “Dehra Persunali Safja u taʼ Min Ifaħħarha,” li se jiġi diskuss fil-Laqgħa tas-Servizz li se ssir fil-ġimgħa li tibda 26 taʼ Lulju.
20 min: “Nikkonduċu Studji tal-Bibbja Progressivi—L-Ewwel Parti.” Taħdita li trid tingħata mill-indokratur tas-servizz. Ħalli l-udjenza tikkummenta fuq il-materjal fil-ktieb Proclaimers, paġni 572-4, li juri l-iżvilupp tax-xogħol taʼ l-istudju tal-Bibbja fi żmien modern. Ibni entużjażmu għas-serje t’artikli li jmiss. Fost is-suġġetti li se nikkunsidraw se naraw kif nippreparaw biex nikkonduċu studju, kif ngħinu lill-istudent jipprepara, kemm materjal irridu nkopru, kif nużaw l-iskritturi b’mod effettiv, kif nittrattaw il-mistoqsijiet li jqajjem l-istudent, kif nintroduċu t-talba, u kif nidderieġu lill-istudent lejn l-organizzazzjoni. Inkuraġġixxi lil kulħadd sabiex japplika s-suġġerimenti provduti u jżomm dawn l-artikli bħala referenza għall-futur.
Għanja 10 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 26 taʼ Lulju
12 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet. Fakkar lill-pubblikaturi sabiex jitfgħu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Lulju. Uża s-suġġerimenti f’paġna 4, u ħejji turija taʼ kif jiġu preżentati t-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 t’Awissu u Stenbaħ! tat-8 t’Awissu. F’kull turija, uri modi differenti kif nistgħu nwieġbu lil xi ħadd li jipprova jwaqqaf il-konversazzjoni billi jgħid “Għala Tiġu Daqshekk Spiss?”—Ara l-ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-Bibbja, paġna 12.
8 min: Kaxxa għal Mistoqsija. Trid tingħata minn anzjan. Aqra u iddiskuti l-artiklu kollu.
25 min: “Kif Nippridkaw f’Territorju taʼ Negozju.”d Semmi l-arranġamenti lokali sabiex nippridkaw f’territorji tannegozju. Uri fil-qosor iż-żewġ preżentazzjonijiet f’paragrafi 4-5 jew uri preżentazzjoni oħra li kienet effettiva. Skond ma jippermetti l-ħin, stieden lill-membri taʼ l-udjenza sabiex jaqsmu xi esperjenzi pożittivi li kellhom waqt li kienu qed jaħdmu f’territorju tan-negozju.
Għanja 173 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 2 t’Awissu
8 min: Avviżi lokali.
15 min: “Ma Nittraskurawx id-Dar t’Alla Tagħna.” Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza. Uri speċifikament dak li jistaʼ jsir lokalment sabiex nieħdu ħsieb is-Sala tas-Saltna.
22 min: “Dehra Persunali Safja u taʼ Min Ifaħħarha.”e Uża l-mistoqsijiet li ġew provduti. Skond ma jippermetti l-ħin, aqra u iddiskuti l-iskritturi ċitati.
Għanja 32 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
c Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
d Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
e Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.