Kaxxa għall-Mistoqsija
◼ Il-kopji persunali tat-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! kif jistgħu jinkisbu?
Ladarba minn ftit żmien ilu ’l hawn m’għadhomx isiru abbonamenti għat-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! kemm bħala rivisti u anki bħala awdjokasetts bil-lingwi kollha, il-pubblikaturi kollha għandhom jiksbu r-rivisti, l-awdjokasetts, u l-MP3 CDs permezz tal-kongregazzjoni lokali. L-unika eċċezzjoni li ssir hi għar-rivisti u l-awdjokasetts bil-Braille, li jiġu mibgħutin bil-posta b’xejn lil dawk l-uħud li jikkwalifikaw. Jekk jogħġobkom innotaw li l-kongregazzjonijiet jistgħu jagħmlu l-ordni għar-rivisti fuq l-awdjokasetts jew l-MP3 CDs permezz tal-formola Congregation Requests (M-202). L-edizzjonijiet b’lingwi barranin u dawk miktuba b’ittri kbar għandhom jordnawhom billi jużaw l-istess formola.
Jekk xi ħadd fit-territorju tagħkom jitlob biex jirċievi r-rivisti regolarment, jekk jogħġobkom kunu ċerti li tieħdu ħsieb dan malajr kemm jistaʼ jkun sabiex ma jkollu l-ebda ħarġa nieqsa. Uħud li ġew maqtugħin mis-sħubija jistgħu jiksbu rivisti jew letteratura oħra għall-użu persunali tagħhom mill-bank tal-letteratura fis-Sala tas-Saltna. Uħud li ġew maqtugħin mis-sħubija m’għandhomx ikunu inklużi f’xi rotta bir-rivisti.
L-uniċi abbonamenti li l-fergħa taʼ l-Istati Uniti se tħalli huma għal dawk l-uħud li ma jistgħux jintlaħqu minn pubblikaturi tal-kongregazzjoni permezz taʼ rotta bir-rivisti. Jekk il-Kumitat tas-Servizz tal-Kongregazzjoni jitlob dawn labbonamenti għal xi ħadd li ma jistax jiksibhom mod ieħor, is-segretarju għandu jinkludi nota qasira li turi li l-abbonament ġie eżaminat u approvat mill-Kumitat tas-Servizz tal-Kongregazzjoni.
Dan ifisser li l-pubblikaturi m’għandhomx jibagħtu r-rikjesti tagħhom lill-uffiċċju tal-fergħa u jitolbu għal abbonament persunali. Kwalunkwe rikjesta bħal din għal abbonamenti li jsiru minn pubblikaturi jew minn uħud interessati se tintbagħat lura lill-kongregazzjoni.
◼ Il-priġunieri kif jistgħu jiksbu kopji persunali tar-rivisti?
Jekk ikun hemm kongregazzjoni li tkun qed tieħu ħsieb ixxogħol tax-xandir li jsir fiċ-ċentru korrettiv tistaʼ tordna r-rivisti għal dawk li jkunu miżmumin hemmhekk, u mbagħad dawn jiksbu l-kopji persunali tar-rivisti tat-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! permezz tal-pubblikaturi li jżuruhom. Meta dan ma jkunx possibbli, il-priġunieri jistgħu jabbonaw għalihom personalment billi jiktbu lill-uffiċċju tal-fergħa. Jekk jogħġobkom innotaw li priġunieri li jkunu ġew maqtugħin mis-sħubija jistgħu jiksbu l-kopji persunali tagħhom tar-rivisti skond kif inhu spjegat f’dan il-paragrafu.