Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 11 t’Ottubru
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-Ministeru tas-Saltna. Ħeġġeġ lil kulħadd biex juża l-mistoqsijiet li hemm fl-ewwel paġna u jirrivedi n-noti tiegħu bi tħejjija għad-diskussjoni maʼ l-udjenza dwar il-Konvenzjoni Distrettwali “Imxi m’Alla” li se ssir fil-Laqgħa tas-Servizz tal-ġimgħa d-dieħla. Uża s-suġġerimenti f’paġna 8, (jekk huma addattati għat-territorju tiegħek) u ħejji turija taʼ kif jiġi preżentat It-Torri taʼ l-Għassa tal-15 t’Ottubru flimkien maʼ ħarġa reċenti taʼ Stenbaħ! Inkuraġġixxi lill-pubblikaturi biex jużaw skrittura fil-preżentazzjoni tagħhom. Jistgħu jintużaw ukoll preżentazzjonijiet realistiċi oħrajn.
15 min: Sib il-Ferħ Billi Tgħin lil Oħrajn. (Ġw. 4:34) Intervisti. Huwa taʼ ferħ li tara lil xi ħadd wiċċu jixgħel għax ikun qed jitgħallem il-veritajiet tal-Kelma t’Alla. (w-E94 3/1 p. 29 par. 6-7) Intervista tnejn jew tliet pubblikaturi jew pijunieri li huma effettivi biex jużaw il-Bibbja fil-ministeru u biex jibdew u jikkonduċu studji tal-Bibbja. Kif jikkultivawh l-interess li jsibu? X’ferħ isibu meta jagħmlu dan? Staqsihom biex jirrakkontaw jew jirreċtaw xi esperjenzi li kellhom fil-ministeru.
20 min: “Kampanja Speċjali għat-Tqassim tal-Browxer il-Ġdid.”a Trid tingħata mill-indokratur tas-servizz. Ħejji turija għall-preżentazzjonijiet suġġeriti. F’waħda mit-turijiet, l-inkwilin juri ftit interess fil-preżentazzjoni mill-Iskrittura u jingħata fuljett minflok browxer.
Għanja 69 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 18 t’Ottubru
5 min: Avviżi lokali. Iddiskuti fil-qosor l-arranġamenti għall-kampanja speċjali biex jitqassam il-browxer il-ġdid.
40 min: “Il-Konvenzjoni Distrettwali Tħeġġiġna biex Nimxu m’Alla.” Trid tingħata minn anzjan. Wara introduzzjoni taʼ minuta jew inqas, iddiskuti maʼ l-udjenza l-programm tal-konvenzjoni billi tuża l-mistoqsijiet fl-artiklu. Qassam il-ħin b’tali mod li tuża l-mistoqsijiet kollha, forsi billi tieħu tweġiba waħda biss għal ċerti mistoqsijiet. Jistgħu ma jinqrawx l-iskritturi mniżżlin kollha fil-ħin assenjat; dawn qegħdin biex jgħinuna nsibu t-tweġibiet. Il-kummenti għandhom jiffokaw fuq il-benefiċċji li jiġu meta napplikaw dak li tgħallimna.
Għanja 165 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 25 t’Ottubru
12 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet. Uri preżentazzjoni li qed ikollha riżultati tajbin fit-territorju lokali taʼ kif jiġi offrut il-browxer il-ġdid. Skond kemm jippermetti l-ħin, irrakkonta xi esperjenzi mill-kampanja speċjali.
18 min: Dak li t-Tfal Jeħtieġu mill-Ġenituri. Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza bbażata fuq Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir, paġni 6-7. Huwa vitali li t-tfal jitgħallmu l-prinċipji bażiċi tal-Bibbja dwar il-qima vera u jifhmu l-irwol prinċipali li għandhom il-ġenituri fil-proċess tat-taħriġ. Iddiskuti s-suġġerimenti li jingħataw taʼ kif jiġi studjat il-ktieb. Stieden lill-ġenituri biex jikkummentaw dwar kif għamlu użu minn din l-għajnuna għall-istudju. Stieden ukoll lil xi żewġt itfal biex jirrakkontaw għala japprezzaw din il-pubblikazzjoni.
15 min: Esperjenzi Lokali. Irrakkonta xi esperjenzi li gawdejna tul il-kampanja speċjali għat-tqassim tal-browxer il-ġdid. L-esperjenzi li jispikkaw jistgħu jiġu reċtati. Enfasizza dak li twettaq, u faħħar lil kulħadd taʼ l-isforzi tiegħu. Il-Laqgħa tas-Servizz tal-ġimgħa d-dieħla se tikkunsidra kif għandna nikkultivaw l-interess billi nużaw il-browxer il-ġdid.
Għanja 62 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 1 taʼ Novembru
10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-pubblikaturi sabiex jitfgħu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa. Matul Novembru se jiġi offrut il-ktieb Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir. Irrivedi fil-qosor is-suġġerimenti f’paġna 3 taʼ kif jiġi offrut il-ktieb u uri waħda mill-preżentazzjonijiet. Jekk hemm xi metodu differenti li jistaʼ jkun iktar effettiv fit-territorju lokali, dan jistaʼ jiġi diskuss u muri. Jekk il-ħin jippermetti, stieden lill-udjenza biex tikkummenta dwar kif użat din il-pubblikazzjoni fil-ministeru.
20 min: Kif Ngħinu lil Dawk li Jitkellmu b’Lingwa Oħra. Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza bbażata fuq l-introduzzjoni taʼ Good News for People of All Nations. Enfasizza punti mill-ktejjeb il-ġdid. Iddiskuti t-tliet passi li għandna nieħdu biex ngħinu lil dawk li jitkellmu b’lingwa li aħna ma nifhmux. Inkludi kummenti mill-Ministeru tas-Saltna taʼ Lulju 2003, paġna 4. Inkludi turija li turi kif tuża l-ktejjeb il-ġdid.
15 min: Esperjenzi lokali. Stieden lill-udjenza biex tirrakkonta xi esperjenzi li gawdiet s’issa tul il-kampanja speċjali bil-browxer. Ippjana minn qabel biex tagħmel reċta taʼ esperjenzi li jispikkaw. Jekk il-kongregazzjoni m’għandhiex ħafna browxers, staqsi biex tara jekk hemmx xi kopji żejda li jistgħu jittieħdu lura fil-bank tal-letteratura.
Għanja 175 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.