Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 13 taʼ Diċembru
10 min: Avviżi lokali u avviżi magħżulin mill-Ministeru tas-Saltna. Inkuraġġixxi lil kulħadd sabiex jara l-vidjo No Blood—Medicine Meets the Challenge (Mingħajr Demm—Il-Mediċina Tilqaʼ l-Isfida) bħala preparazzjoni għad-diskussjoni tal-ġimgħa d-dieħla. Semmi l-arranġamenti speċjali għas-servizz taʼ l-għalqa għall-25 taʼ Diċembru u l-1 taʼ Jannar. Uża s-suġġerimenti f’paġna 8 (jekk huma addattati għat-territorju tiegħek) u ħejji turija taʼ kif jiġi preżentat It-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Diċembru flimkien maʼ ħarġa reċenti taʼ Stenbaħ! Jistgħu jintużaw preżentazzjonijiet realistiċi oħra. Uri x’għandu jsir meta jkun hemm xi ħadd li jipprova jwaqqaf il-konversazzjoni billi jgħid “Jien Diġà Midħla Sewwa taʼ Xogħolkom.”—Ara l-ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq il-Bibbja, pġ. 12.
15 min: “Meħtieġa l-Għajnuna Tiegħek.”a Agħmel intervista qasira m’anzjan. Itolbu jirrakkonta x’inkuraġġieh jirsisti biex jaqdi fil-kongregazzjoni u x’għenu jikkwalifika.
20 min: “Nippridkaw lil tal-Familja—Kif?”b Uża l-mistoqsijiet li huma provduti. Stieden lil dawk fl-udjenza sabiex jagħmlu kummenti qosra fuq kif irnexxielhom iqajmu l-interess u jagħtu xiehda lil qrabathom.
Għanja 17 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 20 taʼ Diċembru
5 min: Avviżi lokali.
15 min: “Kif Nibbenefikaw mill-Iskola tal-Ministeru Teokratiku.” Taħdita mill-indokratur taʼ l-iskola. Inkludi kummenti mill-insert tal-Ministeru tas-Saltna t’Ottubru 2004. Ħejji xi żewġ aħwa bil-quddiem sabiex jikkummentaw fuq kif qed jibbenefikaw mill-iskola.
25 min: “Ibbenefika mill-Vidjo No Blood—Medicine Meets the Challenge.” Diskussjoni maʼ l-udjenza fuq il-vidjo No Blood, u għandhom jintużaw il-mistoqsijiet li huma provduti f’paġna 6. Wara aqra l-aħħar paragrafu. Inkuraġġixxi lil kulħadd sabiex ikun preżenti l-ġimgħa d-dieħla għad-diskussjoni li se tgħinna nżommu ’l bogħod mid-demm.
Għanja 50 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 27 taʼ Diċembru
5 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet. Fakkar lill-pubblikaturi biex jitfgħu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Diċembru. Billi jintużaw is-suġġerimenti f’paġna 8 (jekk huma addattati għat-territorju tiegħek), ħejji turija taʼ kif jiġi preżentat It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Jannar jew Stenbaħ! tat-8 taʼ Jannar.
15 min: Niffaċċjaw Sfidi Mediċi b’Mod Fiduċjuż. Taħdita minn anzjan kwalifikat li juża l-outline provdut mill-uffiċċju lokali. Irrivedi l-punti prinċipali mill-kaxxa “Provvedimenti biex Jgħinuna Nitbiegħdu mid-Demm.”
15 min: “Konvenzjoni Distrettwali tax-Xhieda taʼ Ġeħova għas-sena 2005, ‘Ubbidjenza Lejn Alla’.”c Trid tingħata mis-segretarju tal-kongregazzjoni. Wara li tikkunsidra paragrafu 2, aqra l-ittra tal-15 taʼ Diċembru, 2004, dwar l-inkarigi għall-konvenzjoni. Inkuraġġixxi lil kulħadd sabiex jagħmel arranġamenti għall-konvenzjoni malajr kemm jistaʼ jkun.
10 min: L-Irwol tal-Kuxjenza Tiegħek. Taħdita minn anzjan, ibbażata fuq It-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Ġunju, 2004, paġni 23-4, paragrafi 16-19. Enfasizza li d-deċiżjonijiet li niffaċċjaw u li jkunu jinvolvu l-kuxjenza huma serji, ladarba jeffettwaw ir-relazzjoni tagħna maʼ Ġeħova.
Għanja 8 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 3 taʼ Jannar
5 min: Avviżi lokali. Semmi l-offerta taʼ letteratura għal Jannar.
15 min: “Nikkonduċu Studji tal-Bibbja Progressivi—Ir-Rabaʼ Parti.” Wara introduzzjoni qasira taʼ mhux iktar minn minuta li tkun ibbażata fuq l-1 paragrafu, ħejji turija taʼ ħames minuti bbażata fuq paragrafi 2-3 li fiha dak li jkun qed jikkonduċi l-istudju juri lill-istudent kif jipprepara għall-istudju. Fit-turija għandu jiġi użat paragrafu mill-ktieb Għarfien jew mill-browxer X’Jirrikjedi. Wara dan kompli b’diskussjoni permezz taʼ mistoqsijiet u tweġibiet fuq paragrafi 2-5, u enfasizza l-punti prinċipali mit-turija.
25 min: “Ibqaʼ Miexi b’Mod Progressiv f’Rutina Magħmula bl-Ordni.”d Mistoqsijiet u tweġibiet.
Għanja 79 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
c Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
d Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.