X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 taʼ Frar
“Kultant, nisimgħu dwar rapporti li jsostnu li sar xi miraklu. [Semmi xi eżempju.] Xi wħud jemmnu dawn ir-rapporti. Oħrajn huma dubjużi. Din ir-rivista teżamina jekk il-mirakli mniżżlin fil-Bibbja seħħewx verament u jekk affarijiet bħal dawn jiġrux illum.” Aqra Ġeremija 32:21.
It-Torri taʼ l-Għassa 1 taʼ Mar.
“Taħseb li d-dinja tkun post aħjar li kieku kulħadd japplika dan il-parir? [Aqra Rumani 12:17, 18. Imbagħad agħti ċans għal tweġiba.] B’dispjaċir, kultant ikun hemm xi differenzi persunali. Din ir-rivista turi kif jekk napplikaw il-pariri tal-Bibbja nistgħu niġu megħjunin nirranġaw dawn id-differenzi u nerġgħu ngawdu l-paċi.”
Stenbaħ! 8 taʼ Mar.
“Fiż-żminijiet tal-qedem, Alla kkmanda lit-tfal biex jonoraw lil ommhom kif ukoll lil missierhom. [Aqra Eżodu 20:12.] Taħseb li llum l-ommijiet qed jiġu onorati kif jixraq? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-rivista teżamina l-isfidi li qed jiffaċċjaw l-ommijiet f’diversi pajjiżi u kif huma qed jegħlbu dawn l-isfidi.”