X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa Jan-Mar.
“Ħafna nies jitolbu biex tiġi s-Saltna t’Alla. Per eżempju, innota din it-talba magħrufa li Ġesù għallem lis-segwaċi tiegħu. [Aqra Mattew 6:9, 10.] Qatt ħsibt dwar x’inhi din is-Saltna u meta se tiġi? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-rivista turi x’tgħid il-Bibbja dwar dan.”
Stenbaħ! Jan-Mar.
“Ħafna nies jitgħallmu dwar l-isem t’Alla meta jibdew jaqraw il-Bibbja. Int taf x’inhu? [Agħti ċans għal tweġiba.] Ippermettili nurik. Jinsab hawn fil-Bibbja. [Aqra Salm 83:19 (83:18, NW).] Din ir-rivista turi kif intuża l-isem t’Alla Ġeħova fil-passat. [Uri paġni 20-21.] Jekk trid tkun taf iktar dwar l-isem divin, jien ċert li se tieħu gost taqra dan l-artiklu.”