X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 taʼ Frar
“Xi nies jiddubitaw jekk jeżistix Alla bħala persuna. Oħrajn jgħidu li jeżisti imma jħossu li qiegħed ’il bogħod minnhom. Innotajtu int dan? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota għala hu importanti li ssir taf lil Alla sewwa. [Aqra Ġwann 17:3.] F’dan ir-rigward, se ssib li l-artikli tal-bidu f’din il-ħarġa huma interessanti.”
It-Torri taʼ l-Għassa 1 taʼ Mar.
“Nixtiequ l-opinjoni tiegħek dwar din l-iskrittura interessanti. [Aqra Mattew 5:10.] Kif jistaʼ xi ħadd ikun ferħan meta jkun qed jiġi persegwitat? [Agħti ċans għal tweġiba.] L-ewwel żewġ artikli f’din ir-rivista jitkellmu dwar uħud li żammew il-ferħ minkejja t-tbatija tagħhom. Int se tkun interessat li taqra dwar kif għamlu hekk.”
Stenbaħ! 8 taʼ Mar.
“Taqbel int li minkejja l-problemi tal-ħajja aħna xorta waħda għandna għalfejn inkunu grati? [Agħti ċans għal tweġiba.] Raġuni waħda għala għandna nkunu grati hija għall-mod kif aħna magħmulin. [Aqra Salm 139:14.] Kemm għandna nkunu grati li għandna s-sensi neċessarji biex napprezzaw il-ħajja, kif turi din il-ħarġa taʼ Stenbaħ!”