Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fis-27 taʼ Ġunju, 2005. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tat-2 taʼ Mejju sas-27 taʼ Ġunju, 2005. [Nota: Fejn m’hemmx referenzi għall-mistoqsija, trid tagħmel riċerka int biex issib it-tweġibiet.—Ara Ministry School, pġi. 36-7.]
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. Liema affarijiet se jgħinuk tiddetermina liema hi tixbiha adattata? [ht pġ. 74 pari. 12, 14]
2. Biex it-tixbihat jappellaw għall-udjenza tiegħek, minfejn għandhom jittieħdu? [ht pġi. 74-75 pari. 17-19]
3. Għala huwa taʼ valur li nitgħallmu nadattaw il-materjal tagħna għall-ministeru taʼ l-għalqa? [ht pġ. 76 pari. 1-3]
4. Meta nippreparaw it-taħditiet tagħna, għala rridu noqogħdu attenti biex nagħżlu punti xierqa? [ht pġi. 77-78 pari. 6-8]
5. Il-konklużjoni kif tistaʼ tirrelataha mat-tema tat-taħdita tiegħek? [ht pġ. 79 pari. 1–3]
INKARIGU NRU. 1
6. X’direzzjoni hemm fil-Kelma t’Alla dwar l-edukazzjoni tat-tfal? [w03 3/15 pġ. 12 par. 2; pġ. 14 par. 3]
7. Ġeħova kif wera interess f’David bħala żagħżugħ, u David kif wera interess f’Ġeħova? [w03 4/15 pġ. 29 par. 4; pġ. 30 par. 3]
8. Ġeħova għala nnota s-sagrifiċċju t’Abel, u dan minn xiex jaċċertana? (Ġen. 4:4) [w03 5/1 pġ. 28 par. 4–pġ. 29 par. 1]
9. X’inhi d-dixxiplina taʼ Ġeħova li Proverbji 3:11 (NW) iwissina biex ma niċħdux? [w03 10/1 pġ. 20 pari. 2-4]
10. Xi jfisser li ‘tkun kuntent b’dak li għandek’ kif imniżżel fl-1 Timotju 6:6-8? [w03 6/1 pġ. 9 pari. 1-2; pġ. 10 par. 1]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. Ir-rabta taʼ mħabba li għaqqdet lil Ġonatan u David xi ffigurat bil-quddiem? (2 Sam. 1:26) [w89 4/1 pġ. 14 par. 13]
12. X’nistgħu nitgħallmu mill-ewwel attentat taʼ David biex iġib l-arka tal-patt lejn Ġerusalemm? (2 Sam. 6:2-9)
13. Wara li David u Batseba dinbu, għala kellu jmut it-tifel tagħhom ladarba Dewteronomju 24:16 u Eżekjel 18:20 jgħidu li iben m’għandux imut minħabba l-iżball taʼ missieru? (2 Sam. 12:14; 22:31)
14. Kif nafu li dak li sostna Siba dwar Mefiboset kien gidba? (2 Sam. 16:1-4)
15. Il-mod kif irreaġixxa Mefiboset għas-sitwazzjoni tiegħu maʼ Siba għala hu t’eżempju mill-aqwa għalina? (2 Sam. 19:24-30)