Reviżjoni tal-Jum t’Assemblea Speċjali
Dan il-materjal se jintuża fil-programm tal-Laqgħa tas-Servizz ftit qabel u ftit wara li l-kongregazzjoni tattendi l-jum t’assemblea speċjali għas-sena taʼ servizz 2006. L-indokratur li jippresiedi se jagħmel arranġamenti għal din il-ħarsa bil-quddiem tal-programm u r-reviżjoni, kif inhu spjegat fil-Ministeru tas-Saltna t’Awissu 2004, paġna 5. Waqt ir-reviżjoni, għandek tistaqsi l-mistoqsijiet kollha, u tiffoka l-attenzjoni fuq kif nistgħu napplikaw l-informazzjoni li ġiet preżentata.
IS-SESSJONI TAʼ FIL-GĦODU
1. X’jiġifieri li wieħed iżomm għajnejh sempliċi, u dan għala hu taʼ sfida llum? (“Għala Għandek Iżżomm Għajnek Sempliċi?”)
2. Kif nibbenefikaw billi nżommu għajnejna sempliċi? (“Aħsad il-Barkiet Talli Żżomm Għajn Sempliċi”)
3. Liema periklu hemm f’ħafna attivitajiet hekk imsejħin normali? (“Inżommu Għajn Sempliċi f’Dinja mill-Agħar”)
IS-SESSJONI TAʼ WARA NOFSINHAR
4. Kif jistgħu l-ġenituri u oħrajn jinkuraġġixxu liż-żgħażagħ biex isusu wara miri spiritwali? (“Ġenituri li Jimmiraw Sew il-Vleġeġ Tagħhom” u “Żgħażagħ li Jirsistu biex Jilħqu Miri Spiritwali”)
5. Kif nistgħu nżommu l-pass maʼ l-organizzazzjoni taʼ Ġeħova (a) bħala individwi? (b) bħala familji? (ċ) bħala kongregazzjoni? (“Iffoka fuq li Żżomm il-Pass maʼ l-Organizzazzjoni taʼ Ġeħova”)