Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fil-31 t’Ottubru, 2005. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tal-5 taʼ Settembru sal-31 t’Ottubru, 2005. [Nota: Fejn m’hemmx referenzi wara l-mistoqsija, ikollok bżonn tagħmel riċerka int innifsek biex issib it-tweġibiet.—Ara Ministry School, pġi. 36-7.]
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. Kif nistgħu nkunu ċerti li nżommu mal-ħin fil-ministeru? [ht pġ. 84 par. 27]
2. X’inhuma xi modi prattiċi kif inżommu mal-ħin li jkollna f’taħdita? [ht pġ. 84 pari. 28-9]
3. X’jiġifieri li kelliemi jkun ekwilibrat? [ht pġ. 85 par. 1]
4. Kif tistaʼ tkun kunfidenti meta tagħti taħdita? [ht pġ. 86 pari. 5-6]
5. X’inhuma xi affarijiet li juru li kelliemi jkun nieqes mill-ekwilibriju? [ht pġ. 87 par. 10]
INKARIGU NRU. 1
6. X’jiġifieri li ‘nfittxu bil-ħeġġa,’ jew bis-serjetà, lil Ġeħova, u kif nistgħu nuru li qed nagħmlu dan? (Ebr. 11:6) [w03 8/15 pġ. 25 par. 2; pġ. 26 pari. 1-2; pġ. 27 par. 2]
7. X’inhu “l-mudell taʼ kliem mimli saħħa [“l-eżempju tat-tagħlim sħiħ,” Għaqda Biblika Maltija],” u l-anzjani kif jistgħu juru li jżommuh? (2 Tim. 1:13, 14) [w03 1/1 pġ. 29 par. 3–pġ. 30 par. 1]
8. Ġwanni għala jgħammed lin-nies? [gt kap. 11]
9. X’nistgħu nitgħallmu mit-tentazzjonijiet taʼ Ġesù? [gt kap. 13]
10. Marija x’tinnota fit-tieġ, u Ġesù għala joġġezzjona għas-suġġeriment t’ommu? [gt kap. 15]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. Jappoġġa t-2 Slaten 13:21 it-twemmin fil-venerazzjoni tar-relikwi?
12. Kien Ħeżekija għamel xi ftehim maʼ lEġittu? (2 Slat. 18:19-21, 25)
13. Għalkemm il-kitbiet Assirjani tal-ġrajjiet li kienu jsiru minn sena għal sena ma jsemmux b’mod speċifiku t-telfa spettakolari li sofra Sanħerib minn Ġeħova, xi ssib interessanti dwar dak li hemm imniżżel f’dawk il-kitbiet? (2 Slat. 19:35, 36)
14. Min kien missier Saltijel? (1 Kron. 3:16-18)
15. Fi żmien is-Sultan Sawl, ir-Rubenin, il-Gadin, u nofs it-tribù taʼ Manasse kif ħallew eżempju tajjeb għall-qaddejja kollha t’Alla llum? (1 Kron. 5:18-22)