LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/05 p. 7
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2005
Il-Ministeru tas-Saltna—2005
km 12/05 p. 7

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għal Diċembru: Offri l-​ktieb L-​Aqwa Bniedem Li Qatt Għex. Inkella, uża ktieb ieħor bħall-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja, jew Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art jekk il-​kongregazzjoni għandha maħżun. Jannar: Kwalunkwe pubblikazzjoni antika li l-​kongregazzjoni għandha maħżuna. L-​indokratur tas-​servizz taʼ kull kongregazzjoni għandu jiċċekkja mal-​koordinatur tal-​letteratura tas-​Sala tas-​Saltna biex jara jekk hemmx iżżejjed minn xi kotba antiki. Jekk m’għandkomx pubblikazzjonijiet antiki maħżuna, jekk jogħġbok iċċekkja mal-​kongregazzjonijiet fil-​qrib jekk għandhomx letteratura antika disponibbli li tistgħu tużaw. Frar: Offri l-​ktieb Ersaq Qrib Lejn Jehovah. Marzu: Offri l-​browxer Ibqaʼ Għassa! Jekk l-​individwu juri interess ġenwin, introduċi l-​ktieb Għarfien bil-​mira li tibda studju tal-​Bibbja.

◼ L-​inviti tat-​Tifkira għas-​sena 2006 fil-​lingwa primarja taʼ kull kongregazzjoni dalwaqt se jintbagħtu. Jekk hemm lingwi oħrajn mitkellma fit-​territorju tagħkom u tixtiequ provvista taʼ inviti b’dawk il-​lingwi, dawn għandhom jiġu ordnati mill-​iktar fis possibbli fuq il-​Literature Request Form (S-14). Lista tal-​lingwi kollha li bihom se jkunu disponibbli l-​inviti għat-​Tifkira se tidher fl-​“Avviż għall-​Kongregazzjonijiet Kollha,” li jintbagħat kull xahar. Jekk jogħġobkom, ordnaw biss dawk il-​lingwi li hemm bżonn fit-​territorju tagħkom.

◼ Jekk jogħġobkom innotaw li t-​Tifkira għas-​sena 2007 se tkun nhar it-​Tnejn, 2 t’April, wara nżul ix-​xemx. Dan l-​avviż bil-​quddiem qiegħed jingħata sabiex l-​aħwa jkunu jistgħu jibbukkjaw jew jagħmlu kuntratti skond il-​bżonn għal swali disponibbli għal meta jkun hemm diversi kongregazzjonijiet li jużaw is-​Sala tas-​Saltna u jkunu jridu jinstabu faċilitajiet oħrajn. F’każi bħal dawn, l-​anzjani għandu jkollhom ftehim mal-​maniġment biex jiżguraw li ma jkun hemm ebda tfixkil minn attivitajiet oħrajn fil-​bini sabiex l-​osservanza tat-​Tifkira tkun tistaʼ ssir b’manjiera paċifika u bl-​ordni.

◼ Minħabba l-​importanza tat-​Tifkira, il-​ġemgħa taʼ l-​anzjani għandha tagħżel wieħed mill-​iktar anzjani kwalifikati biex ikun il-​kelliemi għat-​Tifkira minflok ma tagħżel lil min imissu jew tuża lill-​istess ħu kull sena. Jekk hemm anzjan kapaċi mill-​midlukin li jistaʼ jagħti t-​taħdita, għandu jintgħażel hu.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja