LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/06 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 9 taʼ Jannar
  • Ġimgħa li Tibda 16 taʼ Jannar
  • Ġimgħa li Tibda 23 taʼ Jannar
  • Ġimgħa li Tibda 30 taʼ Jannar
  • Ġimgħa li Tibda 6 taʼ Frar
Il-Ministeru tas-Saltna—2006
km 1/06 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 9 taʼ Jannar

Għanja 10

5 min: Avviżi lokali. Permezz tas-​suġġerimenti f’paġna 8 jew preżentazzjonijiet oħra adattati għat-​territorju tiegħek, uri kif tippreżenta t-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Jannar flimkien mal-​ħarġa taʼ Stenbaħ! taʼ Jannar-Marzu. F’waħda mit-​turijiet, uri kif pubblikatur jagħti xiehda f’territorju taʼ negozju. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jara l-​vidjo Transfusion-Alternative Health Care​—Meeting Patient Needs and Rights bħala preparazzjoni għad-​diskussjoni li se ssir tliet ġimgħat oħra fil-​Laqgħa tas-​Servizz.

10 min: Programm Ġdid taʼ l-​Assemblea tas-​circuit. Taħdita bbażata fuq l-​artiklu “Programm Ġdid taʼ l-​Assemblea tas-​Circuit” li deher fil-​Ministeru tas-​Saltna t’Awissu f’paġna 5. Ibni antiċipazzjoni għall-​programm u iġbed l-​attenzjoni għall-​mistoqsijiet bħala reviżjoni. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu n-​noti ħalli jkun preparat għar-​reviżjoni li tkun se ssir ftit ġimgħat wara l-​assemblea.

12 min: “Il-​Ktieb X’Tgħallem il-​Bibbja?​—L-​Għajnuna Prinċipali Tagħna għal Studji tal-​Bibbja.”a Qanqal l-​entużjażmu biex jinbdew studji tal-​Bibbja permezz tal-​ktieb il-​ġdid.

18 min: “Kif Tibda Studji bil-​Ktieb X’Tgħallem il-​Bibbja?” Diskussjoni maʼ l-​udjenza b’turijiet ibbażati fuq paġna 3 taʼ l-​insert. Nistgħu nibdew nużaw il-​ktieb X’Tgħallem il-​Bibbja? immedjatament biex nibdew u nikkonduċu studji tal-​Bibbja maʼ dawk li juru interess. Irranġa għal tliet turijiet preparati sew li juru kif tuża (1) paġni 4-5, (2) paġna 6, u (3)  l-​ewwel paragrafu f’paġna 7 biex tibda studju tal-​Bibbja meta tagħmel żjara lura. Semmi l-​punti prinċipali qabel kull turija, u irrivediha wara. Tistaʼ tqassar il-​konsiderazzjoni tal-​paragrafi tal-​ktieb X’Tgħallem il-​Bibbja? skond il-​bżonn. Ikkonkludi kull turija billi l-​pubblikatur jiftiehem għaż-​żjara li jmiss.

Għanja 125 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 16 taʼ Jannar

Il-kongregazzjonijiet kollha se jattendu l-​assemblea tas-​circuit fi tmiem din il-​ġimgħa.

Ġimgħa li Tibda 23 taʼ Jannar

Għanja 60

10 min: Avviżi lokali u avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna. Aqra r-​rapport tal-​kontijiet u l-​ittra taʼ ringrazzjament għad-​donazzjonijiet. Permezz tas-​suġġerimenti f’paġna 8 jew preżentazzjoni oħra adattata għat-​territorju tiegħek, ħejji żagħżugħ, jew żagħżugħa, biex juri kif jippreżenta t-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Frar flimkien maʼ ħarġa kurrenti taʼ Stenbaħ!

15 min: Organizzati biex Nagħmlu r-​Rieda taʼ Ġeħova. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażata fuq paġni 4-7 tal-​ktieb Organizzati biex Nagħmlu r-​Rieda taʼ Ġeħova. Wara introduzzjoni taʼ inqas minn tliet minuti bbażata fuq paġna 4, ikkonduċi diskussjoni maʼ l-​udjenza fuq paġna 5 sas-​sottitlu f’paġna 7. Porzjonijiet oħra tal-​ktieb Organizzati se jiġu kunsidrati fil-​Laqgħat tas-​Servizz fil-​futur.

20 min: “Uri Interess Persunali​—Billi Tistaqsi Mistoqsijiet u Tagħti Widen.”b Meta tkun qed tiddiskuti paragrafu 2, staqsi lill-​udjenza liema mistoqsijiet sabu effettivi biex jibdew konversazzjonijiet. Uri kif tistaʼ tgħin lill-​inkwilin iħossu komdu jesprimi ruħu billi tuża mistoqsijiet bit-​tattika u tismaʼ b’attenzjoni.

Għanja 205 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 30 taʼ Jannar

Għanja 197

5 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Jannar. Semmi l-​offerta taʼ letteratura għal Frar, u ħejji turija taʼ waħda mill-​preżentazzjonijiet. Fakkar lil kulħadd biex il-​ġimgħa d-​dieħla jġibu n-​noti tagħhom għar-​reviżjoni taʼ l-​ewwel ġurnata mill-​programm taʼ l-​assemblea tas-​circuit. Ħabbar l-​arranġamenti tas-​servizz taʼ l-​għalqa tal-​kongregazzjoni għall-​btala pubblika li hemm il-​Ġimgħa, 10 taʼ Frar.

20 min: “Żgħażagħ li Qed Jiddu Bħala Dawwala.”c Stieden liż-​żgħażagħ biex jikkummentaw dwar kif irnexxielhom jagħtu xiehda l-​iskola. Tistaʼ tħejji minn qabel xi persuna jew tnejn biex jagħtu l-​kumment tagħhom.

20 min: “Vidjo li Jenfasizza Żvilupp Mediku Importanti.” Aqra Atti 15:​28, 29 u enfasizza fil-​qosor li r-​raġuni prinċipali għala l-​Kristjani ma jiħdux trasfużjonijiet tad-​demm hi biex jonoraw il-​liġi t’Alla dwar il-​qdusija tad-​demm. Imbagħad ibda mill-​ewwel b’diskussjoni dwar il-​vidjo Patient Needs and Rights, billi tuża l-​mistoqsijiet li hemm provduti fl-​artiklu. Ikkonkludi billi taqra l-​aħħar paragrafu.

Għanja 45 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 6 taʼ Frar

Għanja 74

5 min: Avviżi lokali. Stieden lil dawk li qdew bħala pijunieri awżiljarji fir-​rebbiegħa li għaddiet biex jirrakkontaw kif irnexxielhom jaqdu bħala pijunieri u x’barkiet u ferħ esperjenzaw b’riżultat taʼ dan. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jikkunsidraw bit-​talb jekk jistgħux jaqdu bħala pijunieri awżiljarji matul Marzu, April, u Mejju.​—Prov. 10:22.

25 min: Insiru Midħla taʼ l-​Għodda l-​Ġdida Tagħna taʼ Tagħlim. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza. Stieden lill-​udjenza biex tikkummenta dwar xi karatteristiki li għoġbuha fil-​ktieb X’Tgħallem il-​Bibbja? bħal, per eżempju, il-​mistoqsijiet tal-​bidu u l-​kaxxa tar-​reviżjoni li tenfasizza l-​punti prinċipali taʼ kull kapitlu (pġi. 106, 114), l-​istampi u t-​tabelli (pġi. 122-3, 147, 198), u l-​appendiċi (pġ. 197, pari. 1-2). Il-​ktieb miktub b’tali mod li jiġbdek u jappella (pġ. 12, par. 12). Jagħti spjegazzjonijiet sempliċi u ċari (pġ. 58, par. 5) u juża tixbihat effettivi (pġ. 159, par. 12). L-​introduzzjoni hija magħmula b’mod li tgħinna nibdew studji tal-​Bibbja (pġi. 3-7). Uri kif tuża l-​kaxxa f’paġna 7 maʼ student tal-​Bibbja ġdid. Irrakkonta esperjenzi li kien hemm meta ntuża l-​ktieb il-​ġdid.

15 min: Reviżjoni taʼ l-​Assemblea tas-​Circuit—l-​Ewwel Ġurnata. Stieden lill-​udjenza biex twieġeb il-​mistoqsijiet li jinsabu fl-​artiklu “Reviżjoni taʼ l-​Assemblea tas-​Circuit” f’paġna 5 tal-​Ministeru tas-​Saltna t’Awissu 2005. Ir-​reviżjoni għandha tiffoka fuq il-​valur prattiku taʼ l-​informazzjoni. It-​tieni ġurnata tal-​programm se tiġi riveduta iktar tard fix-​xahar.

Għanja 16 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja