Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fis-27 taʼ Frar, 2006. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tat-2 taʼ Jannar sas-27 taʼ Frar, 2006. [Nota: Fejn m’hemmx referenzi wara l-mistoqsija, ikollok bżonn tagħmel riċerka int innifsek biex issib it-tweġibiet.—Ara Ministry School, pġi. 36-7.]
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. Fejn għandu jkun evidenti l-avanz fl-applikar tal-prinċipji tal-Bibbja fil-ħajja taʼ kuljum? [ht pġ. 93 par. 7]
2. L-aħwa rġiel kif jistgħu jkomplu jagħmlu avanz? [ht pġi. 94-95 pari. 10-11]
3. Għala huwa essenzjali li l-materjal tagħna jkun speċifiku meta nitkellmu u ngħallmu? [ht pġ. 12 par. 2]
4. X’inhuma xi mistoqsijiet li nistgħu nistaqsu lilna nfusna meta nkunu qed nippreparaw taħdita li se tgħinna nenfasizzaw il-valur prattiku tal-materjal? [ht pġ. 14 par. 8]
5. X’se jgħinna nagħtu t-taħdita b’mod ċar? [ht pġ. 15, par. 16]
INKARIGU NRU. 1
6. Flimkien maʼ l-ewwel erbaʼ dixxipli tiegħu, x’jagħmel Ġesù li juri li hu jagħti prijorità lix-xogħol taʼ l-ippridkar? (Mk. 1:21-22) [gt kap. 23]
7. X’nitgħallmu dwar il-ħakma tas-Saltna taʼ Ġesù mill-mod kif ittratta lir-raġel imġiddem? (Mk. 1:40-45) [gt kap. 25]
8. X’juri li Ġesù jikkunsidra t-talb bħala li hu importanti ħafna? (Mk. 1:35) [gt kap. 24]
9. Għala huwa loġiku li nikkonkludu li Ġesù ma segwiex id-drawwa mhix Skritturali taʼ dak iż-żmien li jaqraw Adonaj minflok l-isem divin meta qara mill-Iskrittura Ebrajka? (Mt. 7:29; Ġw. 17:6, 26) [bi7 pġ. 415 par. 1]
10. Xi jfissru t-tixbihat dwar il-libsa qadima u l-ġlud taʼ l-inbid qodma? (Mt. 9:16-17) [gt kap. 28]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. Kienu l-Urim u t-Tummim, li kienu jintużaw meta jkun hemm bżonn tweġiba mingħand Ġeħova, disponibbli għall-eżiljati li marru lura? (Esd. 2:61-63)
12. Ħafna mil-Lhud f’Babilonja għala ma kinux lesti jmorru Ġerusalemm m’Esdra? (Esd. 7:28–8:20)
13. Kif jistaʼ raġel jagħmel ix-xogħol tal-bini mill-ġdid billi juża id waħda biss? (Neħ. 4:11, 12 [Neħ. 4:17, 18, NW])
14. Ladarba l-ittri kunfidenzjali kienu jitpoġġew f’borża siġillata, Sanballat għala bagħat “ittra miftuħa” lil Neħemija? (Neħ. 6:5)
15. Minbarra li ‘beda jsib ħtija’ (NW) fil-Lhud minħabba li waqgħu fil-baxx, bħalma għamel qabel man-nobbli u l-ħakkiema deputati, liema miżuri oħra taʼ korrezzjoni ħa Neħemija? (Neħ. 13:25, 28)