Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Frar: Offri l-ktieb Ersaq Qrib Lejn Jehovah. Marzu: Offri l-ktieb il-ġdid Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Agħmel sforz speċjali biex tibda studji tal-Bibbja. April u Mejju: Offri kopji individwali tat-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Meta tagħmel żjajjar lura lil persuni interessati, inkluż dawk li jattendu t-Tifkira u/jew attivitajiet teokratiċi oħra iżda m’humiex jassoċjaw b’mod attiv mal-kongregazzjoni, ipprova ħallilhom il-ktieb il-ġdid Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Il-mira għandha tkun li jinbeda studju tal-Bibbja b’dan il-ktieb.
◼ Minħabba li April fih ħames Sibtijiet u Ħdud, u l-Ġimgħa, 14 t’April hija festa pubblika, ikun xahar eċċellenti biex wieħed jaqdi bħala pijunier awżiljarju.
◼ It-taħdita pubblika speċjali għall-istaġun tat-Tifkira 2006 se tkun intitolata “Min Qed Jikkontrolla Dak li Jiġri fuq l-Art?” Ara l-avviż fil-Ministeru tas-Saltna taʼ Settembru 2005.
◼ L-artiklu f’paġna 6 intitolat “Ingawdu l-Istudju tal-Ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?” se jkun diskuss fil-Laqgħa tas-Servizz tal-ġimgħa li tibda 3 t’April. Jekk jogħġobkom erfgħu dan l-artiklu u l-iskeda li hemm miegħu.
◼ L-indokratur li jippresiedi, jew xi ħadd inkarigat minnu, għandu jawditja l-kontijiet tal-kongregazzjoni fl-1 taʼ Marzu jew kemm jistaʼ jkun malajr wara din id-data. Jekk hemm xi kont bankarju ieħor, bħal per eżempju tal-manutenzjoni jew tal-kostruzzjoni, għandhom isiru arranġamenti sabiex jiġi awditjat dan il-kont. Meta dan ikun sar, għandu jsir avviż lill-kongregazzjoni mar-rapport tal-kontijiet li jmiss.
◼ Il-Kumitat tal-Pajjiż għandu kopji taʼ dokumenti legali biex jintużaw għad-dritt taʼ proprjetà taʼ kongregazzjoni. Meta tinħass il-ħtieġa biex dawn id-dokumenti legali jiġu aġġornati, l-anzjani għandhom jakkwistaw l-aħħar informazzjoni mill-uffiċċju taʼ Malta.
◼ Is-segretarju u l-indokratur tas-servizz għandhom jirrivedu l-attività tal-pijunieri regulari kollha. Jekk xi ħadd minnhom qed isib diffikultà biex jilħaq il-ħtieġa tas-sigħat, l-anzjani għandhom jiftiehmu biex jagħtuh l-għajnuna. Għal xi suġġerimenti, irrivedu l-ittri annwali S-201.