LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/06 pp. 3-4
  • Ippjana Issa biex Taqdi Bħala Pijunier Awżiljarju!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ippjana Issa biex Taqdi Bħala Pijunier Awżiljarju!
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2006
Il-Ministeru tas-Saltna—2006
km 8/06 pp. 3-4

Ippjana Issa biex Taqdi Bħala Pijunier Awżiljarju!

1. Għala għandna npoġġu miri għas-​sena taʼ servizz li ġejja?

1 Irridu npoġġu miri jekk irridu nagħmlu progress spiritwali. Liema miri persunali għamilt int għas-​sena taʼ servizz li ġejja? Mira mill-​aqwa hi s-​servizz taʼ pijunier awżiljarju. Ladarba din l-​attività pjaċevoli ġeneralment tirrikjedi xi ppjanar minn qabel, issa hu żmien tajjeb biex tibda taħsiblu. Għala għandek tikkunsidra s-​servizz taʼ pijunier awżiljarju?

2. Għala għandna nikkunsidraw is-​servizz taʼ pijunier awżiljarju bħala mira?

2 Is-​servizz taʼ pijunier awżiljarju jippermettilna naqdu lil Missierna tas-​sema “iktar bis-​sħiħ” billi nqattgħu iktar ħin fil-​ministeru. (1 Tess. 4:1) Hekk kif nikkunsidraw dak kollu li Ġeħova għamel magħna, qalbna tqanqalna biex ‘noffru sagrifiċċju taʼ tifħir lil Alla.’ (Ebr. 13:15; 1 Ġw. 4:​9, 10) M’għandniex xi ngħidu, is-​servizz taʼ pijunier awżiljarju jeħtieġ li nissagrifikaw mill-​ħin tagħna u li nagħmlu sforz. Ġeħova jaf sew x’inhuma ċ-​ċirkustanzi taʼ kull wieħed u waħda minna u s-​sagrifiċċji persunali li nagħmlu biex naqduh. (Ebr. 6:​10) Aħna nħossu ferħ kbir minħabba li nafu li qed nogħġbu lil Ġeħova permezz tax-​xogħol iebes tagħna.​—1 Kron. 29:9; Is. 65:14.

3, 4. Kif nibbenefikaw mis-​servizz taʼ pijunier awżiljarju?

3 Benefiċċji: Iktar ma tagħmel xi ħaġa, ġeneralment iktar issir faċli għalik biex tagħmilha u iktar tieħu gost tagħmilha. Jekk tqattaʼ iktar ħin fil-​ministeru iktar se ssir kunfidenti fuq il-​bibien. Se ssir iktar tas-​sengħa biex tibda konversazzjonijiet u tuża l-​Bibbja tiegħek. Iktar ma titkellem dwar il-​fidi tiegħek iktar se ssaħħaħha. Ħafna li ma kinux qed jikkonduċu studju tal-​Bibbja rnexxielhom jibdew wieħed meta qdew bħala pijunieri awżiljarji.

4 Is-​servizz taʼ pijunier awżiljarju jistaʼ wkoll jagħtina l-​inkuraġġiment li jkollna bżonn jekk il-​ministeru tagħna jkun sar monotonu. Ħu li qabel kien pijunier regulari u li ħass li kien qed jagħti wisq importanza lix-​xogħol sekulari ddeċieda li jaqdi bħala pijunier awżiljarju għal xahar wieħed. Hu qal: “Ma ridtx nemmen kemm xahar wieħed saħħaħni spiritwalment! Għamilt arranġamenti biex naqdi bħala pijunier awżiljarju b’mod kontinwu, u dan wassal biex erġajt sirt pijunier regulari.”

5. Kif nistgħu negħlbu xi ostakli komuni għas-​servizz taʼ pijunier awżiljarju?

5 Egħleb l-​Ostakli: Xi wħud joqogħdu lura milli japplikaw għas-​servizz taʼ pijunier awżiljarju minħabba li jħossu li m’humiex kapaċi bħala predikaturi. Jekk dan qed iġagħlek toqgħod lura, ftakar li Ġeħova jistaʼ jgħinek. Għalkemm Mosè kien ‘tqil f’fommu u f’ilsienu,’ Ġeħova użah biex iwettaq ir-​rieda tiegħu. (Eżo. 4:​10-​12) Jekk tbati minn problemi taʼ saħħa jew għandek skeda mimlija, taqtax qalbek malajr milli taqdi bħala pijunier awżiljarju. Għandu mnejn jirnexxilek tilħaq il-​ħtieġa tas-​sigħat iktar faċilment milli taħseb. Ħamsin siegħa f’xahar ifissru medja taʼ inqas minn sagħtejn kuljum. Skeda raġunevoli tistaʼ tagħmilhielek possibbli li taqdi bħala pijunier awżiljarju. Jekk għandek skeda mimlija, forsi tistaʼ ċċaqlaq xi attivitajiet li m’humiex bżonnjużi għal xahar ieħor. Xi wħud b’xogħol full-time rnexxielhom jużaw il-​ħin bl-​aħjar mod biex jaqdu bħala pijunieri awżiljarji billi ħadu biss ġurnata leave jew tnejn.​—Kol. 4:5.

6. Għala huwa taʼ benefiċċju li nitolbu dwar li naqdu bħala pijunieri awżiljarji?

6 Kif Tistaʼ Tagħmlu: Jekk m’intix ċert jekk tistax taqdi bħala pijunier awżiljarju, itlob dwar ix-​xewqa tiegħek. (Rum. 12:​11, 12) Itlob lil Ġeħova biex ibierek l-​isforzi ħalli żżid il-​ministeru tiegħek. Hu jistaʼ jgħinek tagħmel deċiżjonijiet għaqlin dwar kif taġġusta l-​iskeda tiegħek. (Ġak. 1:5) Jekk m’għandekx ix-​xewqa, itlob lil Ġeħova biex jgħinek tieħu gost bix-​xogħol taʼ l-​ippridkar. (Lq. 10:​1, 17) Jekk tħoss li m’għandekx il-​kwalitajiet meħtiġin, itlob bil-​ħrara lil Ġeħova għall-​qlubija.​—Atti 4:​29.

7. Kif jistaʼ membru tal-​familja jiġi megħjun jaqdi bħala pijunier awżiljarju jekk jiġi applikat Proverbji 15:22?

7 Iddiskutu bħala familja l-​mira tas-​servizz taʼ pijunier awżiljarju. (Prov. 15:22) Forsi membru wieħed tal-​familja jistaʼ jaqdi bħala pijunier awżiljarju bl-​appoġġ taʼ l-​oħrajn fl-​istess dar. Per eżempju, il-​membri tal-​familja għandhom mnejn ikunu jistgħu jiddeċiedu bejniethom min jistaʼ jaħdem mal-​pijunier awżiljarju fil-​għaxijiet jew fi tmiem il-​ġimgħa. Jistgħu joffru li jgħinu b’xogħlijiet li ġeneralment jagħmel il-​wieħed li jkun qed jaqdi bħala pijunier awżiljarju. Barra minn hekk, iddiskuti m’oħrajn fil-​kongregazzjoni dwar ix-​xewqa tiegħek li taqdi bħala pijunier, speċjalment maʼ dawk li għandhom ċirkustanzi simili. Dan jistaʼ jkattar iżjed entużjażmu u appoġġ.

8. Liema xhur tistaʼ tagħżel biex taqdi bħala pijunier awżiljarju?

8 Agħti daqqa t’għajn lejn il-​kalendarju tas-​sena taʼ servizz ġdida, u ddetermina meta forsi tkun tistaʼ taqdi bħala pijunier awżiljarju. Jekk int taħdem full-time jew tmur l-​iskola, forsi tistaʼ tikkunsidra x-​xhur li għandhom Sibt, Ħadd, jew jum taʼ btala iktar mix-​xhur l-​oħrajn. Settembru, Marzu, u Ġunju għandhom ħames Sibtijiet, u Ottubru, April, u Lulju għandhom ħamest Iħdud. Diċembru għandu ħames Sibtijiet u Ħdud. Forsi tixtieq tikkunsidra x-​xhur li ġeneralment ikollhom temp sabiħ. Madwar id-​dinja qed tiġi pjanata attività speċjali għal Ottubru u Novembru. Dawn jistgħu jkunu xhur eċċellenti biex taqdi bħala pijunier awżiljarju. Forsi tixtieq tikkunsidra s-​servizz taʼ pijunier matul ix-​xahar li l-​indokratur tas-​circuit ikun se jaqdi fil-​kongregazzjoni tiegħek. Ladarba tagħżel ix-​xhur li fihom tixtieq taqdi bħala pijunier awżiljarju, ibda ħejji skeda bil-​miktub li se tgħinek tilħaq il-​ħtieġa tas-​sigħat.

9. X’nistgħu nagħmlu jekk ma nistgħux naqdu bħala pijunieri awżiljarji?

9 Jistaʼ jkun li wara li ‘tikkalkula l-​ispejjeż’ bir-​reqqa, ma jkunx possibbli għalik li taqdi bħala pijunier awżiljarju matul ix-​xhur li ġejjin. (Lq. 14:28) Madankollu, xorta jistaʼ jkollok spirtu taʼ pijunier. Kompli agħmel kulma tistaʼ fil-​ministeru, bil-​fiduċja li Ġeħova qed jieħu gost bik meta tagħtih l-​aqwa tiegħek. (Lq. 21:​1-4) Forsi ċ-​ċirkustanzi tiegħek se jinbidlu, u tkun tistaʼ taqdi bħala pijunier awżiljarju fil-​futur. Sadanittant, tistaʼ tappoġġa u tinkuraġġixxi lil dawk li jistgħu jgawdu dan l-​aspett tas-​servizz. Forsi se tkun tistaʼ anki taġġusta l-​iskeda tiegħek u żżid ġurnata biex tieħu sehem fil-​ministeru magħhom matul il-​ġimgħa.

10. Għala għandu jkollna sens t’urġenza?

10 Il-​poplu taʼ Ġeħova għandu sens t’urġenza. Għandna biċċa xogħol xi nwettqu​—l-​ippridkar taʼ l-​aħbar tajba. Hemm il-​ħajjiet involuti, u l-​ħin li fadal tqassar. (1 Kor. 7:​29-​31) L-​imħabba għal Alla u għal għajrna se tqanqalna nagħmlu kulma nistgħu fil-​ministeru matul is-​sena taʼ servizz li ġejja. Bi sforz u ppjanar tajjeb, int għandek mnejn tkun tistaʼ taqdi bħala pijunier awżiljarju.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja