LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/06 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 14 t’Awissu
  • Ġimgħa li Tibda 21 t’Awissu
  • Ġimgħa li Tibda 28 t’Awissu
  • Ġimgħa li Tibda 4 taʼ Settembru
Il-Ministeru tas-Saltna—2006
km 8/06 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 14 t’Awissu

Għanja 163

15 min: Avviżi lokali. Billi tuża s-​suġġeriment f’paġna 4 jew xi preżentazzjoni oħra li hija adattata għat-​territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġi offrut It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 t’Awissu. Waqt it-​turija, għandu jintwera kif nistgħu nkellmu lil xi ħadd li jipprova jwaqqaf il-​konversazzjoni billi jgħid: “M’inix interessat fix-​Xhieda taʼ Ġeħova.”​—Ara l-​ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-​Bibbja, pġi. 9-10.

15 min: “Ħarġa Speċjali taʼ lAwake! se Tiġi Offruta f’Settembru.”* Meta tikkunsidra paragrafu 4, ħejji turija qasira li fiha adoloxxenti joffri l-​ħarġa taʼ l-​Awake! taʼ Settembru lil għalliem.

15 min: “Uri Interess Persunali​—Billi Tippriedka Mingħajr Parzjalità.”a Meta tiddiskuti Rumani 1:​14, li tinsab ċitata fl-​aħħar taʼ paragrafu 2, inkludi kummenti fil-​qosor mill-​1 Volum taʼ l-​Insight, paġna 255, l-​ewwel paragrafu taħt is-​suġġett “Barbarian” (Barbaru). Wara li tiddiskuti paragrafu 3, irrivedi t-​tliet passi msemmijin f’paġna 2 tal-​ktejjeb Good News for People of All Nations, u uri kif jistaʼ jintuża l-​ktejjeb maʼ nies fit-​territorju lokali li jitkellmu lingwa oħra.

Għanja 164 u t-​talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 21 t’Awissu

Għanja 62

10 min: Avviżi lokali u avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna. Iddiskuti l-​“Programm Ġdid għall-​Assemblea tas-​Circuit,” u ħabbar id-​data taʼ l-​assemblea tas-​circuit li jmiss jekk inhi magħrufa. Irrivedi l-​“Kaxxa għall-​Mistoqsija.”

15 min: Nibbenefikaw mill-​Istudju tat-​Torri taʼ l-​Għassa u mil-​Laqgħa Pubblika. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażata fuq il-​ktieb Organizzati biex Nagħmlu r-​Rieda taʼ Ġeħova, paġna 59 sas-​sottitlu paġna 64.

20 min: “Ippjana Issa biex Taqdi Bħala Pijunier Awżiljarju!”b Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jagħmel il-​mira li jaqdi bħala pijunier awżiljarju għallinqas f’xahar wieħed matul is-​sena taʼ servizz ġdida. (1 Kor. 9:26) Xi wħud jistgħu jagħżlu xahar t’attività speċjali jew xahar li fih jum taʼ btala jew li fih iktar Sibtijiet u Ħdud. Staqsi lil dawk fl-​udjenza: “Kif għelibtu l-​ostakli fil-​passat sabiex stajtu taqdu bħala pijunieri awżiljarji? Liema barkiet iġib miegħu s-​servizz taʼ pijunier awżiljarju? Jekk tixtieq tagħmlu imma m’intix ċert, għala għandek titlob dwar dan? (Atti 4:29; 2 Kor. 4:7; Ġak. 1:5) Għala huwa tajjeb ukoll li tiddiskuti dan mal-​familja tiegħek u m’oħrajn fil-​kongregazzjoni, speċjalment maʼ dawk li għandhom ċirkustanzi simili? (Prov. 15:22) Meta qed tippjana biex int taqdi bħala pijunier awżiljarju?

Għanja 216 u t-​talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 28 t’Awissu

Għanja 17

8 min: Avviżi lokali. Aqra rrapport tal-​kontijiet u l-​ittra taʼ ringrazzjament għad-​donazzjonijiet. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz għal Awissu. Billi tuża s-​suġġeriment f’paġna 4 jew xi preżentazzjoni oħra li hija adattata għat-​territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġi offrut It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Settembru waqt żjara lura fuq rotta bir-​rivisti.

12 min: Int Tistaʼ Tkun Sors taʼ Inkuraġġiment. (Rum. 1:​11, 12) Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza. Semmi n-​numru taʼ pijunieri regulari fil-​kongregazzjoni. Enfasizza l-​modi kif nistgħu ninkuraġġuhom, bħal per eżempju billi nfaħħruhom, inkellmuhom b’mod pożittiv dwar il-​ministeru taʼ pijunier, naħdmu magħhom fis-​servizz, nistidnuhom għall-​ikel, u ngħinuhom fl-​ispejjeż taʼ l-​ivvjaġġar. Stieden lill-​pijunieri regulari biex jikkummentaw dwar kif ġew inkuraġġiti minn oħrajn. Jekk il-​kongregazzjoni m’għandhiex pijunieri regulari, iddiskuti kif nistgħu ninkuraġġixxu lil dawk li jaqdu bħala pijunieri awżiljarji.

15 min: “Tistaʼ Tibda Studju tal-​Bibbja f’Settembru?” Taħdita u turijiet. Matul Settembru se nagħmlu sforz speċjali biex nibdew studji tal-​Bibbja fuq l-​ewwel żjara, billi nużaw il-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem? Dan ifisser li meta nħallu l-​ktieb, aħna nistinkaw biex niddiskutu ftit paragrafi maʼ l-​inkwilin. Ħejji żewġ turijiet billi tuża s-​suġġetti li huma adattati għat-​territorju lokali. F’kull turija, uri kif għandhom isiru arranġamenti fissi biex immorru lura u nkomplu d-​diskussjoni.

10 min: “Tfakkiriet għall-​Konvenzjoni Distrettwali.” Irrivedi l-​informazzjoni fl-​artiklu f’paġna 6. Ukoll ħu xi ħin biex tirrivedi l-​parir u t-​tfakkiriet li japplikaw lokalment misjubin fl-​artiklu “Ibqgħu Stennew lil Ġeħova” fil-​ħarġa tal-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Mejju 2005.

Għanja 37 u t-​talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 4 taʼ Settembru

 M’hemmx Laqgħa tas-​Servizz għal din il-​ġimgħa ladarba l-​kongregazzjonijiet kollha se jkunu qed jattendu l-​Konvenzjoni Distrettwali.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja