LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/06 p. 6
  • Tfakkiriet għall-Konvenzjoni Distrettwali

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tfakkiriet għall-Konvenzjoni Distrettwali
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2006
Il-Ministeru tas-Saltna—2006
km 8/06 p. 6

Tfakkiriet għall-​Konvenzjoni Distrettwali

◼ Ħinijiet tal-​Programm: Il-​programm se jibda fid–9:30 a.m. fit-​tlett ijiem kollha. Il-​bibien se jinfetħu fit-​8.00 a.m. Ftit minuti qabel ma tibda s-​sessjoni, iċ-​chairman se jieħu postu bil-​qiegħda fuq il-​platform waqt li tindaqq il-​mużika tas-​Saltna bħala introduzzjoni. Dak il-​ħin ilkoll kemm aħna għandna nsibu postna sabiex il-​programm ikun jistaʼ jibda bid-​dinjità. Il-​Ġimgħa l-​programm se jispiċċa fil-​5.15 p.m., is-​Sibt fil–5:05 p.m., u l-​Ħadd fl–4:10 p.m.

◼ Postijiet: Il-​postijiet jistgħu jintrefgħu biss għal dawk li jivvjaġġaw miegħek fl-​istess karozza jew jgħixu miegħek fl-​istess dar.

◼ Donazzjonijiet: Meta tiġi organizzata konvenzjoni distrettwali jkun hemm involuti spejjeż kbar. Nistgħu nuru l-​apprezzament tagħna billi nagħtu kontribuzzjonijiet volontarji għax-​xogħol madwar id-​dinja fis-​Sala tas-​Saltna tagħna jew fil-​konvenzjoni. Kwalunkwe ċekk li jingħata b’kontribuzzjoni fil-​konvenzjoni għandu jintgħamel pagabbli lil “IBSA (Malta).”

◼ Aċċidenti u Emerġenzi: Jekk tinqalaʼ xi emerġenza medika fil-​post tal-​konvenzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lil attendant fil-​qrib, li se javża mill-​ewwel lid-​Dipartiment taʼ l-​Ewwel Għajnuna sabiex dawk fostna li huma kwalifikati biex jagħtu l-​ewwel għajnuna jkunu jistgħu jiddeċiedu kemm hi gravi s-​sitwazzjoni u jagħtu l-​assistenza tagħhom.

◼ Apparat li Jirrekordja: Ebda apparat li jirrekordja m’għandu jitqabbad mas-​sistema taʼ l-​elettriku jew tas-​sawnd li hemm fil-​post tal-​konvenzjoni u dan l-​apparat jistaʼ jintuża biss sakemm ma jtellifx lil oħrajn.

◼ Ritratti: Jekk tieħu r-​ritratti matul is-​sessjonijiet, jekk jogħġbok tużax il-​flexx.

◼ Telefons Ċellulari u Pagers: Dawn għandhom jiġu ssettjati b’mod li ma jtellfux.

◼ Fwejjaħ: Ħafna konvenzjonijiet issa qed isiru f’postijiet magħluqin fejn niddependu minn ventilazzjoni mekkanika. Għalhekk, inkunu qed nuru qalb tajba min-​naħa tagħna jekk nillimitaw l-​użu taʼ fwejjaħ qawwijin li jistgħu jikkaġunaw irritazzjoni lil dawk li jbatu bi problemi respiratorji jew problemi simili.​—1 Kor. 10:24.

◼ Formoli Follow-Up: Formola Please Follow Up (S-43) għandha tintuża biex tiġi provduta informazzjoni dwar kulmin juri interess permezz taʼ xiehda informali matul il-​konvenzjoni. Il-​pubblikaturi għandhom iġorru formola jew tnejn tal-​follow-up matul il-​konvenzjoni. Il-​formoli se jkunu wkoll disponibbli fid-​Dipartiment taʼ l-​Amministrazzjoni tal-​konvenzjoni. Il-​formoli mimlijin jistgħu jingħataw lill-​amministrazzjoni biex tieħu ħsiebhom jew lis-​segretarju tal-​kongregazzjoni tiegħek wara l-​konvenzjoni.​—Ara l-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Frar 2005, pġ. 6.

◼ Restoranti: F’ħafna postijiet normalment jitħallew tips taʼ 15 fil-​mija, jiddependi mis-​servizz.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja