Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fit-30 t’Ottubru, 2006. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat taʼ l-4 taʼ Settembru sat-30 t’Ottubru, 2006. [Nota: Fejn m’hemmx referenzi wara l-mistoqsija, ikollok bżonn tagħmel riċerka int innifsek biex issib it-tweġibiet.—Ara Ministry School, pġi. 36-7.]
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. X’metodi oħrajn nistgħu nużaw biex nenfasizzaw il-kliem? [ht pġ. 31 pari. 10-12]
2. Kif nistgħu napplikaw il-materjal bl-aħjar mod? [ht pġ. 33 par. 21]
3. Semmi żewġ aspetti tar-ripetizzjoni, u għid x’nistgħu nagħmlu biex oħrajn jiftakru dak li ngħidu. [ht pġ. 34 pari. 2, 3]
4. Is-sommarju “konkludenti” kif jistaʼ jiġi użat biex tirripeti l-punti prinċipali? [ht pġ. 35 par. 6]
5. Iddeskrivi mod wieħed kif tirripeti l-punti prinċipali. [ht pġ. 35 par. 9]
INKARIGU NRU. 1
6. Ġesù x’ried ifisser meta qal “Kulmin jagħtik daqqa taʼ ħarta fuq ħaddek tal-lemin, dawwarlu l-ieħor ukoll”? (Mt. 5:39) [gt kap. 35]
7. Ġesù kif juri li t-triq li twassal għall-ħajja mhix se tkun faċli? [gt kap. 35]
8. L-Iskrittura Griega Kristjana għala tirreferi għaz-“zokk tat-tortura” u mhux għas-salib? [bi7 pġi. 422, 424]
9. X’tistaʼ tkun ir-raġuni għala l-uffiċjal ma stidinx lil Ġesù biex jidħol f’daru? [gt kap. 36]
10. Ġesù kif jiġi effettwat b’dak li ġralha l-armla taʼ Najn, u x’jagħmel dwar dan? [gt kap. 37]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. David kif ‘żamm ruħu fis-skiet u l-mistrieħ bħal tarbija f’ħoġor ommha,’ u aħna kif nistgħu nimitawh? (Salm 131:1-3)
12. Liema faraġ nistgħu nsibu fil-kliem ispirat taʼ Salm 139:7-12?
13. Semmi xi eżempji minn Salm 145 li juru l-kobor taʼ Ġeħova u li nistgħu nfaħħruh għalihom fit-talb u fil-ministeru pubbliku tagħna. (Salm 145:3)
14. Il-biżaʼ minn Ġeħova b’liema mod huwa “l-bidu taʼ l-għarfien” (New World Translation) u “l-bidu taʼ l-għerf”? (Prov. 1:7; 9:10)
15. Fi Proverbji 7:1, 2, x’hemm inkluż fi “kliemi” u fil-“kmandamenti tiegħi”?