LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/06 p. 7
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2006
Il-Ministeru tas-Saltna—2006
km 10/06 p. 7

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għal 1-15 t’Ottubru: Kopji individwali kemm tat-​Torri taʼ l-​Għassa u kemm taʼ l-​Awake! Meta jintwera interess, jekk jogħġbok offri l-​browxer Ibqaʼ Għassa! sabiex jiġi kultivat iktar l-​interess fil-​Bibbja. 16 t’Ottubru–12 taʼ Novembru: Kampanja speċjali bit-​tqassim taʼ l-​Aħbar tas-​Saltna Nru. 37, “It-​Tmiem tar-​Reliġjon Falza Huwa fil-​Qrib!” 13-30 taʼ Novembru: Se jiġi offrut Tgħallem mill-​Għalliem il-​Kbir. Meta l-​inkwilini jindikaw li m’għandhomx tfal, offri l-​fuljett Tixtieq Tkun Taf Iżjed dwar il-​Bibbja? jew fuljett ieħor li jkun adattat. Diċembru: Offri l-​ktieb L-​Aqwa Bniedem li Qatt Għex. Inkella, offri xi ktieb ieħor bħal: Il-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja, u Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art, jekk il-​kongregazzjoni għandha maħżunin. Jannar: Kwalunkwe pubblikazzjoni antika li l-​kongregazzjoni għandha maħżuna. L-​indokratur tas-​servizz taʼ kull kongregazzjoni għandu jiċċekkja mal-​koordinatur tal-​letteratura tas-​Sala tas-​Saltna biex jara jekk hemmx iżżejjed minn xi kotba antiki. Jekk m’għandkomx pubblikazzjonijiet antiki maħżuna, jekk jogħġobkom iċċekkjaw mal-​kongregazzjonijiet fil-​qrib jekk għandhomx letteratura antika disponibbli li tistgħu tużaw.

◼ Peress li Diċembru se jkollu ħames Sibtijiet u Ħdud, ikun xahar eċċellenti għal min jixtieq jaqdi bħala pijunier awżiljarju.

◼ L-​insert taʼ din il-​ħarġa tal-​Ministeru tas-​Saltna intitolat “Skeda taʼ l-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku għall-​2007” għandu jinżamm bħala referenza għal matul l-​2007.

◼ Il-​programm fuq il-​vidjo No Blood—Medicine Meets the Challenge se jiġi kunsidrat f’waħda mil-​Laqgħat tas-​Servizz f’Jannar. Jekk inhu meħtieġ, id-​DVD jew il-​vidjokasett għandu jiġi ordnat permezz tal-​kongregazzjoni malajr kemm jistaʼ jkun.

◼ It-​taħdita pubblika speċjali għall-​istaġun tat-​Tifkira 2007 se tingħata nhar il-​Ħadd, 15 t’April, 2007. Is-​suġġett tat-​taħdita se jkun imħabbar iktar tard. Il-​kongregazzjonijiet li se jkollhom iż-​żjara taʼ l-​indokratur tas-​circuit jew l-​assemblea f’dak it-​tmiem il-​ġimgħa se jkollhom it-​taħdita speċjali fil-​ġimgħa taʼ wara. Ebda kongregazzjoni m’għandu jkollha t-​taħdita speċjali qabel il-​15 t’April.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja