Skeda taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-2007
Istruzzjonijiet
Dawn li ġejjin se jkunu l-arranġamenti għall-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul l-2007.
MATERJAL BĦALA SORS: Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Griega Kristjana [bi7], Il-Bibbja taʼ l-Għaqda Biblika Maltija, It-Tieni Edizzjoni (1996), Kif Ittejjeb l-Abbiltà Tiegħek biex Titkellem u Tgħallem [ht], Iż-Żgħażagħ Jistaqsu—Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom [yp], It-Torri taʼ l-Għassa [w], L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex [gt], Il-Bibbja X’Tgħallem Verament [bh].
L-iskola trid tibda FIL-ĦIN b’għanja, talba, u kummenti taʼ merħba u mbagħad tkompli kif inhu mniżżel hawn taħt. Wara kull parti, l-indokratur taʼ l-iskola se jintroduċi l-parti li jmiss.
IL-KWALITÀ TAD-DISKORS: 5 minuti. L-indokratur taʼ l-iskola, l-ajjutant li jagħti l-pariri, jew anzjan kwalifikat ieħor se jiddiskuti kwalità tad-diskors ibbażata mill-ktejjeb Ittejjeb l-Abbiltà. (F’kongregazzjonijiet fejn hemm numru limitat taʼ anzjani, jistaʼ jintuża qaddej ministerjali kwalifikat.)
INKARIGU NRU. 1: 10 minuti. Dan irid jingħata minn anzjan jew qaddej ministerjali, u se jkun ibbażat fuq It-Torri taʼ l-Għassa, L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex, jew l-Appendiċi tat-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Griega Kristjana [bi7]. Irid jingħata bħala taħdita taʼ istruzzjoni taʼ għaxar minuti. L-objettiv m’għandux ikun biss li jiġi mgħoddi l-materjal imma li l-attenzjoni tiġi ffokata fuq il-valur prattiku taʼ l-informazzjoni diskussa, billi jintwera ċar x’se jkun l-iktar taʼ għajnuna għall-kongregazzjoni. Għandha tintuża t-tema murija. Huwa mistenni mill-aħwa inkarigati b’din it-taħdita li joqogħdu attenti li jżommu mal-ħin. Jistaʼ jingħata parir fil-privat skond il-bżonn.
PUNTI PRINĊIPALI MILL-QARI TAL-BIBBJA: 10 minuti. Fl-ewwel ħames minuti, anzjan jew qaddej ministerjali kwalifikat irid japplika l-materjal b’mod effettiv skond il-bżonnijiet lokali. Jistaʼ jikkummenta fuq kwalunkwe parti mill-qari tal-Bibbja assenjat għall-ġimgħa. Dan m’għandux ikun sempliċi ġabra fil-qosor tal-qari assenjat. L-objettiv prinċipali huwa li dak li jkun jgħin lill-udjenza tapprezza għala u kif l-informazzjoni hija taʼ valur. Il-kelliemi għandu joqgħod attent li ma jaqbiżx il-ħames minuti mwarrbin apposta għall-parti tal-ftuħ. Għandu jaċċerta ruħu li jwarrab ħames minuti ħalli tipparteċipa l-udjenza. Il-kelliemi jrid jistieden lill-udjenza tipparteċipa billi tagħti kummenti qosra (30 sekonda jew inqas) dwar x’laqathom mill-qari tal-Bibbja u kif ibbenefikaw. Imbagħad, l-indokratur taʼ l-iskola se jibgħat lill-istudenti li huma inkarigati fi klassijiet oħrajn.
INKARIGU NRU. 2: 4 minuti jew inqas. Dan huwa qari li jrid jingħata minn ħu. L-istudent irid jaqra l-materjal assenjat mingħajr ma jagħmel introduzzjoni jew konklużjoni. L-indokratur taʼ l-iskola se jkun speċjalment interessat f’li jgħin lill-istudenti jaqraw b’mod li juru li qed jifhmu, b’mod fluwenti, b’enfasi xierqa fuq is-sens, bil-modulazzjoni, b’pawsi fejn ikun xieraq, u b’mod naturali.
INKARIGU NRU. 3: 5 minuti. Dan se jkun assenjat lil oħt. L-istudenti li jingħataw dan l-inkarigu se jagħżlu setting. L-istudenta għandha tuża t-tema assenjata u tapplikaha f’aspett tas-servizz taʼ l-għalqa b’mod li jkun realistiku u prattiku għat-territorju lokali. Meta ebda referenza ma tiġi indikata bħala sors tal-materjal, l-istudenta jkollha bżonn tiġbor il-materjal għal din il-parti billi tagħmel riċerka fil-pubblikazzjonijiet tagħna. L-istudenti iktar ġodda għandhom jingħataw inkarigi li jkun hemm ir-referenzi għalihom. L-indokratur taʼ l-iskola se jkun speċjalment interessat fil-mod kif l-istudenta tiżviluppa l-materjal u l-mod kif tgħin lill-inkwilina tirraġuna mill-Iskrittura u tifhem il-punti prinċipali tal-preżentazzjoni. L-indokratur taʼ l-iskola se jinkariga assistenta waħda.
INKARIGU NRU. 4: 5 minuti. L-istudent irid jiżviluppa t-tema assenjata. Meta ma jiġux indikati referenzi bħala s-sors tal-materjal, l-istudent se jkollu bżonn jiġbor il-materjal għal din il-parti billi jagħmel riċerka fil-pubblikazzjonijiet tagħna. Meta din il-parti tiġi assenjata lil ħu, dan irid jagħtiha bħala taħdita bl-udjenza tas-Sala tas-Saltna f’moħħu. Meta tiġi assenjata lil oħt, għandha tiġi preżentata dejjem kif inhu spjegat f’Inkarigu Nru. 3. L-indokratur taʼ l-iskola għandu mnejn jassenja lil ħu għall-Inkarigu Nru. 4 kulmeta jara li jkun xieraq li jagħmel hekk. Jekk jogħġbok innota li t-temi b’asterisk ħdejhom għandhom dejjem jingħataw lil aħwa rġiel biex jiġu żviluppati bħala taħditiet.
PARIRI: Minuta. L-indokratur taʼ l-iskola m’għandux iħabbar bil-quddiem il-kwalità tad-diskors li l-istudent ikun qed jaħdem fuqha. Wara li jingħataw Inkarigi Nru. 2, Nru. 3, u Nru. 4, l-indokratur taʼ l-iskola jrid jagħti kummenti pożittivi fuq aspett tat-taħdita li kien taʼ min ifaħħru. L-iskop tiegħu m’huwiex li sempliċement jgħid “prosit” iżda, minflok, li jiġbed l-attenzjoni lejn raġunijiet speċifiċi għala dak l-aspett tal-preżentazzjoni kien effettiv. Skond il-bżonn taʼ kull student, pariri oħrajn li jibnu jistgħu jingħataw privatament wara l-laqgħa jew f’ħin ieħor.
IL-ĦIN: Ebda taħdita m’għandha taqbeż il-ħin, u lanqas il-ħu li jagħti l-parir m’għandu jagħmel dan. L-Inkarigi Nru. 2 sa Nru. 4 jridu jitwaqqfu bit-tattika meta jkun sar il-ħin. Jekk l-aħwa rġiel li jkunu qed jagħtu t-taħdita tal-ftuħ fuq kwalità tad-diskors, Inkarigu Nru. 1, jew il-punti prinċipali mill-qari tal-Bibbja jaqbżu l-ħin, iridu jingħataw parir fil-privat. Kulħadd irid joqgħod attent sew għall-ħin tiegħu. Il-programm sħiħ: 45 minuta, minbarra l-għanja u t-talba.
IL-FORMOLA TAL-PARIRI: Fil-ktejjeb Kif Ittejjeb l-Abbiltà Tiegħek biex Titkellem u Tgħallem.
AJJUTANT LI JAGĦTI L-PARIRI: Il-ġemgħa taʼ l-anzjani tistaʼ tagħżel anzjan kapaċi, jekk ikun hemm wieħed disponibbli minbarra l-indokratur taʼ l-iskola, biex jieħu ħsieb l-inkarigu taʼ ajjutant li jagħti l-pariri. Jekk hemm għadd taʼ anzjani fil-kongregazzjoni, f’dan il-każ, anzjan kwalifikat differenti jistaʼ jintgħażel għal dan l-inkarigu kull sena. Ir-responsabbiltà taʼ l-ajjutant li jagħti l-pariri se tkun li, jekk ikun hemm bżonn, jagħti l-pariri fil-privat lill-aħwa li jieħdu ħsieb Inkarigu Nru. 1 u l-punti prinċipali mill-Bibbja. M’hemmx għalfejn jagħti parir wara kull waħda minn dawn it-taħditiet li jingħataw minn sħabu l-anzjani jew il-qaddejja ministerjali.
REVIŻJONI ORALI: 30 minuta. Kull xahrejn, l-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni orali. Qabilha se jkun hemm konsiderazzjoni taʼ kwalità tad-diskors u punti prinċipali mill-qari tal-Bibbja bħalma msemmi iktar kmieni. Ir-reviżjoni orali se tkun ibbażata fuq il-materjal li jkun ġie kunsidrat fl-iskola matul ix-xahrejn taʼ qabel, inkluż il-ġimgħa kurrenti. Jekk il-kongregazzjoni tiegħek għandha l-assemblea tas-circuit jew iż-żjara taʼ l-indokratur tas-circuit fil-ġimgħa tar-reviżjoni orali, allura r-reviżjoni (u l-kumplament taʼ l-iskeda tal-ġimgħa) għandha ssir il-ġimgħa taʼ wara u l-iskeda tal-ġimgħa taʼ wara għandha tintuża ġimgħa qabel. Jekk l-indokratur tas-circuit se jkun qed iżur il-kongregazzjoni tiegħek fil-ġimgħa tar-reviżjoni orali, l-għanja, il-kwalità tad-diskors, u l-punti prinċipali mill-Bibbja għandhom isiru bħalma hemm imniżżel fl-iskeda. It-taħdita taʼ istruzzjoni (li tingħata wara t-taħdita tal-kwalità tad-diskors) għandha tittieħed mill-iskeda tal-ġimgħa taʼ wara. L-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-ġimgħa taʼ wara se tkompli bil-kwalità tad-diskors u l-punti prinċipali mill-Bibbja bħalma hu mniżżel fl-iskeda, u wara ssir ir-reviżjoni orali.
SKEDA
Jan. 1 Qari tal-Bibbja: Isaija 24-28 Għanja 33
Kwalità tad-Diskors: Żvilupp taʼ Ideat Prinċipali (ht pġ. 41 ¶18–pġ. 42 ¶21)
Nru. 1: Ġesù Jċanfar lill-Fariżej (gt kap. 42)
Nru. 2: Isaija 26:1-18
Nru. 3: Il-Ħajja taʼ Ġesù Tħallset “Bħala Fidwa” (td 11A)
Nru. 4: Kif Nistgħu ‘Nilbsu l-Mulej Ġesù Kristu’? (Rum. 13:14)
Jan. 8 Qari tal-Bibbja: Isaija 29-33 Għanja 42
Kwalità tad-Diskors: Kuntatt maʼ l-Udjenza (ht pġ. 42 ¶1–pġ. 43 ¶5)
Nru. 1: Jagħti Ħames Tixbihat Meta Kien Fuq id-Dgħajsa (gt kap. 43 pari. 1-8)
Nru. 2: Isaija 30:1-14
Nru. 3: Kienet Prezz li Jaqbel Eżatt (td 11B)
Nru. 4: Kif Nafu li Alla Ġeħova Jħobb it-Tfal
Jan. 15 Qari tal-Bibbja: Isaija 34-37 Għanja 222
Kwalità tad-Diskors: Kuntatt maʼ l-Udjenza Billi Tindirizzaha Direttament (ht pġ. 44 ¶6-9)
Nru. 1: Ikkultiva l-Ħarsa taʼ Ġesù Lejn it-Tajjeb u l-Ħażin (w05 1/1 pġi. 9-10 ¶11-15)
Nru. 2: Isaija 34:1-15
Nru. 3: Kif Tikkultiva l-Imħabba Vera
Nru. 4: L-Isem t’Alla (td 12A)
Jan. 22 Qari tal-Bibbja: Isaija 38-42 Għanja 61
Kwalità tad-Diskors: Użu taʼ Outline (ht pġ. 44 ¶10–pġ. 45 ¶15)
Nru. 1: Tħallix l-Oppożizzjoni Tiskuraġġik (w05 1/1 pġ. 15 ¶16-18)
Nru. 2: Isaija 38:9-22
Nru. 3: Xi Jfisser li ‘Tweġġaħ ’il Missierek u ’l Ommok’ (yp kap. 1)
Nru. 4: Għala Għandna Nevitaw li Naħsbu Ħażin f’Oħrajn
Jan. 29 Qari tal-Bibbja: Isaija 43-46 Għanja 113
Kwalità tad-Diskors: Kif Tistaʼ Tipprepara Outline (ht pġ. 45 ¶16-19)
Nru. 1: Għala Naċċettaw il-Ġudizzji taʼ Ġeħova (w05 2/1 pġi. 23-4 ¶4-9)
Nru. 2: Isaija 45:1-14
Nru. 3: L-Eżistenza t’Alla (td 12B)
Nru. 4: a Għala l-Kristjani Jevitaw li Jqabblu Ruħhom m’Oħrajn b’Mod Kompetittiv
Frar 5 Qari tal-Bibbja: Isaija 47-51 Għanja 79
Kwalità tad-Diskors: Kif Tkun Fluwenti (ht pġ. 46 ¶1–pġ. 47 ¶4)
Nru. 1: Il-Kelma taʼ Ġeħova Żżommna Nodfa u Tgħinna Nkunu Leali (w05 4/15 pġi. 11-12 ¶5-11)
Nru. 2: Isaija 50:1-11
Nru. 3: L-Attributi t’Alla (td 12Ċ)
Nru. 4: Tiskuraġġixxi l-Bibbja l-Għoti tar-Rigali?
Frar 12 Qari tal-Bibbja: Isaija 52-57 Għanja 139
Kwalità tad-Diskors: Xi Modi Kif Tistaʼ Tkun Iktar Fluwenti (ht pġ. 47 ¶5–pġ. 48 ¶10)
Nru. 1: Il-Kelma taʼ Ġeħova Tagħtina l-Kuraġġ (w05 4/15 pġi. 12-13 ¶12-14)
Nru. 2: Isaija 55:1-13
Nru. 3: Ħajja taʼ Sagrifiċċji Persunali Hi taʼ Min Jgħixha
Nru. 4: Mhux Kulħadd Qed Jaqdi lill-Istess Alla (td 12D)
Frar 19 Qari tal-Bibbja: Isaija 58-62 Għanja 189
Kwalità tad-Diskors: Uża Espressjonijiet Konversazzjonali
(ht pġ. 48 ¶11–pġ. 49 ¶15)
Nru. 1: L-Isem Divin—L-Użu u t-Tifsira Tiegħu (bh App. pġi. 195-7)
Nru. 2: Isaija 60:1-14
Nru. 3: Għala Hi Xi Ħaġa Tajba li Nitjassru Għal Alla?
Nru. 4: Kif iż-Żgħażagħ u l-Ġenituri Jistgħu Jifhmu lil Xulxin (yp kap. 2 pġi. 18-19, 22-5)
Frar 26 Qari tal-Bibbja: Isaija 63-66 Għanja 141
Kwalità tad-Diskors: Stil Konversazzjonali fl-Għoti tat-Taħdita (ht pġ. 49 ¶16-19)
Reviżjoni Orali
Mar. 5 Qari tal-Bibbja: Ġeremija 1-4 Għanja 70
Kwalità tad-Diskors: Stil Konversazzjonali fil-Qari (ht pġ. 50 ¶20-23)
Nru. 1: Kif id-Dixxipli Jibbenefikaw mit-Tagħlim taʼ Ġesù (gt kap. 43 pari. 9-19)
Nru. 2: Ġeremija 3:1-13
Nru. 3: Minn Xiex Jiddependi l-Hena Veru?
Nru. 4: Ġesù Hu l-Iben t’Alla u s-Sultan Maħtur (td 13A)
Mar. 12 Qari tal-Bibbja: Ġeremija 5-7 Għanja 159
Kwalità tad-Diskors: Pronunzja Xierqa (ht pġ. 50 ¶24–pġ. 51 ¶27)
Nru. 1: Ġesù Jbierek lid-Dixxipli Tiegħu B’Iktar Tagħlim (gt kap. 43 pari. 20-31)
Nru. 2: Ġeremija 5:1-14
Nru. 3: It-Twemmin f’Ġesù Kristu Essenzjali għas-Salvazzjoni (td 13B)
Nru. 4: Napplikaw il-Lezzjoni li Nsibu f’Eżodu 14:11 fi Żmienna
Mar. 19 Qari tal-Bibbja: Ġeremija 8-11 Għanja 182
Kwalità tad-Diskors: Xi Modi Kif Tistaʼ Ttejjeb il-Pronunzja Tiegħek (ht pġ. 51 ¶28–pġ. 52 ¶34)
Nru. 1: Ġesù Jsikket Tempesta li Twerwer (gt kap. 44)
Nru. 2: Ġeremija 10:1-16
Nru. 3: Kif Nafu li Abraham, Ġob, u Danjel Kellhom il-Fidi fl-Irxoxt?
Nru. 4: Hu Meħtieġ Iktar Milli Temmen f’Ġesù (td 13Ċ)
Mar. 26 Qari tal-Bibbja: Ġeremija 12-16 Għanja 205
Kwalità tad-Diskors: Żvilupp Koerenti taʼ Taħdita (ht pġ. 53 ¶1-3)
Nru. 1: Il-Fidwa Teżalta l-Ġustizzja t’Alla
Nru. 2: Ġeremija 12:1-13
Nru. 3: Għala ż-Żgħażagħ Għandhom Jiftħu Qalbhom mal-Ġenituri Tagħhom (yp kap. 2 pġi. 20-1)
Nru. 4: Kristjan b’Liema Mod Għandu Jkun Kburi?
Apr. 2 Qari tal-Bibbja: Ġeremija 17-21 Għanja 30
Kwalità tad-Diskors: Użu t’Espressjonijiet Transittivi (ht pġ. 53 ¶4–pġ. 54 ¶8)
Nru. 1: Kif il-Profezija taʼ Danjel Tbassar il-Wasla tal-Messija (bh App. pġi. 197-9)
Nru. 2: Ġeremija 20:1-13
Nru. 3: Il-Kristjani Kollha Jridu Jagħtu Xiehda (td 14A)
Nru. 4: b Kif Għandna Nqisuhom il-Pariri?
Apr. 9 Qari tal-Bibbja: Ġeremija 22-24 Għanja 184
Kwalità tad-Diskors: Żvilupp Loġiku u Koerenti (ht pġ. 54 ¶9–pġ. 55 ¶13)
Nru. 1: Raġel Maħkum mix-Xitan Isir Dixxiplu (gt kap. 45)
Nru. 2: Ġeremija 23:1-14
Nru. 3: Għala s-Sehem Tagħna fil-Ministeru Jġibilna l-Ferħ
Nru. 4: Iż-Żjajjar Iridu Jsiru Ripetutament, Għoti taʼ Xiehda Kontinwu (td 14B)
Apr. 16 Qari tal-Bibbja: Ġeremija 25-28 Għanja 27
Kwalità tad-Diskors: Materjal f’Ordni Raġunevoli (ht pġ. 55 ¶14–pġ. 56 ¶15)
Nru. 1: Messet il-Libsa Tiegħu (gt kap. 46)
Nru. 2: Ġeremija 26:1-15
Nru. 3: Nagħtu Xiehda Biex Inkunu Ħelsin mill-Ħtija tad-Demm (td 14Ċ)
Nru. 4: B’Liema Mod l-Art Kienet Misħuta? (Ġen. 3:17)
Apr. 23 Qari tal-Bibbja: Ġeremija 29-31 Għanja 148
Kwalità tad-Diskors: Uża Biss Materjal Rilevanti (ht pġ. 56 ¶16–pġ. 57 ¶21)
Nru. 1: Id-Dmugħ Jinbidel f’Ferħ Kbir (gt kap. 47)
Nru. 2: Ġeremija 31:1-14
Nru. 3: Għala l-Kobor taʼ Ġeħova Huwa Bla Limiti?
Nru. 4: Għala l-Ġenituri Jillimitaw il-Libertà t’Uliedhom (yp kap. 3 pġi. 26-33)
Apr. 30 Qari tal-Bibbja: Ġeremija 32-34 Għanja 100
Kwalità tad-Diskors: Ikkonvinċi lill-Udjenza Tiegħek (ht pġ. 57 ¶1–pġ. 58 ¶6)
Reviżjoni Orali
Mej. 7 Qari tal-Bibbja: Ġeremija 35-38 Għanja 165
Kwalità tad-Diskors: Agħti Prova Soda (ht pġ. 58 ¶7–pġ. 60 ¶14)
Nru. 1: Ġesù Kristu—Il-Messija Mwiegħed (bh App. pġi.199-201)
Nru. 2: Ġeremija 36:1-13
Nru. 3: Il-Ħajja taʼ Dejjem Ċerta għal Min Jobdi (td 15A)
Nru. 4: Il-Kristjani Kif Jistgħu Jkampaw maʼ l-Inċertezzi?
Mej. 14 Qari tal-Bibbja: Ġeremija 39-43 Għanja 56
Kwalità tad-Diskors: Għin lill-Udjenza Tirraġuna (ht pġ. 60 ¶15-pġ. 61 ¶18)
Nru. 1: Jitlaq mid-Dar taʼ Ġajru u Jerġaʼ Jżur Nazaret (gt kap. 48)
Nru. 2: Ġeremija 39:1-14
Nru. 3: Il-Ħajja fis-Sema Limitata għal Min Hu fil-Ġisem taʼ Kristu (td 15B)
Nru. 4: c Għala l-Kristjani Veri Jistinkaw biex Ikollhom Għerusija Safja
Mej. 21 Qari tal-Bibbja: Ġeremija 44-48 Għanja 122
Kwalità tad-Diskors: Żvilupp Adegwat tal-Punti (ht pġ. 61 ¶19-pġ. 62 ¶24)
Nru. 1: Vjaġġ Ieħor taʼ Ppridkar fil-Galilija (gt kap. 49)
Nru. 2: Ġeremija 46:1-17
Nru. 3: Xi Jfisser li Nqarrqu Bina Nfusna, u Kif Nistgħu Ngħassu Kontra Dan?
Nru. 4: Il-Ħajja fuq l-Art Imwiegħda lil Numru Bla Limitu (td 15Ċ)
Mej. 28 Qari tal-Bibbja: Ġeremija 49-50 Għanja 95
Kwalità tad-Diskors: Enfasizza l-Kliem li Jġorr il-Ħsieb fis-Sentenzi (ht pġ. 62 ¶1–pġ. 63 ¶4)
Nru. 1: Tħejjija biex Niffaċċjaw il-Persekuzzjoni (gt kap. 50)
Nru. 2: Ġeremija 49:14-27
Nru. 3: Kif Nistaʼ Ninġieb maʼ Ħuti? (yp kap. 6)
Nru. 4: Għala l-Ġenituri Għandhom Jaqraw lil Uliedhom
Ġun. 4 Qari tal-Bibbja: Ġeremija 51-52 Għanja 166
Kwalità tad-Diskors: L-Enfasi Magħmula b’Mod Xieraq (ht pġ. 63 ¶5-7)
Nru. 1: Il-Verità dwar il-Missier, l-Iben, u l-Ispirtu Qaddis (bh App. pġi. 201-204)
Nru. 2: Ġeremija 52:1-16
Nru. 3: Huwa Bluha li Nfittxu li Nkunu Indipendenti Minn Alla
Nru. 4: Min Hu Responsabbli għan-Niket fid-Dinja (td 16A)
Ġun. 11 Qari tal-Bibbja: Lamentazzjonijiet 1-2 Għanja 129
Kwalità tad-Diskors: Enfasizza l-Ideat Prinċipali fit-Taħdita (ht pġ. 64 ¶8-9)
Nru. 1: Qtil Waqt Festa taʼ Għeluq is-Snin (gt kap. 51)
Nru. 2: Lamentazzjonijiet 2:1-10
Nru. 3: Għala Hu Permess il-Ħażen (td 16B)
Nru. 4: Għala l-Qalb Tajba Vera M’Hijiex Dgħjufija
Ġun. 18 Qari tal-Bibbja: Lamentazzjonijiet 3-5 Għanja 140
Kwalità tad-Diskors: Agħmel Użu Tajjeb mill-Modulazzjoni (ht pġ. 64 ¶10-12)
Nru. 1: Ġesù Jitmaʼ lil Eluf b’Mod Mirakoluż (gt kap. 52)
Nru. 2: Lamentazzjonijiet 4:1-13
Nru. 3: Iż-Żmien Imtawwal tat-Tmiem Hu Provvediment taʼ Ħniena (td 16Ċ)
Nru. 4: d Għala l-Kristjani Veri Ma Jiħdux Sehem fil-Politika
Ġun. 25 Qari tal-Bibbja: Eżekjel 1-5 Għanja 1
Kwalità tad-Diskors: Varjetà fil-Qawwa (ht pġ. 65 ¶13-14)
Reviżjoni Orali
Lul. 2 Qari tal-Bibbja: Eżekjel 6-10 Għanja 26
Kwalità tad-Diskors: Varjetà fil-Pass (ht pġ. 65 ¶15-17)
Nru. 1: Ħakkiem Sovruman li Nixtiquh (gt kap. 53)
Nru. 2: Eżekjel 7:1-13
Nru. 3: Dak li Hu Meħtieġ biex Nersqu Qrib Lejn Ġeħova (Ġak. 4:8)
Nru. 4: Għala li Titlaq mid-Dar Mhix is-Soluzzjoni (yp kap. 7)
Lul. 9 Qari tal-Bibbja: Eżekjel 11-14 Għanja 112
Kwalità tad-Diskors: Varjetà fil-Vuċi (ht pġ. 66 ¶18-20)
Nru. 1: Tiqafx Tagħmel Dak li Hu Tajjeb (w05 6/1 pġi. 29-30)
Nru. 2: Eżekjel 11:1-13
Nru. 3: Is-Soluzzjoni għan-Niket fid-Dinja Mhix Ġejja mill-Bnedmin (td 16D)
Nru. 4: Kif Għandna Nifhmu l-Iskrittura taʼ Rivelazzjoni 17:9-11?
Lul. 16 Qari tal-Bibbja: Eżekjel 15-17 Għanja 29
Kwalità tad-Diskors: Modulazzjoni Adattata għall-Ħsieb jew l-Emozzjoni (ht pġ. 66 ¶21–pġ. 67 ¶24)
Nru. 1: Iġġieled Ħsibijiet Negattivi! (w05 9/15 pġi. 26-8)
Nru. 2: Eżekjel 16:1-13
Nru. 3: Dak li Jfisser li Tagħmel Kollox bi Ħsieb (Prov. 13:16)
Nru. 4: Ħolqien. Jaqbel max-Xjenza Provata; Juri li l-Evoluzzjoni Mhix Vera (td 17A)
Lul. 23 Qari tal-Bibbja: Eżekjel 18-21:5 [18-20, NW] Għanja 193
Kwalità tad-Diskors: Entużjażmu Muri Permezz taʼ Taħdita Ħajja (ht pġ. 67 ¶1–pġ. 68 ¶5)
Nru. 1: Għala l-Kristjani Veri ma Jużawx is-Salib fil-Qima (bh App. pġi. 204-6)
Nru. 2: Eżekjel 18:19-29
Nru. 3: Il-Jiem tal-Ħolqien m’Humiex Jiem taʼ 24 Siegħa (td 17B)
Nru. 4: Evidenza li s-Saltna t’Alla Hija Realtà
Lul. 30 Qari tal-Bibbja: Eżekjel 21-23 Għanja 35
Kwalità tad-Diskors: Entużjażmu Xieraq għall-Materjal (ht pġ. 68 ¶6–pġ. 69 ¶9)
Nru. 1: “Ħobż Veru mis-Sema” (gt kap. 54)
Nru. 2: Eżekjel 23:1-17
Nru. 3: Nagħmlu Ħbieb Veri (yp kap. 8 pġi. 65-7, 70-2)
Nru. 4: X’Inhi l-Ħarsa Xierqa Lejn il-Kobor?
Awis. 6 Qari tal-Bibbja: Eżekjel 24-27 Għanja 37
Kwalità tad-Diskors: Kordjalità Evidenti fl-Espressjoni tal-Wiċċ (ht pġ. 69 ¶10–pġ. 70 ¶14)
Nru. 1: Ħafna Dixxipli Ma Jibqgħux Isegwu lil Ġesù (gt kap. 55)
Nru. 2: Eżekjel 24:1-14
Nru. 3: B’Liema Modi Mosè Kien Eżempju mill-Aqwa għall-Kristjani?
Nru. 4: Infern (Ħades, Xeol, Art l-Imwiet) Mhux Post Letterali taʼ Turment bin-Nar (td 18A)
Awis. 13 Qari tal-Bibbja: Eżekjel 28-31 Għanja 123
Kwalità tad-Diskors: Kordjalità u Sentiment Evidenti fit-Ton tal-Leħen (ht pġ. 70 ¶15–pġ. 71 ¶19)
Nru. 1: X’Inhu li Jniġġes lil Bniedem? (gt kap. 56)
Nru. 2: Eżekjel 28:1-16
Nru. 3: Infern (Ħades, Xeol, Art l-Imwiet) In-Nar hu Simbolu taʼ Qerda Totali (td 18B)
Nru. 4: Xi Tfisser il-Kelma “Mibegħda” fl-Iskrittura?
Awis. 20 Qari tal-Bibbja: Eżekjel 32-34 Għanja 215
Kwalità tad-Diskors: Kordjalità u Sentiment Xierqa għall-Materjal (ht pġ. 71 ¶20-21)
Nru. 1: L-Ikla taʼ fil-Għaxija tal-Mulej—Ċelebrazzjoni li Tonora lil Alla (bh App. pġi. 206-8)
Nru. 2: Eżekjel 34:1-14
Nru. 3: L-Ispirtu t’Alla Kif Jgħinna?
Nru. 4: Infern (Ħades, Xeol, Art l-Imwiet) Ir-Rakkont taʼ l-Għani u Lazzru Mhux Prova taʼ Turment Etern (td 18Ċ)
Awis. 27 Qari tal-Bibbja: Eżekjel 35-38 Għanja 94
Kwalità tad-Diskors: Tixbihat Adattati għall-Materjal li Jkollok (ht pġ. 72 ¶1-4)
Reviżjoni Orali
Sett. 3 Qari tal-Bibbja: Eżekjel 39-41 Għanja 194
Kwalità tad-Diskors: Tgħallem Aħseb fit-Tixbihat (ht pġ. 72 ¶5–pġ. 73 ¶6)
Nru. 1: Għala Titgħaxxaq bil-Kelma t’Alla? (w05 4/15 pġi. 15-16 ¶3-6)
Nru. 2: Eżekjel 40:1-15
Nru. 3: Jistgħu l-Bnedmin Verament Iferrħu lil Alla?
Nru. 4: Ngħinu lil Ħabib li Għandu Inkwiet Kbir (yp kap. 8 pġi. 68-9)
Sett. 10 Qari tal-Bibbja: Eżekjel 42-45 Għanja 77
Kwalità tad-Diskors: Tixbihat Sempliċi (ht pġ. 73 ¶7-9)
Nru. 1: Meta x-Xjuħija Ssir “Kuruna taʼ Ġieħ” (w05 1/15 pġi. 8-9)
Nru. 2: Eżekjel 43:1-12
Nru. 3: Il-Knisja Spiritwali, Mibnija fuq Kristu (td 19A)
Nru. 4: e Kif Nistgħu Nagħrfu “Leħen il-Barranin”?
Sett. 17 Qari tal-Bibbja: Eżekjel 46-48 Għanja 164
Kwalità tad-Diskors: L-Applikar Magħmul Ċar (ht pġ. 73 ¶10-11)
Nru. 1: Mogħdrija għall-Imnikktin (gt kap. 57)
Nru. 2: Eżekjel 47:1-14
Nru. 3: Il-Knisja Ma Nbnietx fuq Pietru (td 19B)
Nru. 4: f Għala Wirt Spiritwali Għani Huwa l-Aqwa Rigal li l-Ġenituri Jistgħu Jagħtu lil Uliedhom
Sett. 24 Qari tal-Bibbja: Danjel 1-3 Għanja 179
Kwalità tad-Diskors: Punti Importanti Enfasizzati (ht pġ. 74 ¶12-14)
Nru. 1: Il-Ħobżiet u l-Ħmira (gt kap. 58)
Nru. 2: Danjel 2:1-16
Nru. 3: Għala n-Numru 144,000 Huwa Numru Letterali (Riv. 7:4)
Nru. 4: Kronoloġija: L-1914 (E.K.) Ittemm Żminijiet il-Ġentili (td 20A)
Ott. 1 Qari tal-Bibbja: Danjel 3:98(31)–6:29 [Danjel 4-6 NW] Għanja 14
Kwalità tad-Diskors: Tixbihat Adattati għall-Udjenza (ht pġ. 74 ¶15-16)
Nru. 1: Meta Għandek Għalxiex Tieħu Għalik? (w05 8/1 pġi. 13-15)
Nru. 2: Danjel 3:98(31)-4:14 (Danjel 4:1-17, NW)
Nru. 3: Kif Nistgħu Nimitaw il-Kwalitajiet mill-Aqwa taʼ Mefiboset?
Nru. 4: Għala ż-Żgħażagħ Jiġu Effettwati mill-Pressjoni Minn Dawk taʼ Mparhom (yp kap. 9 pġi. 73-6)
Ott. 8 Qari tal-Bibbja: Danjel 7-9 Għanja 34
Kwalità tad-Diskors: Tixbihat Meħudin Minn Sitwazzjonijiet Familjari (ht pġ. 74 ¶17–pġ. 75 ¶19)
Nru. 1: Ħalli l-“Kelma” taʼ Ġeħova Tipproteġik (w05 9/1 pġi. 28-31)
Nru. 2: Danjel 7:1-12
Nru. 3: Magħmudija: Ħtieġa Kristjana (td 21A)
Nru. 4: Liema Ferħ Speċjali Jiġi mis-Sehem Regulari fil-Ministeru taʼ l-Għalqa?
Ott. 15 Qari tal-Bibbja: Danjel 10-12 Għanja 210
Kwalità tad-Diskors: Tixbihat Magħżulin Tajjeb (ht pġ. 75 ¶20-2)
Nru. 1: Min Tassew Hu Ġesù? (gt kap. 59)
Nru. 2: Danjel 11:1-14
Nru. 3: Kif l-Umiltà Tistaʼ Tgħinna Negħlbu n-Nuqqas taʼ Ftehim
Nru. 4: Magħmudija: Ma Taħfirx id-Dnubiet (td 21B)
Ott. 22 Qari tal-Bibbja: Hosegħa 1-7 Għanja 66
Kwalità tad-Diskors: Nadattaw il-Materjal għall-Ministeru taʼ l-Għalqa (ht pġ. 76 ¶1-3)
Nru. 1: “Ruħ” u “Spirtu”—Xi Jfissru Tassew Dawn it-Termini? Il-Kelma “Ruħ” Kif Tintuża fil-Bibbja (bh App. pġi. 208-210)
Nru. 2: Hosegħa 5:1-15
Nru. 3: Marija Omm Ġesù, Mhux “Omm Alla” (td 22A)
Nru. 4: Modi li Bihom il-Kristjani Veri Juru s-Sabar
Ott. 29 Qari tal-Bibbja: Hosegħa 8-14:10 [Hosegħa 8-14 NW] Għanja 59
Kwalità tad-Diskors: Espressjonijiet Magħmulin Jinftiehmu mill-Pubbliku (ht pġ. 76 ¶4–pġ. 77 ¶5)
Reviżjoni Orali
Nov. 5 Qari tal-Bibbja: Ġoel 1-4:21 [Ġoel 1-3 NW] Għanja 166
Kwalità tad-Diskors: Għażla taʼ Punti Xierqa (ht pġ. 77 ¶6–pġ. 78 ¶10)
Nru. 1: “Ruħ” u “Spirtu”—Xi Jfissru Tassew Dawn it-Termini? L-“Ispirtu” Identifikat (bh App. pġi. 210-211)
Nru. 2: Ġoel 2:1-14
Nru. 3: Xi Jfisser li Jkollok “Imħabba Perfetta” (1 Ġwanni 4:18)
Nru. 4: Inkampaw mal-Pressjoni Minn Dawk taʼ Mparna (yp kap. 9 pġi. 77-80)
Nov. 12 Qari tal-Bibbja: Għamos 1-9 Għanja 211
Kwalità tad-Diskors: Miġbud għall-Attenzjoni l-Valur Prattiku tal-Materjal (ht pġ. 78 ¶11-13)
Nru. 1: Ħarsa bil-Quddiem tal-Glorja tas-Saltna taʼ Kristu (gt kap. 60)
Nru. 2: Għamos 2:1-16
Nru. 3: Għala l-Esperjenza M’Hijiex l-Aqwa Għalliema
Nru. 4: Marija Ma Baqgħetx “Verġni Għal Dejjem” (td 22B)
Nov. 19 Qari tal-Bibbja: Għabdija 1–Ġona 4 Għanja 220
Kwalità tad-Diskors: Konklużjoni f’Relazzjoni Diretta mat-Tema tat-Taħdita (ht pġ. 79 ¶1-3)
Nru. 1: Tifel Ippussessat Imfejjaq (gt kap. 61)
Nru. 2: Ġona 1:1–2:1 (Ġona 1:1-17 NW)
Nru. 3: Il-Kawża tal-Mewt (td 23A)
Nru. 4: Għala Ġenna Spiritwali Għandha Tiġi Qabel il-Ġenna taʼ l-Art
Nov. 26 Qari tal-Bibbja: Mikea 1-7 Għanja 18
Kwalità tad-Diskors: Il-Konklużjoni Turi lis-Semmiegħa X’Għandhom Jagħmlu (ht pġ. 79 ¶4–pġ. 80 ¶6)
Nru. 1: Lezzjoni fl-Umiltà (gt kap. 62)
Nru. 2: Mikea 2:1-13
Nru. 3: Xi Jfisser li Tkun Ġwejjed
Nru. 4: Il-Kundizzjoni tal-Mejtin (td 23B)
Diċ. 3 Qari tal-Bibbja: Naħum 1-Ħabakkuk 3 Għanja 137
Kwalità tad-Diskors: Konklużjoni taʼ Valur Partikulari għall-Udjenza (ht pġ. 80 ¶7-9)
Nru. 1: X’Inhuma Xeol u Ħades? (bh App. pġi. 212-213)
Nru. 2: Ħabakkuk 1:1-17
Nru. 3: Kemm Hi Importanti d-Dehra Fiżika? (yp kap. 10)
Nru. 4: Għala l-Ħajja taʼ Dejjem Mhix Se Tkun Monotona
Diċ. 10 Qari tal-Bibbja: Sofonija 1–Ħaggaj 2 Għanja 78
Kwalità tad-Diskors: Konklużjoni taʼ Tul Xieraq (ht pġ. 80 ¶10–pġ. 81 ¶11)
Nru. 1: Iktar Pariri taʼ Korrezzjoni (gt kap. 63)
Nru. 2: Sofonija 3:1-17
Nru. 3: Impossibbli li Titkellem mal-Mejtin (td 23Ċ)
Nru. 4: g L-Ispiritwalità Kif Teffettwa ż-Żwieġ?
Diċ. 17 Qari tal-Bibbja: Żakkarija 1-8 Għanja 209
Kwalità tad-Diskors: Il-Konklużjoni Għandha Tintgħamel Sempliċi, Diretta, u Pożittiva (ht pġ. 81 ¶12-14)
Nru. 1: Lezzjoni f’Dik li Hi Maħfra (gt kap. 64)
Nru. 2: Żakkarija 7:1-14
Nru. 3: Kif Twettqet il-Viżjoni tat-Trasfigurazzjoni?
Nru. 4: Il-Kristjani Kollha Jridu Jkunu Ministri (td 24A)
Diċ. 24 Qari tal-Bibbja: Żakkarija 9-14 Għanja 202
Kwalità tad-Diskors: Żamma tal-Ħin (ht pġ. 81 ¶15–pġ. 82 ¶18)
Nru. 1: Vjaġġ Sigriet Lejn Ġerusalemm (gt kap. 65)
Nru. 2: Żakkarija 10:1-12
Nru. 3: Kwalifiki għall-Ministeru (td 24B)
Nru. 4: Kif Nistgħu Nħejju Ruħna għall-Persekuzzjoni?
Diċ. 31 Qari tal-Bibbja: Malakija 1-3:24 [Malakija 1-4 NW] Għanja 118
Kwalità tad-Diskors: Żamma tal-Ħin Waqt il-Laqgħat (ht pġ. 82 ¶19-20)
Reviżjoni Orali
[Noti taʼ taħt]
a Inkariga lill-aħwa rġiel biss.
b Inkariga lill-aħwa rġiel biss.
c Inkariga lill-aħwa rġiel biss.
d Inkariga lill-aħwa rġiel biss.
e Inkariga lill-aħwa rġiel biss.
f Inkariga lill-aħwa rġiel biss.
g Inkariga lill-aħwa rġiel biss.