LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/06 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 9 t’Ottubru
  • Ġimgħa li Tibda 16 t’Ottubru
  • Ġimgħa li Tibda 23 t’Ottubru
  • Ġimgħa li Tibda 30 t’Ottubru
  • Ġimgħa li Tibda 6 taʼ Novembru
Il-Ministeru tas-Saltna—2006
km 10/06 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 9 t’Ottubru

Għanja 25

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna. Billi tuża s-​suġġeriment f’paġna 8 jew xi preżentazzjoni oħra li hija adattata għat-​territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġi offrut It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 t’Ottubru flimkien maʼ l-​Aħbar tas-​Saltna Nru. 37.

15 min: “Għin lil Oħrajn Isiru Ħbieb t’Alla.”a Stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw dwar kif l-​eżempju t’oħrajn u t-​talb mill-​qalb għenhom jimxu ’l quddiem sal-​punt tal-​magħmudija.

20 min: Kun Lest biex Titqassam l-​Aħbar tas-​Saltna Nru. 37. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza. Irrivedi l-​arranġamenti għall-​kampanja, kif inhuma spjegati fil-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Settembru. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu sehem bis-​sħiħ. Ħeġġeġ lil dawk li għandhom studji tal-​Bibbja progressivi biex jikkunsidraw jekk l-​istudenti tagħhom jikkwalifikawx biex jieħdu sehem fil-​kampanja bħala pubblikaturi mhux mgħammdin. Il-​ġenituri jistgħu wkoll jikkunsidraw jekk it-​tfal tagħhom jikkwalifikawx. Semmi fil-​qosor x’inhuma l-​ħtiġijiet skond il-​ktieb Organizzati biex Nagħmlu r-​Rieda taʼ Ġeħova, paġni 79-​81.

Għanja 221 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 16 t’Ottubru

Għanja 84

10 min: Avviżi lokali.

20 min: Ibbenefika mill-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażata fuq il-​ktieb Organizzati biex Nagħmlu r-​Rieda taʼ Ġeħova, mis-​sottitlu f’paġna 69 sa l-​ewwel sottitlu f’paġna 72.

15 min: “Xi Ġġib l-​Ewwel f’Ħajtek?”b Stieden lil xi pubblikaturi li tkun għażilt minn qabel biex jikkummentaw dwar kif aġġustaw l-​iskeda tagħhom sabiex ipoġġu l-​interessi tas-​Saltna l-​ewwel u liema barkiet gawdew minħabba li għamlu dan.

Għanja 172 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 23 t’Ottubru

Għanja 58

10 min: Avviżi lokali. Aqra r-​rapport tal-​kontijiet u l-​ittra taʼ ringrazzjament għad-​donazzjonijiet. Billi tuża s-​suġġeriment f’paġna 8 jew xi preżentazzjoni oħra li hija adattata għat-​territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġi offrut It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Novembru. Waqt it-​turija għandu jintwera kif nistgħu nkellmu lil xi ħadd li jipprova jwaqqaf il-​konversazzjoni billi jgħid “Għala tiġu daqshekk spiss?”—Ara l-​ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-​Bibbja, pġ. 12.

15 min: Reviżjoni tal-​Punti Prinċipali tal-​Konvenzjoni. Diskussjoni maʼ l-​udjenza. Enfasizza biss il-​partijiet tal-​konvenzjoni li jittrattaw direttament maʼ l-​attività tas-​servizz taʼ l-​għalqa. Stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw dwar kif qed japplikaw l-​informazzjoni fil-​ministeru tagħhom.

20 min: “Ibbenefika bis-​Sħiħ mil-​Laqgħat għas-​Servizz taʼ l-​Għalqa.”c Meta tiddiskuti paragrafu 3, inkludi kummenti mill-​Kaxxa għall-​Mistoqsija fil-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Settembru, 2001, paragrafu 4, dwar x’għandu jsir meta ma jkunx hemm aħwa rġiel kwalifikati biex jikkonduċu l-​laqgħa.

Għanja 143 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 30 t’Ottubru

Għanja 207

10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapporti tas-​servizz taʼ l-​għalqa u fakkarhom jinkludu fuq wara l-​għadd taʼ fuljetti taʼ l-​Aħbar tas-​Saltna Nru. 37 li qassmu.

15 min: Kif Nistaʼ Nippriedka lil Sħabi taʼ l-​Iskola? Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażati fuq Stenbaħ! tat-​8 t’April, 2002, paġni 18-​20. Stieden lil dawk fl-​udjenza biex jirrakkontaw esperjenzi tajbin li kellhom meta ppridkaw lil sħabhom taʼ l-​iskola.

20 min: Esperjenzi mill-​Offerta taʼ l-​Aħbar tas-​Saltna Nru. 37. Staqsi lill-​pubblikaturi biex isemmu riżultati inkuraġġanti li gawdew huma u jqassmu l-​Aħbar tas-​Saltna Nru. 37. Agħmel rapport dwar kemm inħadem territorju s’issa u x’hemm bżonn biex jinħadem it-​territorju kollu sat-​12 taʼ Novembru. Ħejji turija taʼ kif issir żjara lura billi jintuża l-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem? Fakkar lill-​pubblikaturi biex jagħtu lura kwalunkwe kopja tal-​fuljett taʼ l-​Aħbar tas-​Saltna li ma rnexxilhomx iqassmu qabel it-​tmiem tal-​kampanja ħalli tintuża minn ħaddieħor.

Għanja 136 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 6 taʼ Novembru

Għanja 146

10 min: Avviżi lokali. Billi tuża s-​suġġerimenti f’paġni 3-4 tal-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Jannar 2005 jew xi preżentazzjoni oħra li hija adattata għat-​territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġi offrut il-​ktieb Tgħallem mill-​Għalliem il-​Kbir matul l-​aħħar nofs taʼ Novembru. Skond ma jippermetti l-​ħin, stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw dwar ir-​riżultati tajbin li kisbu meta użaw il-​pubblikazzjoni fil-​ministeru jew mal-​familja tagħhom stess.

15 min: Żid mal-​Ferħ u d-​Dinjità tal-​Ġurnata tat-​Tieġ Tiegħek. Taħdita minn anzjan ibbażata fuq il-​ħarġa tat-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 t’Ottubru, 2006, paġni 28-​31.

20 min: Ix-​Xandir tal-​Kelma Jġib is-​Serħan. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażati fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Jannar, 2002, paġni 8-9. Stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw dwar kif il-​ministeru jġibilhom is-​serħan. Tistaʼ tħejji kumment jew tnejn minn qabel.

Għanja 8 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja