LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 61
  • Tifel Ippossessat Imfejjaq

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tifel Ippossessat Imfejjaq
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Ġesù jfejjaq lil tifel maħkum minn demonju
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Ġesù jwettaq għemejjel kbar f’Kafarnahum
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • “Għinni Fejn Għandi Bżonn Fidi!”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 61

Kapitlu 61

Tifel Ippossessat Imfejjaq

WAQT li Ġesù, Pietru, Ġakbu, u Ġwanni qegħdin x’imkien ieħor, x’aktarx fuq parti mqabbża ’l barra tal-​Muntanja Ħermon, id-​dixxipli l-​oħra jidħlu fi problema. Meta jiġi lura, Ġesù minnufih jara li hemm xi ħaġa ħażina. Hemm folla miġbura madwar id-​dixxipli tiegħu, u l-​iskribi qed jargumentaw magħhom. Malli jaraw lil Ġesù, in-​nies jistagħġbu ferm u jiġru biex jilqgħuh. “Fuqiex qed tħaqquha magħhom?” jistaqsi hu.

Billi joħroġ ’il quddiem minn ġol-​folla, wieħed raġel jinżel għar-​rkobbtejh quddiem Ġesù u jispjega: “Għalliem, ġibtlek lil ibni għaliex għandu spirtu mutu; u kulfejn jaħtfu jsabbtu mal-​art, u joħroġ ir-​ragħwa u jheżheż snienu u jitlef saħħtu. U jien għedt lid-​dixxipli tiegħek biex ikeċċuh, imma huma ma kellhomx ħila.”

L-iskribi mid-​dehra qed japprofittaw irwieħhom ħafna mill-​fatt li d-​dixxipli ma fejqux lit-​tifel, u forsi qed jirredikolaw l-​isforzi tagħhom. Eżatt f’dan il-​mument kritiku, jasal Ġesù. “O ġenerazzjoni bla fidi,” igħid hu, “kemm irrid indum magħkom? Kemm irrid indum nissaportikom?”

Ġesù donnu qed jindirizza kliemu lil kulmin hemm preżenti, imma bla dubju l-​kliem tiegħu huwa dirett b’mod partikulari lejn l-​iskribi, li kienu qed jaqilgħu l-​inkwiet għad-​dixxipli tiegħu. Wara dan, Ġesù jgħid dwar it-​tifel: “Ġibuhuli.” Imma hekk kif it-​tifel jiġi lejn Ġesù, id-​demonju li jippossessah iħabbtu mal-​art u jitfgħu f’konvulżjonijiet vjolenti. It-​tifel jitgerbeb mal-​art u joħroġ ir-​ragħwa minn ħalqu.

“Kemm ilu jiġrilu hekk?” jistaqsi Ġesù.

“Minn ċkunitu ’l hawn,” iwieġeb il-​missier. “Kemm-il darba [id-demonju] kien jitfgħu kemm fin-​nar u kemm fl-​ilma biex jeqirdu.” Imbagħad il-​missier jitlob: “Jekk tistaʼ tagħmel xi ħaġa, ikollok ħniena minna u għinna.”

Forsi għal snin sħaħ, il-​missier kien qed ifittex il-​għajnuna. U issa, peress li d-​dixxipli taʼ Ġesù ma fejquhulux, id-​disprament tiegħu hu kbir. Biex iwieġeb għall-​appell iddisprat tar-​raġel, Ġesù jgħid b’inkuraġġiment: “Dik l-​espressjoni, ‘Jekk tistaʼ’! L-​affarijiet kollha jistgħu jkunu għal wieħed jekk wieħed għandu fidi.”

“Jien għandi fidi!” igħajjat minnufih il-​missier, imma hu jitlob: “Għinni fejn għandi bżonn fidi!”

Waqt li jinduna li l-​folla qed tiġri f’daqqa għal fuqhom, Ġesù jċanfar lid-​demonju: “Ja spirtu mutu u trux, nordnalek, oħroġ minn ġo fih u tidħolx fih iżjed.” Hekk kif id-​demonju jitlaq, hu jerġaʼ jġiegħel lit-​tifel igħajjat u jitfgħu f’ħafna konvulżjonijiet. Imbagħad it-​tifel jibqaʼ fl-​art bla ma jitħarrek, tant li ħafna min-​nies jibdew igħidu: “Mejjet!” Imma Ġesù jaqbad lit-​tifel minn idu, u dan iqum.

Iktar kmieni, meta d-​dixxipli kienu ġew mibgħutin biex jippridkaw, huma kienu keċċew xi demonji. Mela issa, meta huma jidħlu ġo dar, jistaqsu lil Ġesù privatament: “Għala ma stajniex inkeċċuh?”

Billi jindika li dan kien minħabba n-​nuqqas taʼ fidi tagħhom, Ġesù jwieġeb: “Din ix-​xorta ma tistaʼ toħroġ b’xejn ħlief bit-​talb.” B’mod evidenti l-​preparazzjoni kienet meħtieġa biex jitkeċċa d-​​demonju setgħan b’mod speċjali li kien involut f’dan il-​każ. Fidi qawwija flimkien maʼ talb għall-​għajnuna t’Alla li tagħti l-​qawwa kienet meħtieġa.

U mbagħad Ġesù jżid: “Verament ingħidilkom, Jekk għandkom fidi d-​daqs taʼ żerriegħa tal-​mustarda, se tgħidu lil din il-​​muntanja, ‘Trasferixxi minn hawn għal hemm,’ u hi se tittrasferixxi, u xejn ma se jkun impossibbli għalikom.” Kemm tistaʼ tkun qawwija l-​fidi!

L-ostakli u d-​diffikultajiet li jwaqqfu l-​progress fis-​servizz taʼ Jehovah jistgħu jidhru li ma jistgħux jiġu megħluba u li ma jistgħux jiġu mċaqalqin bħal muntanja kbira litterali. Madankollu, Ġesù qed juri li jekk aħna nikkultivaw il-​fidi fi qlubna, insaqquha u ninkuraġġuha biex tikber, se tespandi għall-​maturità u se tgħinna biex negħlbu ostakli u diffikultajiet bħal muntanji. Mark 9:​14-29; Mattew 17:​19, 20; Luqa 9:​37-43.

▪ Ġesù maʼ liema sitwazzjoni jiltaqaʼ meta jiġi lura mill-​Muntanja Ħermon?

▪ Ġesù x’inkuraġġiment jagħtih lil missier it-​tifel ippossessat minn demonju?

▪ Id-​dixxipli għala ma rnexxilhomx ikeċċu lid-​demonju?

▪ Ġesù kemm juri li tistaʼ ssir qawwija l-​fidi?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja