LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 8/1 p. 30
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Materjal Simili
  • Ġesù jfejjaq lil tifel maħkum minn demonju
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Tifel Ippossessat Imfejjaq
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Ġesù jwettaq għemejjel kbar f’Kafarnahum
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 8/1 p. 30

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Skond Mattew 17:20, l-​appostli ma kinux kapaċi jfejqu tifel itturmentat ‘minħabba l-​fidi żgħira tagħhom.’ Madankollu, f’Mark 9:29, in-​nuqqas t’abbiltà tagħhom huwa marbut mal-​bżonn għat-​talb. Għala jingħataw raġunijiet differenti fir-​rakkonti differenti taʼ l-​Evanġelju?

Attwalment, iż-​żewġ rakkonti jissupplimentaw lil xulxin, u mhux jikkontradixxu lil xulxin. L-​ewwelnett, ara x’jgħid Mattew 17:14-20. Wieħed raġel irrapporta li ibnu kien marid bl-​epilessija u li d-​dixxipli taʼ Ġesù ma setgħux ifejqu liż-​żagħżugħ. Imbagħad Ġesù fejjaq lit-​tifel billi keċċa demonju li kien qed jitturmentah. Id-​dixxipli staqsew għala huma ma setgħux ikeċċuh lil dan id-​demonju. Skond ir-​rakkont taʼ Mattew, Ġesù wieġeb: “Minħabba l-​fidi żgħira tagħkom! Għax tassew ngħidilkom, li kieku għandkom fidi mqar daqs żerriegħa tal-​mustarda, kontu tgħidu lil din il-​muntanja, ‘Warrab minn hawn u mur hemm’, u hi kienet twarrab; u ma jkun hemm xejn għalikom li ma jistax isir.”​—Korsiv tagħna.

Issa sib Mark 9:14-29, fejn insibu iktar dettalji. Per eżempju, Mark 9:17 fih id-​dettall li f’dan il-​każ l-​attakki taʼ l-​epilessija kienu kkaġunati minn spirtu ħażin. Taʼ min jinnota li l-​Bibbja xi mkien ieħor tgħid li Ġesù fejjaq nies li jbatu bl-​epilessija u nies indemonjati. (Mattew 4:24) F’din is-​sitwazzjoni partikulari, l-​attakki kienu kkaġunati minn “spirtu mbikkem u trux,” jiġifieri, spirtu mill-​agħar, fatt li jikkonfermah it-​tabib Luqa. (Luqa 9:39; Kolossin 4:14) Innota l-​frażi f’Mark 9:18, “Kull fejn [id-demonju] jaħkmu.” Mela t-​tifel ma kienx maħkum mid-​demonju l-​ħin kollu, imma xi kultant biss. Xorta waħda, id-​dixxipli ma setgħux ikeċċu lid-​demonju u b’hekk ifejqu liż-​żagħżugħ. Meta staqsew għala, Ġesù wieġeb: “Spirtu bħal dak . . . ma jistaʼ jitkeċċa b’xejn ħlief bit-​talb.”

Iżda, jekk wieħed jaqra r-​rakkont taʼ Mark bir-​reqqa, dan juri li m’hemm ebda konflitt maʼ dak li ddokumenta Mattew. F’Mark 9:19, naqraw li Ġesù lmenta dwar in-​nuqqas taʼ fidi taʼ dik il-​ġenerazzjoni. U fil-​vers 23, huwa ddokumentat li qal lil missier it-​tifel: “Kollox jistaʼ jkun għal min jemmen [“għandu fidi,” NW]!” Mela Mark ukoll jisħaq fuq l-​importanza tal-​fidi. Kulma hemm differenti hu li, fil-​vers 29, Mark jipprovdi dettall ieħor. Mark iżid dak li Ġesù qal dwar it-​talb, dettall li la Mattew u lanqas Luqa ma inkludewh.

X’nistgħu ngħidu, allura? F’okkażjonijiet oħrajn kemm it-​12-il appostlu u kemm is-​70 dixxiplu keċċew spirti mill-​agħar. (Mark 3:15; 6:13; Luqa 10:17) Imma f’dan il-​każ id-​dixxipli ma rnexxilhomx ikeċċu lil dan id-​demonju. Għala? Jekk niġbru flimkien id-​dettalji msemmijin fid-​diversi rakkonti, bilfors nikkonkludu li huma ma kinux ippreparati biex jagħmlu hekk f’dan il-​każ. Forsi parti mill-​problema kienet it-​tip taʼ demonju involut, ladarba jidher li d-​demonji jistgħu jkollhom personalitajiet, interessi u saħansitra abbiltajiet differenti. Fil-​każ taʼ dan id-​demonju, kien hemm bżonn taʼ fidi partikolarment qawwija u talb ferventi għall-​għajnuna t’Alla. M’għandniex xi ngħidu, Ġesù kellu fidi bħal din. Hu kellu wkoll l-​appoġġ taʼ Missieru, is-​Semmiegħ tat-​talb. (Salm 65:3 [Salm 65:2, NW]) Ġesù mhux biss setaʼ jfejqu lit-​tifel itturmentat billi jkeċċi lid-​demonju imma fil-​fatt hekk għamel.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja