LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 46
  • Misset il-Libsa Tiegħu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Misset il-Libsa Tiegħu
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Tfiq billi tmiss il-libsa taʼ Ġesù
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Ġesù Jqajjem lill-Mejtin
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Nistgħu Nqumu mill-Mewt!
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Ġesù jagħmel ħafna mirakli
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 46

Kapitlu 46

Misset il-​Libsa Tiegħu

L-​AĦBAR li Ġesù ġie lura minn Dekapolis tasal Kapernahum, u folla kbira tinġabar ħdejn il-​baħar biex tilqgħu lura. Żgur li huma semgħu kif hu kkalma t-​tempesta u fejjaq lill-​irġiel ipossessati mid-​demonji. Issa, hekk kif jinżel ix-​xatt, huma jinġabru madwaru, ħerqana u fuq ix-​xwiek.

Wieħed minn dawk anzjużi biex jaraw lil Ġesù huwa Ġajru, uffiċjal li jippresiedi fis-​sinagoga. Hu jinżel maʼ saqajn Ġesù u jitolbu darba wara l-​oħra: “Binti ż-​żgħira waslet fl-​aħħar. Jekk jogħġbok ejja u poġġi jdejk fuqha biex hi tistaʼ tistejqer u tgħix.” Peress li għandu lilha biss u għad għandha 12-il sena, hi prezzjuża b’mod speċjali għal Ġajru.

Ġesù jaġixxi u, akkumpanjat mill-​folla, jerħilha lejn id-​dar taʼ Ġajru. Nistgħu nimmaġinaw l-​eċċitament tan-​nies billi qed jistennew miraklu ieħor. Imma l-​attenzjoni taʼ waħda mara mill-​folla hi ffokata fuq il-​problema serja tagħha stess.

Għal 12-il sena sħaħ, din il-​mara sofriet minn nixxiegħa taʼ demm. Marret għand tabib wara l-​ieħor, u nefqet flusha kollha għall-​kura. Imma ma ġietx imgħejjuna; anzi, il-​problema tagħha saret agħar.

Bħalma int probabbli tistaʼ tapprezza, minbarra li ddgħajjifha ferm, il-​marda tagħha hi wkoll imbarazzanti u umiljanti. Wieħed ġeneralment ma jitkellimx pubblikament dwar tbatija bħal din. Iktar minn hekk, skond il-​Liġi taʼ Mosè, mara li tnixxi d-​demm hi meqjusa bħala li mhix nadifa, u kulmin imiss lilha jew il-​ħwejjeġ tagħha mtebbgħin bid-​demm jeħtieġ li jinħasel u jkun mhux nadif sa fil-​għaxija.

Il-mara semgħet dwar il-​mirakli taʼ Ġesù u issa sabitu. Minħabba n-​nuqqas taʼ ndafa tagħha, hi tindiehes mal-​folla biex ħadd ma jinduna biha, waqt li tgħid lilha nfisha: “Jekk immiss biss l-​ilbiesi taʼ barra tiegħu jien se nfiq.” Malli tagħmel hekk, immedjatament tħoss li n-​nixxiegħa tad-​demm nixfet!

“Min kien li messni?” X’ħasda żgur li jagħtuha dawk il-​kelmiet! Kif setaʼ jkun jaf? ‘Għalliem,’ jipprotesta Pietru, ‘il-​folol qed jiffollaw madwarek u qed irossu fuqek, u int tgħid, “Min messni?”’

Waqt li jdur biex jara l-​mara, Ġesù jispjega: “Xi ħadd messni, għax indunajt li ħarġet qawwa minn ġo fija.” Tabilħaqq, ma hux tmesmis ordinarju, għax il-​fejqan li jirriżulta minnu joħroġ minn saħħet Ġesù.

Issa li rat li nduna biha, il-​mara tiġi u taqaʼ quddiem Ġesù, imbażżaʼ u titriegħed. Quddiem in-​nies kollha, hi tgħid il-​verità kollha dwar il-​marda tagħha u kif issa ġiet imfejqa.

Imqanqal mill-​qrara sħiħa tagħha, Ġesù jfarraġha b’mogħdrija: “Bint, il-​fidi tiegħek fejqitek. Mur fil-​paċi, u kun f’saħħtek mill-​marda kiefra tiegħek.” Kemm hu tajjeb li tkun taf li Dak li lilu Alla għażel biex jaħkem l-​art hu wieħed li hu tant qalbu tajba u jaf jagħder, wieħed li jimpurtah min-​nies u għandu l-​qawwa biex igħinhom! Mattew 9:​18-22; Mark 5:​21-34; Luqa 8:​40-48; Levitiku 15:​25-27.

▪ Min hu Ġajru, u għala jiġi għand Ġesù?

▪ Liema problema għandha waħda mara, u għala hu tant diffiċli għaliha li tiġi għand Ġesù għall-​għajnuna?

▪ Il-​mara kif tiġi mfejqa, u Ġesù kif ifarraġha?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja