LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • my storja 92
  • Ġesù Jqajjem lill-Mejtin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġesù Jqajjem lill-Mejtin
  • Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Nistgħu Nqumu mill-Mewt!
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Tifla terġaʼ tgħix!
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Id-Dmugħ Jinbidel f’Ferħ Kbir
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Misset il-Libsa Tiegħu
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
Ara Iżjed
Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
my storja 92

STORJA 92

Ġesù Jqajjem lill-Mejtin

IT-​TIFLA li qed tara hawn għandha 12-​il sena. Ġesù qed iżommilha idha, u ommha u missierha jinsabu bilwieqfa ħdejha. Taf għala jidhru daqshekk ferħanin? Ejja naraw.

Missier it-​tifla hu raġel importanti li jismu Ġajru. Darba minnhom bintu timrad, u tispiċċa fis-​sodda. Imma ma tfiqx. Biss hi timrad iktar u iktar. Ġajru u martu jinkwetaw ħafna, għax jidher li t-​tifla ċkejkna tagħhom se tmut. Hi l-​unika tifla tagħhom. Allura, Ġajru jmur ifittex lil Ġesù. Hu semaʼ dwar il-​mirakli li qed jagħmel Ġesù.

Meta Ġajru jsib lil Ġesù, ikun hemm folla kbira madwaru. Imma Ġajru jgħaddi minn ġol-​folla, u jinżel għarkopptejh quddiem Ġesù. ‘Binti marida ħafna u ħafna,’ jgħid hu. ‘Jekk jogħġbok ejja u fejjaqha,’ hu jitolbu. Ġesù jgħidlu li se jmur.

Huma u mexjin, il-​folla tkompli timbotta biex tersaq iktar fil-​qrib. F’daqqa waħda Ġesù jieqaf. ‘Min messni?’ jgħid hu. Ġesù ħass qawwa ħierġa minnu, allura jaf li xi ħadd messu. Imma min kien? Kienet mara li kienet ilha marida ħafna għal 12-​il sena. Hi ġiet u messet il-​ħwejjeġ taʼ Ġesù u ġiet imfejqa!

Dan jgħin lil Ġajru jħossu aħjar, għaliex jistaʼ jara kemm hu faċli għal Ġesù li jfejjaq lil xi ħadd. Imma mbagħad jiġi messaġġier. ‘Tkomplix iddejjaq lil Ġesù,’ hu jgħid lil Ġajru. ‘Bintek mietet.’ Ġesù jisimgħu jgħid dan u jgħid lil Ġajru: ‘Tinkwetax, mhu se jiġrilha xejn.’

Meta sa fl-​aħħar jaslu d-​dar taʼ Ġajru, in-​nies ikunu qed jibku b’niket kbir. Imma Ġesù jgħid: ‘Tibkux. It-​tifla ma mititx. Hi sempliċement raqdet.’ Imma huma jidħqu b’Ġesù u jwaqqgħuh għaċ-​ċajt, għax jafu li mietet.

Imbagħad, Ġesù jieħu lil omm u missier it-​tifla u tlieta mill-​appostli tiegħu fil-​kamra fejn it-​tifla tinsab mimduda. Hu jaqbdilha idha u jgħid: ‘Qum!’ U hi terġaʼ tieħu l-​ħajja, eżatt bħalma qed tara fl-​istampa. U hi tqum u tibda timxi! Dan hu għala ommha u missierha huma daqshekk ferħanin.

Din mhijiex l-​ewwel persuna li Ġesù qajjem mill-​mewt. L-​iben t’armla li tgħix fil-​belt taʼ Najn hu l-​ewwel li ssemmi l-​Bibbja. Iktar tard, Ġesù jqajjem mill-​mewt ukoll lil Lazzru, ħu Marija u Marta. Meta Ġesù jaħkem bħala s-​Sultan t’Alla, hu se jerġaʼ jagħti l-​ħajja lil ħafna u ħafna nies li mietu. Kemm għandna għal xiex inkunu ferħanin dwar dan!

Luqa 8:40-56; 7:11-17; Ġwanni 11:17-44.

Mistoqsijiet għall-Istudju

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja