LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jy kap. 47 p. 118-p. 119 para. 6
  • Tifla terġaʼ tgħix!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tifla terġaʼ tgħix!
  • Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Materjal Simili
  • Id-Dmugħ Jinbidel f’Ferħ Kbir
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Ġesù Jqajjem lill-Mejtin
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Nistgħu Nqumu mill-Mewt!
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Ġesù jagħmel ħafna mirakli
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
Ara Iżjed
Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
jy kap. 47 p. 118-p. 119 para. 6

KAPITLU 47

Tifla terġaʼ tgħix!

MATTEW 9:18, 23-​26 MARKU 5:22-​24, 35-​43 LUQA 8:40-​42, 49-​56

  • ĠESÙ JIRXOXTA LIL BINT ĠAJRU

Ġajru jara li Ġesù jfejjaq lill-​mara bit-​tnixxija tad-​demm. Ċertament li Ġesù jistaʼ jgħin lil bintu wkoll, għalkemm hu jħoss li ‘s’issa bintu żgur mietet.’ (Mattew 9:18) Jistaʼ jkun li xorta tistaʼ tiġi megħjuna?

Waqt li Ġesù għadu qed ikellem lill-​mara li fejjaq, jaslu xi rġiel mid-​dar taʼ Ġajru u jgħidulu: “Bintek mietet!” Huma jżidu: “Għala tibqaʼ tħabbat lill-​għalliem?”—Marku 5:35.

X’aħbar taʼ qsim il-​qalb! Dan ir-​raġel, li hu tant rispettat fil-​komunità, issa ma jafx fejn se jaqbad jagħti rasu. Mietet l-​unika tifla tiegħu. Madankollu, Ġesù jismaʼ dak li qalu l-​irġiel, idur lejn Ġajru, u jinkuraġġih billi jgħidlu: “Tibżax, biss eżerċita l-​fidi.”—Marku 5:36.

Ġesù mbagħad imur maʼ Ġajru lura d-​dar tiegħu. Xħin jaslu, huma jsibu konfużjoni sħiħa. Dawk li nġabru hemm qed jibku, jolfqu, u jħabbtu fuq sidirhom bin-​niket. Ġesù jidħol ġewwa u jagħmel din l-​istqarrija li żgur taħsadhom: “It-​tifla mhix mejta, imma rieqda.” (Marku 5:39) Malli jisimgħu dan, in-​nies jibdew jidħqu b’Ġesù. Huma jafu li t-​tifla verament mietet. Però, billi juża l-​qawwa li tah Alla, Ġesù se juri li huwa possibbli li n-​nies jiġu mqajmin mill-​mewt sewwasew bħalma jistgħu jiġu mqajmin minn raqda fonda.

Ġesù issa jibgħat lil kulħadd ’il barra ħlief lil Pietru, Ġakbu, Ġwanni, u l-​ġenituri tat-​tifla li mietet. Ġesù jieħu lil dawn il-​ħamsa miegħu u jidħol fejn it-​tifla hi mimduda. Hu jaqbdilha idha u jgħid: “‘Talita kumi,’ kliem li meta jiġi tradott ifisser: ‘Tfajla, ngħidlek, Qum!’” (Marku 5:41) Hi mill-​ewwel tqum u tibda timxi. Immaġina l-​ferħ kbir li jħossu Ġajru u martu xħin jaraw dan! Ġesù jkompli jikkonferma li t-​tifla verament hi ħajja billi jgħidilhom biex jagħtuha xi ħaġa x’tiekol.

F’okkażjonijiet qabel, Ġesù ordna lil dawk li fejjaq biex ma jxandrux dak li għamel għalihom, u lil dawn il-​ġenituri jgħidilhom l-​istess ħaġa. Minkejja dan, il-​ġenituri li huma ferħanin se jtiru u oħrajn ixerrdu l-​aħbar “maʼ dak ir-​reġjun kollu.” (Mattew 9:26) Li kieku int rajt wieħed mill-​maħbubin tiegħek jiġi mqajjem mill-​mewt, ma kontx int titkellem dwar dan b’ħerqa kbira? Dan hu t-​tieni rxoxt imniżżel bil-​miktub li wettaq Ġesù.

  • Ġajru x’aħbar jingħata, u Ġesù kif jinkuraġġih?

  • Meta Ġesù u Ġajru jaslu d-​dar, x’inhi s-​sitwazzjoni hemmhekk?

  • Ġesù għala jgħid li t-​tifla li mietet hija biss rieqda?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja