LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 47
  • Id-Dmugħ Jinbidel f’Ferħ Kbir

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Id-Dmugħ Jinbidel f’Ferħ Kbir
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Tifla terġaʼ tgħix!
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Ġesù Jqajjem lill-Mejtin
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Nistgħu Nqumu mill-Mewt!
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Ġesù jagħmel ħafna mirakli
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 47

Kapitlu 47

Id-​Dmugħ Jinbidel f’Ferħ Kbir

META Ġajru jara l-​mara bin-​nixxiegħa tad-​demm imfejqa, il-​fiduċja tiegħu fil-​qawwiet mirakolużi taʼ Ġesù żgur li tiżdied. Iktar kmieni dak in-​nhar, Ġesù kien ġie mitlub minn Ġajru biex jiġi u jgħin lill-​maħbuba bintu taʼ 12-il sena, li waslet biex tmut. Issa, madankollu, dak li Ġajru qed jibżaʼ li jiġri jseħħ. Waqt li Ġesù għadu jitkellem mal-​mara, jiġu xi rġiel u bil-​kwiet igħidu lil Ġajru: “Bintek mietet! Għala tibqaʼ ddejjaq lill-​għalliem?”

Kif teqirdu din l-​aħbar! Aħseb ftit: Dan ir-​raġel, li hu rrispettat ferm fil-​komunità, ma jafx issa fejn se jagħti rasu malli jismaʼ li bintu mietet. Ġesù, madankollu, jismaʼ l-​konversazzjoni. Mela, waqt li jdur fuq Ġajru hu jgħidlu b’inkuraġġiment: “Tibżaʼ xejn, biss eżerċita fidi.”

Ġesù jakkumpanja lir-​raġel imnikket ferm lejn daru. Malli jaslu, isibu għagħa kbir taʼ biki u lfieq. Inġabret folla taʼ nies, u lkoll qed isawtu lilhom infushom bin-​niket. Meta Ġesù jidħol ġewwa, jistaqsi: “Għala qegħdin tagħmlu dan l-​istorbju u tibku? It-​tifla ċkejkna ma mitetx, imma hija rieqda.”

Malli jisimgħu dan, in-​nies jibdew jiddieħqu b’Ġesù u jżebilħuh għaliex jafu li t-​tifla tassew mietet. Ġesù, madankollu, jgħid li hi biss rieqda. Billi juża l-​qawwiet tiegħu mogħtijin minn Alla, hu se juri li n-​nies jistgħu jinġiebu lura mill-​mewt daqskemm hu faċli li tqajjem lil xi ħadd minn raqda fonda.

Issa Ġesù jara li kulħadd jintbagħat ’il barra ħlief Pietru, Ġakbu, Ġwanni, u omm u missier it-​tifla mejta. Imbagħad jieħu lil dawn il-​ħamsa miegħu fejn hi mimduda t-​tifla. Waqt li jaqbadha minn idha, Ġesù igħid: “Talʹi·tha cuʹmi,” li, meta tiġi tradotta, tfisser: “Tfajla, jien ingħidlek, Qum!” U immedjatament it-​tifla tqum u tibda timxi! Id-​dehra kważi ġġenninhom bil-​ferħ lill-​ġenituri tagħha.

Wara li jgħidilhom biex jagħtuha xi ħaġa x’tiekol lit-​tifla, Ġesù jordna lil Ġajru u lil martu biex ma jgħidu lil ħadd x’ġara. Imma minkejja dak li jgħid Ġesù, id-​diskors dwar dan jinxtered mar-​reġjun kollu. Dan hu t-​tieni rxoxt li jwettaq Ġesù. Mattew 9:​18-26; Mark 5:​35-43; Luqa 8:​41-56.

▪ Liema aħbar jirċievi Ġajru, u Ġesù kif jinkuraġġih?

▪ X’inhi s-​sitwazzjoni meta jaslu fid-​dar taʼ Ġajru?

▪ Ġesù għala jgħid li t-​tifla mejta hi biss rieqda?

▪ Min huma l-​ħamsa maʼ Ġesù li jixhdu l-​irxoxt?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja