LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/06 p. 1
  • Xi Ġġib l-Ewwel f’Ħajtek?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Xi Ġġib l-Ewwel f’Ħajtek?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Materjal Simili
  • Tiswielek taʼ Ġid ir-Rikreazzjoni Tiegħek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Tħalli Xejn Ibiegħdek Minn Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Uża l-Ħin Tiegħek bil-Għaqal
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • “Tħobbni int iktar minn dawn?”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2006
km 10/06 p. 1

Xi Ġġib l-​Ewwel f’Ħajtek?

1 Kieku kif twieġeb din il-​mistoqsija? M’għandniex xi ngħidu, ilkoll kemm aħna nixtiequ npoġġu l-​ewwel l-​interessi tas-​Saltna. (Mt. 6:​33) Imma nistgħu nistaqsu lilna nfusna, ‘L-​għażliet tiegħi juru li qed nagħmel hekk?’ Il-​Bibbja tħeġġiġna: “Ibqgħu agħtu prova taʼ x’intom.” (2 Kor. 13:5) Kif nistgħu nagħtu prova taʼ x’aħna meta nuru li qed inpoġġu s-​Saltna fl-​ewwel post?

2 Il-​Ħin Tagħna: Nistgħu nibdew billi neżaminaw kif nagħżlu li nqattgħu l-​ħin tagħna. (Efes. 5:​15, 16) Kemm inqattgħu ħin kull ġimgħa f’attivitajiet soċjali, naraw it-​televixin, nużaw l-​Internet, jew f’xi delizzju? Jekk inniżżlu bil-​miktub kemm inqattgħu ħin fuq dawn l-​affarijiet u nqabbluh maʼ l-​ammont taʼ ħin li nqattgħu f’attivitajiet spiritwali, għandna mnejn nissorprendu ruħna. Inqattgħu aħna ħin twil fuq ix-​xogħol sabiex inkunu nistgħu naffordjaw affarijiet lussużi biex imbagħad imur minn taħt is-​servizz sagru? Kemm-il darba nissagrifikaw il-​laqgħat u l-​ministeru sabiex immorru xi mkien fi tmiem il-​ġimgħa bħala rikreazzjoni?

3 Agħmel Prijoritajiet: Ħafna minna m’għandniex biżżejjed ħin biex nagħmlu kulma nixtiequ. Allura biex inpoġġu l-​interessi tas-​Saltna l-​ewwel, għandna bżonn neżaminaw il-​prijoritajiet tagħna, u mbagħad nagħmlu ħin fl-​iskeda għal “dak li hu iktar importanti.” (Flp. 1:​10) Dan jinkludi l-​ħin li nqattgħu biex nistudjaw il-​Kelma t’Alla, nieħdu sehem fil-​ministeru, nieħdu ħsieb il-​familja tagħna, u nattendu l-​laqgħat Kristjani. (Salm 1:​1, 2; Rum. 10:​13, 14; 1 Tim. 5:8; Ebr. 10:​24, 25) Attivitajiet oħrajn, bħal eżerċizzju moderat u rikreazzjoni bnina, huma taʼ benefiċċju. (Mk. 6:​31; 1 Tim. 4:8) Imma dawn l-​affarijiet li huma inqas importanti m’għandhomx jieħdu post l-​interessi tas-​Saltna.

4 Ħu żagħżugħ fittex li jpoġġi l-​interessi tas-​Saltna l-​ewwel billi daħal fil-​ministeru full-time minflok ma fittex edukazzjoni iktar għolja li setgħet tippreparah għal karriera sekulari. Hu tgħallem lingwa oħra u mar jaqdi fejn kien hemm bżonn akbar. Hu qal: “Veru qed nieħu gost hawnhekk. Il-​ministeru huwa tassew rifreskanti! Veru nixtieq li ż-​żgħażagħ kollha jagħmlu xi ħaġa bħal din u jesperjenzaw dak li qed inħoss jien. M’hemm xejn aħjar milli naqdu lil Ġeħova b’dak kollu li għandna.” Iva, meta nġibu s-​Saltna l-​ewwel nesperjenzaw barkiet, imma iktar importanti minn hekk, dan jogħġob lil Missierna tas-​sema, Ġeħova.​—Ebr. 6:10.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja