LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/07 p. 3
  • Tfakkiriet għall-Konvenzjoni Distrettwali

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tfakkiriet għall-Konvenzjoni Distrettwali
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2007
Il-Ministeru tas-Saltna—2007
km 7/07 p. 3

Tfakkiriet għall-​Konvenzjoni Distrettwali

◼ Ħinijiet tal-​Programm: Il-​programm se jibda fid–9:20 a.m. fit-​tlett ijiem kollha. Il-​bibien se jinfetħu fit-​8.00 a.m. Meta tibda l-​mużika tas-​Saltna bħala introduzzjoni, ilkoll kemm aħna għandna nsibu postna sabiex il-​programm ikun jistaʼ jibda bid-​dinjità. Il-​Ġimgħa u s-​Sibt il-​programm se jispiċċa fil-​5.05 p.m u l-​Ħadd fl–4:10 p.m.

◼ Postijiet: Il-​postijiet jistgħu jintrefgħu biss għal dawk li jivvjaġġaw miegħek fl-​istess karozza jew li jgħixu miegħek fl-​istess dar.

◼ Donazzjonijiet:  Meta tiġi organizzata konvenzjoni distrettwali jkun hemm involuti spejjeż kbar. Nistgħu nuru l-​apprezzament tagħna billi nagħtu kontribuzzjonijiet volontarji għax-​xogħol madwar id-​dinja fis-​Sala tas-​Saltna tagħna jew fil-​konvenzjoni. Kwalunkwe ċekk li jingħata b’kontribuzzjoni fil-​konvenzjoni għandu jintgħamel pagabbli lil “IBSA (Malta).”

◼ Aċċidenti u Emerġenzi: Jekk tinqalaʼ xi emerġenza medika fil-​post tal-​konvenzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lil attendant fil-​qrib, li se javża mill-​ewwel lid-​Dipartiment taʼ l-​Ewwel Għajnuna sabiex dawk fostna li huma kwalifikati biex jagħtu l-​ewwel għajnuna jkunu jistgħu jiddeċiedu kemm hi gravi s-​sitwazzjoni u jagħtu l-​assistenza tagħhom. Jekk ikun hemm bżonn, dawk li jagħtu l-​ewwel għajnuna jistgħu jċemplu 112.

◼ Apparat li Jirrekordja: Ebda apparat li jirrekordja m’għandu jitqabbad mas-​sistema taʼ l-​elettriku jew tas-​sawnd li hemm fil-​post tal-​konvenzjoni u dan l-​apparat jistaʼ jintuża biss sakemm ma jtellifx lil oħrajn.

◼ Fwejjaħ: Ladarba l-​konvenzjoni tagħna ssir f’post ġewwa, inkunu qed nuru qalb tajba min-​naħa tagħna jekk nillimitaw l-​użu taʼ fwejjaħ qawwijin li jistgħu jikkaġunaw reazzjonijiet f’dawk li jbatu bi problemi respiratorji jew problemi simili.​—1 Kor. 10:24.

◼ Formoli Follow-Up: Formola Please Follow Up (S-43) għandha tintuża biex tiġi provduta informazzjoni dwar kulmin juri interess permezz taʼ xiehda informali matul il-​konvenzjoni. Il-​pubblikaturi għandhom iġorru formola jew tnejn tal-​follow-up matul il-​konvenzjoni. Il-​formoli se jkunu disponibbli wkoll fid-​Dipartiment taʼ l-​Amministrazzjoni tal-​konvenzjoni. Il-​formoli mimlijin għandhom jingħataw lis-​segretarju tal-​kongregazzjoni meta terġgħu tiltaqgħu fi-Sala tas-​Saltna.​—Ara l-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Frar 2005, pġ. 6.

◼ Restoranti: F’ħafna postijiet normalment jitħallew tips taʼ 15 fil-​mija, jiddependi mis-​servizz.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja