Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Lulju u Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Veru li Alla Jimpurtah Minna?, Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, Ibqaʼ Għassa!, “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda,” Għandek Int Temmen fit-Trinità?, X’Jiġrilna meta Mmutu?, X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, jew xi browxers oħrajn li jkunu adattati għat-territorju tiegħek. Settembru: Offri l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Agħmel sforz speċjali biex tibda studji tal-Bibbja fl-ewwel żjara. Meta l-inkwilini jkollhom diġà din il-pubblikazzjoni uri kif jistgħu jibbenefikaw minnha billi turi fil-qosor kif isir studju tal-Bibbja. Ottubru: Kopji individwali kemm tat-Torri taʼ l-Għassa u kemm taʼ l-Awake! Meta jintwera interess, ippreżenta u ddiskuti l-fuljett Tixtieq Tkun Taf Iżjed dwar il-Bibbja? bil-ħarsa li tibda studju tal-Bibbja.
◼ Minħabba li Settembru fih ħames Sibtijiet u Ħdud u l-Ġimgħa, 21 taʼ Settembru hija festa pubblika, ikun xahar eċċellenti biex wieħed jaqdi bħala pijunier awżiljarju.
◼ B’seħħ minn Settembru, l-indokraturi tas-circuit se jagħtu t-taħdita pubblika intitolata “X’Inhu li Jagħmel il-Bibbja Awtentika?”