LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/07 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 13 t’Awissu
  • Ġimgħa li Tibda 20 t’Awissu
  • Ġimgħa li Tibda 27 t’Awissu
  • Ġimgħa li Tibda 3 taʼ Settembru
Il-Ministeru tas-Saltna—2007
km 8/07 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Nota: Xahar jew xahrejn wara l-​konvenzjoni, trid issir taħdita taʼ madwar 15 sa 20 minuta fil-​Laqgħa tas-​Servizz biex issir reviżjoni taʼ xi punti mill-​konvenzjoni li l-​pubblikaturi sabuhom t’għajnuna fil-​ministeru. Ir-​reviżjoni trid issir mill-​indokratur tas-​servizz. Stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw dwar kif qed japplikaw jew jippjanaw li japplikaw din l-​informazzjoni fil-​ministeru tagħhom.

Ġimgħa li Tibda 13 t’Awissu

Għanja 20

12 min: Avviżi lokali. Permezz tas-​suġġeriment f’paġna 8 jew preżentazzjoni oħra adattata għat-​territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġi offrut It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 t’Awissu. Fit-​turija, il-​pubblikatur għandu juża wieħed mis-​suġġerimenti f’paragrafu 3 f’paġna 3 taʼ din il-​ħarġa tal-​Ministeru tas-​Saltna biex iqajjem mistoqsija li jkun se jwiġibha fiż-​żjara lura. Iddiskuti “Programm Ġdid għall-​Assemblea tas-​Circuit.” Ħabbar id-​data taʼ l-​assemblea tas-​circuit li jmiss jekk inhi magħrufa.

18 min: “Kif Nibdew Studji talBibbja maʼ Dawk li Ħallejnielhom ir-​Rivisti.”a Inkludi turija qasira dwar wieħed mis-​suġġerimenti f’paragrafu 2. Fakkar lill-​pubblikaturi li studju tal-​Bibbja jistaʼ jiġi rapportat meta jkun sar darbtejn wara li jkunu wrew lill-​inkwilin kif isir studju u jekk jidher li l-​istudju se jitkompla.

15 min: “Inqimu lil Ġeħova Bħala Familja.”b Stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw dwar kif jibbenefikaw minħabba li jieħdu sehem fil-​ministeru bħala familja. Tistaʼ tħejji kumment jew tnejn minn qabel.

Għanja 48 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 20 t’Awissu

Għanja 100

10 min: Avviżi lokali u Avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna. Iddiskuti “Programm Ġdid tal-​Jum t’Assemblea Speċjali,” u ħabbar id-​data tal-​jum t’assemblea specjali li jmiss jekk inhi magħrufa.

15 min: Ibda Studju tal-​Bibbja fl-​Ewwel Żjara Matul Settembru. Diskussjoni maʼ l-​udjenza. Matul Settembru se noffru l-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem? u stinka biex tiddiskuti ftit paragrafi maʼ l-​inkwilin fl-​ewwel żjara. Irrivedi s-​suġġerimenti fl-​insert tal-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Jannar 2006, u ħejji turija jew tnejn li juru kif jinbeda studju tal-​Bibbja fl-​ewwel żjara.

20 min: “Kif Jgħinna l-​Arranġament taʼ l-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni.”c Meta tkun qed tikkunsidra paragrafu 5, inkludi xi kummenti mill-​ktieb Organizzati, paġna 41, paragrafu 2.

Għanja 6 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 27 t’Awissu

Għanja 98

5 min: Avviżi lokali. Aqra r-​rapport tal-​kontijiet u l-​ittra taʼ ringrazzjament għad-​donazzjonijiet. Permezz tas-​suġġeriment f’paġna 8 jew preżentazzjoni oħra adattata għat-​territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġi offrut It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Settembru.

12 min: “Aħna Ngħożżu l-​Privileġġi Tagħna!”d Skond ma jippermetti l-​ħin, stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw fuq l-​iskritturi ċitati.

18 min: “Mira Siewja għas-​Sena taʼ Servizz il-​Ġdida.”e Intervista individwu jew tnejn li reċentement qdew bħala pijunieri awżiljarji. Liema aġġustamenti għamlu fl-​iskeda tagħhom? Kif ibbenefikaw? Jekk jistaʼ jkun, wieħed minn dawk intervistati għandu jkun xi ħadd li rnexxielu jaqdi bħala pijunier awżiljarju għax għenuh u appoġġawh oħrajn fil-​familja tiegħu. Meta tiddiskuti paragrafu 9, semmi d-​dati taż-​żjara li jmiss taʼ l-​indokratur tas-​circuit jekk inhuma magħrufin.

10 min: “Tfakkiriet għall-​Konvenzjoni Distrettwali.” Irrivedi l-​informazzjoni fl-​artiklu f’paġna 3 fil-​ħarġa taʼ Lulju tal-​Ministeru tas-​Saltna. Ukoll qattaʼ ftit ħin tirrivedi l-​pariri u t-​tfakkiriet li japplikaw lokalment misjubin fl-​artiklu “Segwi lill-​Kristu Billi Turi d-​Dinjità” fil-​ħarġa tal-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Ġunju.

Għanja 196 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 3 taʼ Settembru

M’hemmx Laqgħa tas-​Servizz għal din il-​ġimgħa ladarba l-​kongregazzjonijiet kollha se jkunu qed jattendu l-​Konvenzjoni Distrettwali.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

d Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

e Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja