Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Settembru: Offri l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Għandu jsir sforz speċjali biex jinbeda studju tal-Bibbja fuq l-ewwel żjara. Meta l-inkwilini jkollhom din il-pubblikazzjoni diġà, urihom li jistgħu jibbenefikaw minnha billi turihom fil-qosor kif isir studju tal-Bibbja. Ottubru: Offri It-Torri taʼ l-Għassa u l-Awake! Meta jintwera interess, offri u ddiskuti l-fuljett Tixtieq Tkun Taf Iżjed dwar il-Bibbja? bil-mira li tibda studju l-Bibbja. Novembru: Se jiġi offrut il-ktieb Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir. Meta l-inkwilini jindikaw li m’għandhomx tfal, offri l-browxer Ibqaʼ Għassa! Diċembru: L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex. Inkella tistaʼ toffri l-ktieb Ersaq Qrib Lejn Jehovah jew Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja.
◼ Ladarba Settembru fih ħames Sibtijiet u Ħdud u l-Ġimgħa 21 taʼ Settembru hija festa pubblika, dan ikun xahar eċċellenti biex wieħed jaqdi bħala pijunier awżiljarju.
◼ Il-kongregazzjonijiet għandhom jibdew jordnaw il-volumi llegati taʼ The Watchtower u Awake! għall-2007, Watch Tower Publications Index 2007, u Watchtower Library—2007 Edition fuq CD-ROM maʼ l-ordni tal-letteratura li jmiss. Il-lista tal-lingwi li bihom se jkunu disponibbli dawn il-pubblikazzjonijiet se tidher fl-“Avviż lill-Kongregazzjonijiet Kollha” li jintbagħat kull xahar. Jekk jogħġobkom innotaw li l-Watchtower Library—2007 Edition hija provvediment għall-membri mgħammdin tal-kongregazzjoni u ssir disponibbli biss permezz tal-kongregazzjoni.
◼ Il-programm tal-vidjo Jehovah’s Witnesses—Organized to Share the Good News (Ix-Xhieda taʼ Ġeħova—Organizzati biex Jaqsmu l-Aħbar Tajba m’Oħrajn) se jiġi kunsidrat f’Laqgħa tas-Servizz f’Diċembru. Jekk ikun hemm bżonn taʼ kopji tad-DVD, għandhom jiġu ordnati permezz tal-kongregazzjoni kemm jistaʼ jkun malajr.
◼ It-taħdita pubblika speċjali għall-istaġun tat-Tifkira 2008 se tingħata matul il-ġimgħa tal-31 taʼ Marzu, 2008. Is-suġġett tat-taħdita se jkun imħabbar iktar tard. Il-kongregazzjonijiet li se jkollhom iż-żjara taʼ l-indokratur tas-circuit jew lassemblea f’dak it-tmiem il-ġimgħa se jkollhom it-taħdita speċjali fil-ġimgħa taʼ wara. Ebda kongregazzjoni m’għandu jkollha t-taħdita speċjali qabel il-ġimgħa tal-31 taʼ Marzu, 2008.
◼ L-indokratur li jippresiedi jew xi ħadd inkarigat minnu għandu jawditja l-kontijiet tal-kongregazzjoni għax-xhur taʼ Ġunju, Lulju, u Awissu. Meta dan ikun sar, għandu jsir avviż lill-kongregazzjoni wara li jinqara r-rapport tal-kontijiet li jmiss.—Ara l-Istruzzjonijiet għall-Kontijiet tal-Kongregazzjoni (S-27).