Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fid-29 t’Ottubru, 2007. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tat-3 taʼ Settembru sad-29 t’Ottubru, 2007. [Nota: Fejn m’hemmx referenzi wara l-mistoqsija, ikollok bżonn tagħmel riċerka int innifsek biex issib it-tweġibiet.—Ara Ministry School, pġi. 36-7.]
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. It-tixbihat sempliċi għala huma daqshekk effettivi? [ht pġ. 73 pari. 7-9]
2. Liema affarijiet se jgħinuk tiddetermina liema hi tixbiha adattata? [ht pġ. 74 pari. 12, 14]
3. Biex it-tixbihat jappellaw għall-udjenza tiegħek, minfejn għandhom jittieħdu? [ht pġi. 74-75 pari. 17-19]
4. Semmi xi perikli li jridu jiġu evitati f’użu tat-tixbihat. [ht pġ.75 pari. 20-22]
5. Għala huwa taʼ valur li nitgħallmu nadattaw il-materjal tagħna għall-ministeru taʼ l-għalqa? [ht pġ. 76 pari. 1-3]
INKARIGU NRU. 1
6. Salm 119:89, 90 kif jistaʼ jgħinna nifhmu li aħna nistgħu niddependu mill-kelma t’Alla? [w05 4/15 pġ. 15 par. 3]
7. Ġesù kif jittrattah b’mogħdrija lir-raġel trux li bilkemm jistaʼ jitkellem? (Mk. 1:31-37) [gt kap. 57]
8. Kif jistaʼ “dak li jgħid Ġeħova” jipproteġi lil qalbna? (Salm 18:30, NW) [w05 9/1 pġ. 30 par. 2]
9. Liema privileġġi speċjali huma mogħtijin lil Pietru? [gt kap. 59]
10. Liema huma t-tliet modi li t-termini “ruħ” jew “spirtu” jintużaw fil-Bibbja? [bh pġ. 208]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. X’kien jissinifika l-fatt li tkejjel it-tempju fil-viżjoni t’Eżekjel, u liema assiguranza jipprovdilna dan illum? (Eżek. 40:2-5) [w99 3/1 pġ. 9 par. 6; pġ. 14 par. 7]
12. Min hu “l-prinċep” fit-twettiq finali tal-viżjoni t’Eżekjel? (Eżek. 48:21) [w99 3/1 pġ. 16 pari. 13-15; pġi. 22-3 pari. 19-20]
13. X’inhu t-tifsir taʼ Danjel 2:21? [w98 9/15 pġ. 12 par. 9]
14. X’għamel lil Danjel “raġel għażiż” f’għajnejn Ġeħova? (Dan. 9:23) [dp pġ. 185 par. 12; w04 8/1 pġ. 12 par. 17]
15. F’liema sens ma kienx “hemm għarfien taʼ Alla fl-art” taʼ Iżrael, u kif għandna nifhmu dan il-kliem? (Hos. 4:1, 2, 6) [w05 11/15 pġ. 21 par. 21; jd-E pġi. 57-8 par. 5; pġ. 61 par. 10]