Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Ottubru: Offri r-rivisti taʼ It-Torri taʼ l-Għassa u l-Awake! Meta jintwera interess, offri u ddiskuti l-fuljett Tixtieq Tkun Taf Iżjed dwar il-Bibbja? bil-mira li tibda studju tal-Bibbja. Novembru: Se jiġi offrut il-ktieb Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir. Meta l-inkwilini jindikaw li m’għandhomx tfal, offri l-browxer Ibqaʼ Għassa! Diċembru: L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex. Inkella tistaʼ toffri l-ktieb Ersaq Qrib Lejn Jehovah jew Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja. Jannar: Kwalunkwe pubblikazzjoni antika li l-kongregazzjoni għandha maħżuna. L-indokratur tas-servizz taʼ kull kongregazzjoni għandu jiċċekkja mal-koordinatur tal-letteratura tas-Sala tas-Saltna biex jara jekk hemmx iżżejjed minn xi kotba antiki. Il-kongregazzjonijiet li m’għandhomx provvista taʼ dawn il-kotba jistgħu joffru l-ktieb Għarfien (jekk disponibbli) jew il-browxer Ibqaʼ Għassa!
◼ Ladarba Diċembru fih ħames Sibtijiet u Ħdud u tliet festi pubbliċi (8, 13 u 25 taʼ Diċembru), dan ikun xahar eċċellenti biex wieħed jaqdi bħala pijunier awżiljarju.
◼ Il-programm tal-vidjo Transfusion-Alternative Health Care—Meeting Patient Needs and Rights (Kura tas-Saħħa Alternattiva għat-Trasfużjoni—Jiġu Rispettati l-Ħtiġijiet u d-Drittijiet tal-Pazjent) se jiġi kunsidrat f’Laqgħa tas-Servizz f’Jannar. Jekk ikun hemm bżonn taʼ kopji għandhom jiġu ordnati fil-kongregazzjoni kemm jistaʼ jkun malajr.
◼ Jekk jogħġobkom innotaw li l-ħu li jippreżenta l-aħħar parti tal-Laqgħa tas-Servizz għandu jintroduċi l-għanja taʼ l-għeluq. Imbagħad, hu jew ħu kwalifikat ieħor inkarigat minn qabel se joffri t-talba taʼ l-għeluq.