Skeda taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-2008
Istruzzjonijiet
Dawn li ġejjin se jkunu l-arranġamenti għall-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul l-2008.
MATERJAL BĦALA SORS: Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Griega Kristjana [bi7], Il-Bibbja taʼ l-Għaqda Biblika Maltija, It-Tieni Edizzjoni (1996), Kif Ittejjeb l-Abbiltà Tiegħek biex Titkellem u Tgħallem [ht], It-Torri taʼ l-Għassa [w], Qim lill-Uniku Alla Veru [wt], Suġġetti Bibliċi għal Diskussjoni [td] li jibda minn paġna 442 tat-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Griega Kristjana [bi7].
L-iskola trid tibda FIL-ĦIN b’għanja, talba, u kummenti taʼ merħba u mbagħad tkompli kif inhu mniżżel hawn taħt. Wara kull taħdita, l-indokratur taʼ l-iskola se jintroduċi t-taħdita li jmiss.
IL-KWALITÀ TAD-DISKORS: 5 minuti. L-indokratur taʼ l-iskola, l-ajjutant li jagħti l-pariri, jew anzjan kwalifikat ieħor se jiddiskuti kwalità tad-diskors ibbażata fuq il-ktejjeb Ittejjeb l-Abbiltà. (F’kongregazzjonijiet fejn hemm numru limitat t’anzjani, jistgħu jintużaw qaddejja ministerjali kwalifikati.)
INKARIGU NRU. 1: 10 minuti. Dan irid jingħata minn anzjan jew qaddej ministerjali kwalifikat, u se jkun ibbażat fuq il-ktieb Qim lill-Uniku Alla Veru. Irid jingħata bħala taħdita taʼ istruzzjoni t’għaxar minuti. L-objettiv m’għandux ikun biss li jiġi mgħoddi l-materjal, imma ukoll li l-attenzjoni tiġi ffokata fuq il-valur prattiku taʼ l-informazzjoni diskussa, billi jintwera ċar x’se jkun l-iktar t’għajnuna għall-kongregazzjoni. Għandha tintuża t-tema murija. Huwa mistenni li l-aħwa inkarigati b’din it-taħdita joqogħdu attenti li jżommu mal-ħin. Jistaʼ jingħata parir fil-privat skond il-bżonn.
PUNTI PRINĊIPALI MILL-QARI TAL-BIBBJA: 10 minuti. Fl-ewwel ħames minuti, anzjan jew qaddej ministerjali kwalifikat irid japplika l-materjal b’mod li se jkun taʼ benefiċċju għall-kongregazzjoni. Jistaʼ jikkummenta fuq kwalunkwe parti mill-qari tal-Bibbja assenjat għall-ġimgħa. Dan m’għandux ikun sempliċi ġabra fil-qosor tal-qari assenjat. L-objettiv prinċipali huwa li l-udjenza tiġi megħjuna tapprezza għala u kif l-informazzjoni hija taʼ valur. Il-kelliemi għandu joqgħod attent li ma jaqbiżx il-ħames minuti mwarrbin apposta għall-parti tal-ftuħ. Għandu jaċċerta ruħu li jwarrab ħames minuti ħalli tipparteċipa l-udjenza. Il-kelliemi jrid jistieden lill-udjenza tipparteċipa billi tagħti kummenti qosra (30 sekonda jew inqas) dwar x’laqathom mill-qari tal-Bibbja u kif ibbenefikaw. Imbagħad, l-indokratur taʼ l-iskola se jibgħat lill-istudenti li huma inkarigati fit-tieni skola.
INKARIGU NRU. 2: 4 minuti jew inqas. Dan huwa qari li jrid jingħata minn ħu. L-istudent irid jaqra l-materjal assenjat mingħajr ma jagħmel introduzzjoni jew konklużjoni. L-indokratur taʼ l-iskola se jkun speċjalment interessat f’li jgħin lill-istudenti jaqraw b’mod li juru li qed jifhmu, b’mod fluwenti, b’enfasi xierqa fuq is-sens, bil-modulazzjoni, b’pawsi fejn ikun xieraq, u b’mod naturali.
INKARIGU NRU. 3: 5 minuti. Dan se jkun assenjat lil oħt. L-indokratur taʼ l-iskola jistaʼ kultant jagħżel li jagħti setting. Jekk le, l-istudenti li jingħataw dan l-inkarigu jistgħu jagħżlu setting huma stess. L-istudenta għandha tuża t-tema assenjata u tapplikaha f’aspett tas-servizz taʼ l-għalqa b’mod li jkun realistiku u prattiku għat-territorju lokali. Meta ebda referenza ma tiġi indikata bħala s-sors tal-materjal, l-istudenta jkollha bżonn tiġbor il-materjal għal din it-taħdita billi tagħmel riċerka fil-pubblikazzjonijiet tagħna. L-istudenti iktar ġodda għandhom jingħataw inkarigi li jkun hemm ir-referenzi għalihom. L-indokratur taʼ l-iskola se jkun speċjalment interessat fil-mod kif l-istudenta tiżviluppa l-materjal u l-mod kif tgħin lill-inkwilina tirraġuna mill-Iskrittura u tifhem il-punti prinċipali tal-preżentazzjoni. L-indokratur taʼ l-iskola se jinkariga assistenta waħda.
INKARIGU NRU. 4: 5 minuti. L-istudent irid jiżviluppa t-tema assenjata. Meta ma jiġux indikati referenzi bħala s-sors tal-materjal, l-istudent se jkollu bżonn jiġbor il-materjal għal din it-taħdita billi jagħmel riċerka fil-pubblikazzjonijiet tagħna. Meta din it-taħdita tiġi assenjata lil ħu, dan irid jagħtiha bħala taħdita bl-udjenza tas-Sala tas-Saltna f’moħħu. Meta tiġi assenjata lil oħt, għandha tiġi preżentata dejjem kif inhu spjegat f’Inkarigu Nru. 3. L-indokratur taʼ l-iskola għandu mnejn jassenja lil ħu għall-Inkarigu Nru. 4 kulmeta jara li jkun xieraq li jagħmel hekk. Jekk jogħġbok innota li t-temi b’asterisk ħdejhom għandhom dejjem jingħataw lil aħwa rġiel biex jiġu żviluppati bħala taħditiet. Jekk hemm biżżejjed anzjani u qaddejja ministerjali fil-kongregazzjoni tiegħek biex jagħmlu diversi partijiet taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku u l-Laqgħa tas-Servizz, allura preferibbilment it-temi bl-asterisk għandhom jiġu assenjati lil anzjan jew qaddej ministerjali kulmeta jkun possibbli.
PARIRI: Minuta. L-indokratur taʼ l-iskola m’għandux iħabbar bil-quddiem il-kwalità tad-diskors li l-istudent ikun qed jaħdem fuqha. Wara li jingħataw Inkarigi Nru. 2, Nru. 3, u Nru. 4, l-indokratur taʼ l-iskola jrid jagħti kummenti pożittivi fuq aspett tat-taħdita li kien taʼ min ifaħħru. L-iskop tiegħu m’huwiex li sempliċement jgħid “prosit” iżda, minflok, li jiġbed l-attenzjoni lejn raġunijiet speċifiċi għala dak l-aspett tal-preżentazzjoni kien effettiv. Skond il-bżonn taʼ kull student, pariri oħrajn li jibnu jistgħu jingħataw privatament wara l-laqgħa jew f’ħin ieħor.
IL-ĦIN: Ebda taħdita m’għandha taqbeż il-ħin, u lanqas il-ħu li jagħti l-parir m’għandu jagħmel dan. L-Inkarigi Nru. 2 sa Nru. 4 jridu jitwaqqfu bit-tattika meta jkun sar il-ħin. Jekk l-aħwa rġiel li jkunu qed jagħtu t-taħdita tal-ftuħ fuq kwalità tad-diskors, Inkarigu Nru. 1, jew il-punti prinċipali mill-qari tal-Bibbja jaqbżu l-ħin, iridu jingħataw parir fil-privat. Kulħadd irid joqgħod attent sew għall-ħin tiegħu. Il-programm sħiħ: 45 minuta, minbarra l-għanja u t-talba.
IL-FORMOLA TAL-PARIRI: Fil-ktejjeb Kif Ittejjeb l-Abbiltà Tiegħek biex Titkellem u Tgħallem.
AJJUTANT LI JAGĦTI L-PARIRI: Il-ġemgħa taʼ l-anzjani tistaʼ tagħżel anzjan kapaċi, jekk ikun hemm wieħed disponibbli minbarra l-indokratur taʼ l-iskola, biex jieħu ħsieb l-inkarigu t’ajjutant li jagħti l-pariri. Jekk hemm għadd t’anzjani fil-kongregazzjoni, f’dan il-każ, anzjan kwalifikat differenti jistaʼ jintgħażel għal dan l-inkarigu kull sena. Ir-responsabbiltà taʼ l-ajjutant li jagħti l-pariri se tkun li, jekk ikun hemm bżonn, jagħti l-pariri fil-privat lill-aħwa li jieħdu ħsieb Inkarigu Nru. 1 u l-punti prinċipali mill-Bibbja. M’hemmx għalfejn jagħti parir wara kull waħda minn dawn it-taħditiet li jingħataw minn sħabu l-anzjani jew il-qaddejja ministerjali.
REVIŻJONI TAʼ L-ISKOLA TAL-MINISTERU TEOKRATIKU: 30 minuta. Kull xahrejn, l-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni. Qabilha se jkun hemm konsiderazzjoni taʼ kwalità tad-diskors u punti prinċipali mill-qari tal-Bibbja bħalma hu msemmi iktar kmieni. Ir-reviżjoni se tkun ibbażata fuq il-materjal li jkun ġie kunsidrat fl-iskola matul ix-xahrejn taʼ qabel, inkluż il-ġimgħa kurrenti. Jekk il-kongregazzjoni tiegħek għandha l-assemblea tas-circuit jew iż-żjara taʼ l-indokratur tas-circuit fil-ġimgħa tar-Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku, allura r-reviżjoni (u l-kumplament taʼ l-iskeda tal-ġimgħa) għandha ssir il-ġimgħa taʼ wara u l-iskeda tal-ġimgħa taʼ wara għandha tintuża ġimgħa qabel. Jekk l-indokratur tas-circuit se jkun qed iżur il-kongregazzjoni tiegħek fil-ġimgħa tar-reviżjoni, l-għanja, il-kwalità tad-diskors, u l-punti prinċipali mill-Bibbja għandhom isiru bħalma hemm imniżżel fl-iskeda. It-taħdita taʼ istruzzjoni (li tingħata wara t-taħdita tal-kwalità tad-diskors) għandha tittieħed mill-iskeda tal-ġimgħa taʼ wara. L-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-ġimgħa taʼ wara se tkompli bil-kwalità tad-diskors u l-punti prinċipali mill-Bibbja bħalma hu mniżżel fl-iskeda, u wara ssir ir-reviżjoni.
SKEDA
7 taʼ Jan. Qari tal-Bibbja Mattew 1-6 Għanja 62
Kwalità tad-Diskors: Iż-Żamma tal-Ħin (ht pġ. 81 ¶15–pġ. 82 ¶18)
Nru. 1: Kif Tinkiseb l-Unità Kristjana Vera (wt pġi 5-7 ¶1-6)
Nru. 2: Mattew 5:1-20
Nru. 3: Ir-Raġuni għall-Oppożizzjoni Lejn il-Kristjani (td 25A)
Nru. 4: Modi kif Jgħinna l-Ispirtu Qaddis t’Alla
14 taʼ Jan. Qari tal-Bibbja: Mattew 7-11 Għanja 224
Kwalità tad-Diskors: Iż-Żamma tal-Ħin Waqt il-Laqgħat (ht pġ. 82 ¶19-20)
Nru. 1: L-Unità Kristjana—Kif Tinkiseb (wt pġi. 7-9 ¶7-9)
Nru. 2: Mattew 10:1-23
Nru. 3: Għala l-Onestà Ssarraf f’Ġid
Nru. 4: Il-Mara M’Għandhiex Tħalli lil Żewġha Jifridha minn Alla (td 25B)
21 taʼ Jan. Qari tal-Bibbja: Mattew 12-15 Għanja 133
Kwalità tad-Diskors: Xi Modi Kif Tevita li Taqbeż il-Ħin (ht pġ. 83 ¶21-22)
Nru. 1: Fatturi Essenzjali għall-Unità Kristjana (wt pġi. 9-10 ¶10 u mill-1 sar-4 punt)
Nru. 2: Mattew 14:1-22
Nru. 3: Ir-Raġel M’Għandux Iħalli lil Martu Żżommu milli Jaqdi lil Alla (td 25Ċ)
Nru. 4: X’Inhu jew Min Hu l-Antikrist?
28 taʼ Jan. Qari tal-Bibbja: Mattew 16-21 Għanja 176
Kwalità tad-Diskors: Kif Tiddetermina Jekk Individwu Jkunx Kapaċi Jżomm il-Ħin (ht pġ. 83 ¶23-24)
Nru. 1: Fatturi li Jikkontribwixxu għall-Unità Kristjana (wt pġi. 10-11 mill-5 sas-7 punt u ¶11)
Nru. 2: Mattew 17:1-20
Nru. 3: Profeti Foloz Imbassrin; Kienu Jeżistu fi Żmien l-Appostli (td 26A)
Nru. 4: Affarijiet li l-Kristjani Jqisuhom Bħala li Huma Sagri
4 taʼ Frar Qari tal-Bibbja: Mattew 22-25 Għanja 151
Kwalità tad-Diskors: Il-Preparazzjoni Hija Fundamentali biex Iżżomm mal-Ħin (ht pġ. 83 ¶25-26)
Nru. 1: Il-Kristjani Veri Jevitaw Influwenzi li Jġibu l-Firda (wt pġi. 12-13, ¶12-14)
Nru. 2: Mattew 23:1-24
Nru. 3: Il-Ħajja taʼ Dejjem Mhix Se Tkun taʼ Dwejjaq
Nru. 4: Reliġjon Waħda Biss Hi Vera (td 27A)
11 taʼ Frar Qari tal-Bibbja: Mattew 26-28 Għanja 110
Kwalità tad-Diskors: Iż-Żamma tal-Ħin Hija Importanti
fil-Ministeru (ht pġ. 84 ¶27)
Nru. 1: Kun Af u Apprezza lil Ġeħova (wt pġi. 15-16, ¶1-3)
Nru. 2: Mattew 27:1-22
Nru. 3: Għala l-Fatt li Teżerċita Fidi Jfisser Iktar milli
Sempliċement Temmen
Nru. 3: Id-Duttrina Falza Kundannata Kif Inhu Xieraq (td 27B)
18 taʼ Frar Qari tal-Bibbja: Marku 1-4 Għanja 167
Kwalità tad-Diskors: Modi Prattiċi Kif Iżżomm mal-Ħin Sew (ht pġ. 84 ¶28-29)
Nru. 1: Aspetti taʼ l-Imħabba taʼ Ġeħova (wt pġi. 16-19 ¶4-9)
Nru. 2: Marku 2:1-17
Nru. 3: Essenzjali li Tibdel ir-Reliġjon Jekk Hemm Provi li Hi Ħażina (td 27Ċ)
Nru. 4: Kif l-Imħabba Ssaħħaħ il-Kuraġġ
25 taʼ Frar Qari tal-Bibbja: Marku 5-8 Għanja 72
Kwalità tad-Diskors: Kunfidenza u Ekwilibriju (ht pġ. 85 ¶1-2)
Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
3 taʼ Mar. Qari tal-Bibbja: Marku 9-12 Għanja 195
Kwalità tad-Diskors: X’Ma Jħallikx Tkun Kunfidenti (ht pġ. 85 ¶3-4)
Nru. 1: Nuru Mħabba Għal Oħrajn (wt pġi. 19-20 ¶10-11)
Nru. 2: Marku 11:1-18
Nru. 3: Għala Alla Ma Jistax Jigdeb
Nru. 4: “It-Tajjeb fir-Reliġjonijiet Kollha” Ma Jfissirx li Alla Japprovahom (td 27D)
10 taʼ Mar. Qari tal-Bibbja: Marku 13-16 Għanja 87
Kwalità tad-Diskors: Kif Titkellem b’Mod Kunfidenti (ht pġ. 86 ¶5-6)
Nru. 1: Xi Jfisser li Timxi f’Isem Alla (wt pġi. 20-22, ¶12-16)
Nru. 2: Marku 14:1-21
Nru. 3: Ir-Ritorn Inviżibbli għall-Bnedmin (td 28A)
Nru. 4: Għala “l-Korla tal-Bniedem Ma Twettaqx il-Ġustizzja t’Alla” (Ġak. 1:20)
17 taʼ Mar. Qari tal-Bibbja: Luqa 1-3 Għanja 13
Kwalità tad-Diskors: Kunfidenza Permezz taʼ Preparazzjoni Tajba (ht pġ. 86 ¶7-9)
Nru. 1: Għin lil Oħrajn Japprezzaw il-Kelma t’Alla (wt pġi. 23-25 ¶1-6)
Nru. 2: Luqa 1:1-23
Nru. 3: Għala “l-Fidi Mingħajr Għemejjel Hi Inattiva” (Ġak. 2:20)
Nru. 4: Ir-Ritorn taʼ Kristu Jintgħaraf Permezz taʼ Fatti Fiżiċi (td 28B)
24 taʼ Mar. Qari tal-Bibbja: Luqa 4-6 Għanja 156
Kwalità tad-Diskors: Ekwilibriju Muri fil-Komportament Fiżiku (ht pġ. 86 ¶9–pġ. 87 ¶10-11)
Nru. 1: Aqra l-Bibbja Kuljum (wt pġi. 26-27 ¶7-10)
Nru. 2: Luqa 4:1-21
Nru. 3: X’Inhi r-Ruħ? (td 29A)
Nru. 4: Il-Biżaʼ minn Alla Jistaʼ Jżommna ’l Bogħod mid-Dnub
31 taʼ Mar. Qari tal-Bibbja: Luqa 7-9 Għanja 122
Kwalità tad-Diskors: Ekwilibriju Muri Permezz taʼ Leħen Ikkontrollat (ht pġ. 87 ¶12-14)
Nru. 1: Studja biex Titgħallem dwar Ġeħova (wt pġi. 28-29 ¶11-12, inkluż l-1 punt biss)
Nru. 2: Luqa 7:1-17
Nru. 3: Evidenza li Alla Jħobbna u Jridna Nkunu Henjin
Nru. 4: Id-Differenza bejn ir-Ruħ u l-Ispirtu (td 29B)
7 t’Apr. Qari tal-Bibbja: Luqa 10-12 Għanja 68
Kwalità tad-Diskors: Id-Dehra Tagħna Hija Importanti (ht pġ. 88 ¶15)
Nru. 1: Ikkunsidra t-Tema tal-Bibbja u l-Kuntest taʼ l-Iskritturi (wt pġ. 29, it-2 punt)
Nru. 2: Luqa 11:37-54
Nru. 3: Tama għall-Mejtin (td 30A)
Nru. 4: Kif Għandna Nifhmu l-Iskrittura taʼ Rivelazzjoni 17:17?
14 t’Apr. Qari tal-Bibbja: Luqa 13-17 Għanja 86
Kwalità tad-Diskors: Ilbies u Apparenza Xierqa (ht pġ. 88 ¶16-18)
Nru. 1: Agħmel Applikazzjoni Persunali u Aqsam m’Oħrajn Dak li Titgħallem (wt pġi. 29-31, it-3 u r-4 punt u ¶13)
Nru. 2: Luqa 16:1-15
Nru. 3: Dak li Tgħallimna l-Liġi t’Alla dwar it-Tilqit (Lev. 19:9, 10)
Nru. 4: Irxoxt għall-Ħajja fis-Sema jew fuq l-Art (td 30B)
21 t’Apr. Qari tal-Bibbja: Luqa 18-21 Għanja 182
Kwalità tad-Diskors: Ilbies u Apparenza Xierqa Meta Tagħti Taħdita (ht pġ. 89 ¶19-21)
Nru. 1: Dak li Jgħidu l-Profeti dwar Ġesù (wt pġi. 32-35 ¶1-7)
Nru. 2: Luqa 18:1-17
Nru. 3: Jum is-Sabat Mhux Obbligu għall-Kristjani (td 31A)
Nru. 4: Xi Jfisser li ‘Tagħmel Kollox bla Tgergir’ (Flp. 2:14)
28 t’Apr. Qari tal-Bibbja: Luqa 22-24 Għanja 218
Kwalità tad-Diskors: Poża Xierqa (ht pġ. 89 ¶22–pġ. 90 ¶26)
Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
5 taʼ Mej. Qari tal-Bibbja: Ġwanni 1-4 Għanja 31
Kwalità tad-Diskors: Nikkoreġu l-Poża (ht pġ. 90 ¶27-28)
Nru. 1: Uri Fidi fi Kristu (wt pġi. 37-40 ¶10-15)
Nru. 2: Ġwanni 3:1-21
Nru. 3: Dak li Nitgħallmu mill-Fatt li David Ma Ppermettiex li s-Sultan Sawl Jinqatel
Nru. 4: L-Osservanza tas-Sabat Meħtieġa Biss minn Iżrael tal-Qedem (td 31B)
12 taʼ Mej. Qari tal-Bibbja: Ġwanni 5-7 Għanja 150
Kwalità tad-Diskors: Tagħmir Pulit (ht pġ. 90 ¶29-pġ. 91 ¶31)
Nru. 1: L-Ubbidjenza Lejn Alla Ġġib Libertà Vera (wt pġi. 41-43 ¶1-5)
Nru. 2: Ġwanni 6:1-21
Nru. 3: Dak li Jgħallimna r-Rakkont dwar Ananija u Safira
Nru. 4: Il-Mistrieħ tas-Sabat t’Alla (is-7 Jum tal-“Ġimgħa” tal-Ħolqien) (td 31Ċ)
19 taʼ Mej. Qari tal-Bibbja: Ġwanni 8-11 Għanja 102
Kwalità tad-Diskors: Ebda Espressjoni tal-Wiċċ Mhi Xierqa (ht pġ. 91 ¶32-34)
Nru. 1: Fejn Tistaʼ Tinstab il-Libertà Vera Llum (wt pġi. 44-45 ¶6-9)
Nru. 2: Ġwanni 11:38-57
Nru. 3: Ġesù Mdendel m’Għuda taʼ l-Esekuzzjoni Bħala Tmaqdir (td 32A)
Nru. 4: Ladarba l-Għaxar Kmandament Ma Setax Jiġi Inforzat, Għala Ngħata?
26 taʼ Mej. Qari tal-Bibbja: Ġwanni 12-16 Għanja 3
Kwalità tad-Diskors: Ħalli l-Avanz Tiegħek Ikun Jidher (ht pġ. 92 ¶1-2)
Nru. 1: Il-Libertà tad-Dinja fir-Realtà Hija Jasar (wt pġi. 46-47 ¶10-12)
Nru. 2: Ġwanni 12:1-19
Nru. 3: Is-Salib M’Għandux Jingħata Qima (td 32B)
Nru. 4: Kif Nixħtu t-Toqol Tagħna fuq Ġeħova (Salm 55:22, NW)
2 taʼ Ġun. Qari tal-Bibbja: Ġwanni 17-21 Għanja 198
Kwalità tad-Diskors: Modi Kif l-Avanz Ikun Jidher (ht pġ. 92 ¶3-4)
Nru. 1: Kif Tidentifika Kumpanija Ħażina (wt pġi. 47-49 ¶13-14)
Nru. 2: Ġwanni 21:1-14
Nru. 3: Għala Nemmnu f’Alla li Ma Narawhx?
Nru. 4: X’Se Tagħmel is-Saltna t’Alla għall-Bnedmin (td 33A)
9 taʼ Ġun. Qari tal-Bibbja: Atti 1-4 Għanja 92
Kwalità tad-Diskors: Kif il-Konversazzjoni taʼ Persuna Tistaʼ Tirrifletti Progress Spiritwali (ht pġ. 93 ¶5-7)
Nru. 1: Il-Kwistjoni l-Kbira li Lkoll Kemm Aħna Rridu Niffaċċjaw (wt pġi. 50-51 ¶1-3)
Nru. 2: Atti 1:1-14
Nru. 3: Is-Saltna Tibda Taħdem Waqt li l-Għedewwa taʼ Kristu Jkunu Attivi (td 33B)
Nru. 4: X’Tinvolvi “l-Libertà tal-Kelma”? (Ebr. 3:6)
16 taʼ Ġun. Qari tal-Bibbja: Atti 5-7 Għanja 2
Kwalità tad-Diskors: Agħmel Lilek Innifsek Disponibbli Bħala Ħu (ht pġi. 94-5 ¶8-11)
Nru. 1: Il-Kwistjoni l-Kbira—Il-Prova li Tat l-Istorja u s-Salvazzjoni Tagħna (wt pġi. 51-53 ¶4-8)
Nru. 2: Atti 5:1-16
Nru. 3: Is-Saltna Mhix ‘fil-Qlub,’ Mhix Żviluppata bl-Isforzi tal-Bnedmin (td 33Ċ)
Nru. 4: Għala l-Biżaʼ taʼ Ġeħova Hu l-Bidu taʼ l-Għerf? (Salm 111:10)
23 taʼ Ġun. Qari tal-Bibbja: Atti 8-10 Għanja 116
Kwalità tad-Diskors: Iżjed Privileġġi taʼ Servizz (ht pġi. 95-6 ¶12-13)
Nru. 1: Imitata l-Fidi taʼ Wħud Leali (wt pġi. 54-57 ¶9-15)
Nru. 2: Atti 8:1-17
Nru. 3: Kif Ġesù Se “Jeħles lill-Fqir” (Salm 72:12)
Nru. 4: Is-Salvazzjoni Tiġi Mingħand Alla bis-Sagrifiċċju taʼ Fidwa taʼ Ġesù (td 34A)
30 taʼ Ġun. Qari tal-Bibbja: Atti 11-14 Għanja 79
Kwalità tad-Diskors: Materjal Speċifiku (ht pġi. 12-13 ¶1-3)
Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
7 taʼ Lul. Qari tal-Bibbja: Atti 15-17 Għanja 203
Kwalità tad-Diskors: Informattiv għall-Udjenza Tiegħek (ht pġ. 13 ¶4-6)
Nru. 1: X’Inhi t-Tweġiba Persunali Tagħna? (wt pġi. 57-59 ¶16-18)
Nru. 2: Atti 16:1-15
Nru. 3: Raġunijiet Għala Għandna Naqdu lil Ġeħova bla Biżaʼ
Nru. 4: “Salvat Darba, Salvat Dejjem” Mhux Skritturali (td 34B)
14 taʼ Lul. Qari tal-Bibbja: Atti 18-21 Għanja 32
Kwalità tad-Diskors: Materjal taʼ Valur Prattiku (ht pġ. 14 ¶7-8)
Nru. 1: Dak li Jgħallimna l-Fatt li Alla Jippermetti l-Ħażen (wt pġi. 60-62 ¶1-7)
Nru. 2: Atti 20:1-16
Nru. 3: Is-“Salvazzjoni Universali” Mhix Skritturali (td 34Ċ)
Nru. 4: X’Nistgħu Nitgħallmu mill-Projbizzjoni li Nsibu f’Eżodu 23:19b?
21 taʼ Lul. Qari tal-Bibbja: Atti 22-25 Għanja 200
Kwalità tad-Diskors: Eżattezza f’Dak li Jingħad (ht pġ. 14 ¶9-11)
Nru. 1: Alla Qatt Ma Jagħmel Xi Ħaġa Inġusta (wt pġi. 63-65 ¶8-12)
Nru. 2: Atti 22:1-16
Nru. 3: Ix-Xhieda taʼ Ġeħova b’Liema Modi Jwettqu l-Iskrittura taʼ Ġwanni 13:34, 35?
Nru. 4: 144,000 Biss Imorru s-Sema (td 35A)
28 taʼ Lul. Qari tal-Bibbja: Atti 26-28 Għanja 29
Kwalità tad-Diskors: Materjal Miżjud biex Jiċċara (ht pġ. 15 ¶12-13)
Nru. 1: Opportunità biex Nuru d-Devozzjoni Tagħna Lejn Ġeħova (wt pġi. 66-69 ¶13-18)
Nru. 2: Atti 26:1-18
Nru. 3: X’Inhu l-Ispirtu Qaddis (td 36A)
Nru. 4: Għala Ġeħova Juri l-Paċenzja
4 t’Awis. Qari tal-Bibbja: Rumani 1-4 Għanja 170
Kwalità tad-Diskors: Aspetti Prinċipali li Għandek Tikkunsidra biex Tilħaq lill-Udjenza Tiegħek—Jingħad b’Mod Sempliċi (ht pġ. 15 ¶14-16)
Nru. 1: Strieħ fuq Ġeħova—Irreżisti Spirti Ħżiena (wt pġi. 70-2 ¶1-6)
Nru. 2: Rumani 3:1-20
Nru. 3: Kif l-Anġli Jipproteġu u Jsaħħu lill-Qaddejja t’Alla
Nru. 4: Il-Forza tal-Ħajja Msejħa Spirtu (td 36B)
11 t’Awis. Qari tal-Bibbja: Rumani 5-8 Għanja 207
Kwalità tad-Diskors: Spjegazzjoni taʼ Termini Mhux Familjari (ht pġ. 16 ¶17-18)
Nru. 1: Oqgħod Attent għall-Makakkeriji tax-Xitan (wt pġi. 72-75 ¶7-12)
Nru. 2: Rumani 6:1-20
Nru. 3: L-Ispiritiżmu Rridu Naħarbuh Bħala Xogħol tad-Demonji (td 36Ċ)
Nru. 4: Kif is-Sewwa Jistaʼ Jipproteġina
18 t’Awis. Qari tal-Bibbja: Rumani 9-12 Għanja 152
Kwalità tad-Diskors: M’Hemmx Materjal Żejjed (ht pġ. 16 ¶19-20)
Nru. 1: Ilbes l-Armatura Sħiħa Mingħand Alla (wt pġi. 76-8 ¶13-15)
Nru. 2: Rumani 9:1-18
Nru. 3: X’Inhuma l-Perikli tas-Seksik u x-Xnigħat?
Nru. 4: Alla Ma Jridniex Ningħaqdu maʼ Reliġjonijiet Oħrajn (td 37A)
25 t’Awis. Qari tal-Bibbja: Rumani 13-16 Għanja 16
Kwalità tad-Diskors: Tqanqal l-Interess (ht pġ. 17 ¶1-3)
Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
1 taʼ Sett. Qari tal-Bibbja: 1 Korintin 1-9 Għanja 199
Kwalità tad-Diskors: Meta Għandek Tipprepara l-Introduzzjoni tat-Taħdita Tiegħek (ht pġ. 18 ¶4-7)
Nru. 1: L-Għarfien, il-Fidi, u l-Irxoxt (wt pġi. 79-82 ¶1-8)
Nru. 2: 1 Korintin 4:1-17
Nru. 3: Mhux Veru li “Hemm it-Tajjeb fir-Reliġjonijiet Kollha” (td 37B)
Nru. 4: Huwa l-Għana Materjali Evidenza tal-Barka t’Alla?
8 taʼ Sett. Qari tal-Bibbja: 1 Korintin 10-16 Għanja 35
Kwalità tad-Diskors: Introduzzjoni Xierqa għat-Tema (ht pġi. 18-19 ¶8-10)
Nru. 1: Ġesù Għandu l-Muftieħ tal-Mewt u taʼ Ħades (wt pġi. 83-89 ¶9-18)
Nru. 2: 1 Korintin 13:1–14:6
Nru. 3: Għala Dawk li Jagħmlu l-Kelma Huma Henjin
Nru. 4: It-Talb li Jismaʼ Alla (td 38A)
15 taʼ Sett. Qari tal-Bibbja: 2 Korintin 1-7 Għanja 58
Kwalità tad-Diskors: Introduzzjoni taʼ Tul Xieraq (ht pġ. 19 ¶11-16)
Nru. 1: Apprezza s-Saltna t’Alla li Ma Tinqered Qatt (wt pġi. 90-5 ¶1-10)
Nru. 2: 2 Korintin 1:1-14
Nru. 3: Ripetizzjoni, Talb lil Marija jew lill-“Qaddisin” M’humiex Validi (td 38B)
Nru. 4: Għala l-Kristjani Veri Jifirħu Meta Jkunu Persegwitati
22 taʼ Sett. Qari tal-Bibbja: 2 Korintin 8-13 Għanja 12
Kwalità tad-Diskors: Għoli Biżżejjed biex Jinstemaʼ bil-Kumdità (ht pġi. 20-1 ¶1-2)
Nru. 1: Il-Miri tas-Saltna—Kif Jinkisbu? (wt pġi. 96-98 ¶11-14)
Nru. 2: 2 Korintin 9:1-15
Nru. 3: Għala l-Kristjani Veri M’Huma Ebda Parti mid-Dinja
Nru. 4: It-Tifkira taʼ l-Ikla taʼ fil-Għaxija tal-Mulej (td 39A)
29 taʼ Sett. Qari tal-Bibbja: Galatin 1-6 Għanja 163
Kwalità tad-Diskors: Kun Konxju tal-Kundizzjonijiet Varjabbli Meta Titkellem (ht pġi. 21-2 ¶3-7)
Nru. 1: Dak li Wettqet Diġà s-Saltna (wt pġi. 98-99 ¶15)
Nru. 2: Galatin 1:1-17
Nru. 3: Il-Quddiesa Mhix Skritturali (td 39B)
Nru. 4: Kif l-Imħabba Tistaʼ Tirbaħ il-Biżaʼ mill-Bniedem
6 t’Ott. Qari tal-Bibbja: Efesin 1-6 Għanja 99
Kwalità tad-Diskors: Kif Tiddetermina Jekk il-Volum Tiegħek Huwiex Għoli Biżżejjed (ht pġ. 22 ¶8-10)
Nru. 1: Saltna t’Elf Sena (wt pġi. 99-100 ¶16-17)
Nru. 2: Efesin 3:1-19
Nru. 3: Min Jitlob Maħfra Ma Jkunx Qed Juri Sinjal taʼ Dgħjufija
Nru. 3: Alla, il-Missier, Persuna Waħda, l-Akbar fl-Univers (td 40A)
13 t’Ott. Qari tal-Bibbja: Filippin 1–Kolossin 4 Għanja 123
Kwalità tad-Diskors: Volum Xieraq għall-Materjal (ht pġ. 22-23 ¶11-12)
Nru. 1: Kif Infittxu s-Saltna l-Ewwel (wt pġi. 101-4 ¶1-6)
Nru. 2: Filippin 3:1-16
Nru. 3: L-Iben Inferjuri għall-Missier Qabel u Wara li Ġie fuq l-Art (td 40B)
Nru. 4: Alla u Kristu Ħaġa Waħda (td 40Ċ)
20 t’Ott. Qari tal-Bibbja: 1 Tessalonikin 1–2 Tessalonikin 3 Għanja 161
Kwalità tad-Diskors: L-Abbiltà li Tagħmel Pawsa Effettiva (ht pġ. 23 ¶13-16)
Nru. 1: Segwi l-Mudell tad-Dixxipli tal-Bidu (wt pġi. 104-105 ¶7-9)
Nru. 2: 1 Tessalonikin 1:1–2:8
Nru. 3: L-Ispirtu Qaddis t’Alla Hu l-Forza Attiva Tiegħu (td 40D)
Nru. 4: L-Użu taʼ Xbihat, Statwi, fil-Qima Hu taʼ Tmaqdir għal Alla (td 41A)
27 t’Ott. Qari tal-Bibbja: 1 Timotju 1–2 Timotju 4 Għanja 69
Kwalità tad-Diskors: Pawsa għall-Punteġġatura (ht pġi. 23-4 ¶17-21)
Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
3 taʼ Nov. Qari tal-Bibbja: Titu 1–Filemon Għanja 149
Kwalità tad-Diskors: Pawsa għall-Bidla fil-Ħsieb (ht pġi. 24-25 ¶22-24)
Nru. 1: Żomm is-Saltna l-Ewwel f’Ħajtek (wt pġi. 106-9 ¶10-15)
Nru. 2: Titu 1:1-16
Nru. 3: II-Qima lix-Xbihat Kienet Fatali għall-Ġens taʼ Iżrael (td 41B)
Nru. 4: Il-Qima “Relattiva” Mhix Awtorizzata (td 41Ċ)
10 taʼ Nov. Qari tal-Bibbja: Ebrej 1-8 Għanja 144
Kwalità tad-Diskors: Pawsa għall-Enfasi u Meta ċ-Ċirkustanzi Jeħtiġuha (ht pġ. 25 ¶25-28)
Nru. 1: Dak li Tgħid l-Iskrittura dwar il-Magħmudija taʼ Ġwanni (wt pġi. 110-2 ¶1-6)
Nru. 2: Ebrej 3:1-19
Nru. 3: L-Oriġini tax-Xhieda taʼ Ġeħova (td 42A)
Nru. 4: Id-Differenza bejn l-Umiltà Vera u Dik Falza
17 taʼ Nov. Qari tal-Bibbja: Ebrej 9-13 Għanja 28
Kwalità tad-Diskors: Nidderieġu lis-Semmiegħa Tagħna Lejn il-Bibbja (ht pġ. 26 ¶1-2)
Nru. 1: Il-Magħmudija fl-Ilma tad-Dixxipli Kristjani (wt pġi. 112-6 ¶7-13)
Nru. 2: Ebrej 10:1-17
Nru. 3: Ix-Xitan Hu Persuna Spirtu (td 43A)
Nru. 4: Kif il-Maħfra Ġġib l-Unità
24 taʼ Nov. Qari tal-Bibbja: Ġakbu 1-5 Għanja 88
Kwalità tad-Diskors: Nistiednu lill-Udjenza biex Tuża l-Bibbja (ht pġ. 26 ¶3-4)
Nru. 1: Il-Magħmudija u r-Responsabbiltajiet Kristjani (wt pġi. 118-9 ¶14-16)
Nru. 2: Ġakbu 1:1-21
Nru. 3: Ix-Xitan Hu l-Ħakkiem Inviżibbli tad-Dinja (td 43B)
Nru. 4: Kif “il-Ħniena Tifraħ bir-Rebħa fuq il-Ġudizzju” (Ġak. 2:13)
1 taʼ Diċ. Qari tal-Bibbja: 1 Pietru 1–2 Pietru 3 Għanja 18
Kwalità tad-Diskors: Tħalli l-Ħin biex Jinstab il-Vers (ht pġ. 27 ¶5-6)
Nru. 1: Nidentifikaw il-Kotra l-Kbira (wt pġi. 120-1 ¶1-4)
Nru. 2: 1 Pietru 2:1-17
Nru. 3: Id-Demonji Huma Anġli Ribellużi (td 43Ċ)
Nru. 4: L-Għaqda taż-Żwieġ Trid Tkun Onorabbli (td 44A)
8 taʼ Diċ. Qari tal-Bibbja: 1 Ġwanni 1–Ġuda Għanja 50
Kwalità tad-Diskors: Introduċi l-Iskritturi b’Mod Effettiv (ht pġ. 27 ¶7-9)
Nru. 1: Jagħtu Prova li Jistħoqqilhom Jiġu Preservati (wt pġi. 121-5 ¶5-13)
Nru. 2: 1 Ġwanni 4:1-16
Nru. 3: Il-Prinċipju taʼ Kap Irid Jiġi Rispettat mill-Kristjani (td 44B)
Nru. 4: Ir-Responsabbiltà tal-Ġenituri Kristjani Lejn Uliedhom (td 44Ċ)
15 taʼ Diċ. Qari tal-Bibbja: Rivelazzjoni 1-6 Għanja 219
Kwalità tad-Diskors: Il-Mistoqsijiet Iqanqlu l-Ħsieb (ht pġ. 28 ¶10-12)
Nru. 1: Benefiċċji li Tgawdi l-Kotra Kbira minn Issa (wt pġi. 126-7 ¶14-17)
Nru. 2: Rivelazzjoni 3:1-13
Nru. 3: Il-Kristjani Għandhom Jiżżewġu Biss lil Kristjani (td 44D)
Nru. 4: Għala l-Paċenzja u l-Ħniena Għandhom Limitu
22 taʼ Diċ. Qari tal-Bibbja: Rivelazzjoni 7-14 Għanja 21
Kwalità tad-Diskors: Tħalli l-Iskrittura Tipprovdi Tweġiba (ht pġi. 28-9 ¶13-17)
Nru. 1: Nidentifikaw il-Parti Viżibbli taʼ l-Organizzazzjoni taʼ Ġeħova (wt pġi. 128-9 ¶1-4)
Nru. 2: Rivelazzjoni 8:1-13
Nru. 3: Il-Poligamija Mhix Skritturali (td 44E)
Nru. 4: Xi Tfisser il-Frażi “Alla Hu Akbar minn Qlubna”? (1 Ġw. 3:20)
29 taʼ Diċ. Qari tal-Bibbja: Rivelazzjoni 15-22 Għanja 60
Kwalità tad-Diskors: Jintuża l-Kuntest biex l-Iskrittura Tiġi Spjegata (ht pġ. 29 ¶18-20)
Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku