LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/07 p. 1
  • Imxu bħal Nies Għorrief

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Imxu bħal Nies Għorrief
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Materjal Simili
  • L-Għelieqi Huma Bojod għall-Ħsad
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Ħu Sehem bis-Sħiħ fil-Ħsad Spiritwali Kbir
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Aħna Ninsabu Ferħanin Inħabirku fis-Servizz taʼ Ġeħova!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Nipproklamaw Il-Verità Kuljum Billi Nimitaw Lil Ġesù
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2007
km 11/07 p. 1

Imxu bħal Nies Għorrief

1 Meta Ġesù staqsa lil erbaʼ sajjieda biex ikunu segwaċi tiegħu, huma ma ħasbuhiex darbtejn imma “mill-​ewwel . . . marru warajh.” (Mt. 4:​18-​22) Anki meta Sawlu taʼ Tarsu kkonverta u beda jara mill-​ġdid, hu ma qagħadx jitnikker iżda “minnufih beda jippriedka fis-​sinagogi dwar Ġesù.” (Atti 9:​20) Iż-​żmien ma jistenna lil ħadd; ladarba jgħaddi, ikun għadda għal dejjem. Għalhekk huwa importanti għalina li ‘nimxu bħal nies għorrief’ fil-​mod kif nużaw il-​ħin tagħna.​—Efes. 5:​15, 16.

2 Iċ-​Ċirkustanzi: L-​opportunitajiet li għandna llum biex naqdu lil Ġeħova jistgħu ma jkunux għadhom hemm għada. (Ġak. 4:​14) Ħadd m’huwa ħieles miċ-​“ċirkustanzi” mhux mistennijin. (Koħ. 9:​11) Barra minn hekk, f’din is-​sistema preżenti, ma nistgħux niskansaw “jiem in-​niket” li jiġu hekk kif ilkoll qed nikbru fl-​età. Dawn dejjem jillimitawna f’dak li nistgħu nwettqu fis-​servizz taʼ Ġeħova. (Koħ. 12:1) Għalhekk m’huwiex għaqli li tittratieni biex tiddedika ħajtek lil Alla jew li toqgħod tistenna ċ-​ċirkustanzi ideali qabel tespandi kemm tistaʼ l-​ministeru tiegħek. (Lq. 9:​59-62) Abraham sab paċi u serenità fl-​età avanzata tiegħu, u miet “xiħ u sodisfatt” (New World Translation) minħabba li uża ħajtu bħal wieħed għaref, dedikat b’mod komplet lil Ġeħova.​—Ġen. 25:8.

3 Iż-​Żmien Tqassar: Aħna wkoll irridu nużaw il-​ħin bil-​għaqal minħabba li “ż-​żmien li fadal tqassar.” (1 Kor. 7:​29-​31) Dalwaqt din is-​sistema qadima se tispiċċa. L-​opportunitajiet biex nieħdu sehem fil-​ġbir il-​kbir taʼ dawk l-​uħud bħal nagħaġ matul żmien tal-​ħsad tal-​“prodott taʼ l-​art” se jintemm. (Riv. 14:15) Għandna noqogħdu attenti biex ma nħallux l-​ansjetajiet tal-​ħajja u d-​distrazzjonijiet jisirqulna mill-​ħin li nistgħu nużawh aħjar fil-​ministeru. (Lq. 21:​34, 35) Kemm se jkun taʼ sodisfazzjon meta nħarsu lura u nkunu nafu li ħadna sehem bis-​sħiħ fix-​xogħol tal-​ħsad!

4 Aħna rridu noqogħdu għassa l-​ħin kollu sabiex ma nitilfux privileġġi sbieħ taʼ servizz li jistgħu jkunu tagħna. Ejjew inkunu determinati li nagħmlu dak kollu li nistgħu biex naqdu lil Ġeħova “sakemm dan jistaʼ jissejjaħ ‘Illum.’” (Ebr. 3:​13) Meta nagħmlu hekk se nuru li aħna għorrief tassew, għaliex “minn jagħmel ir-​rieda t’Alla jibqaʼ għal dejjem.”​—1 Ġw. 2:17.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja