LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/07 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 10 taʼ Diċembru
  • Ġimgħa li Tibda 17 taʼ Diċembru
  • Ġimgħa li Tibda 24 taʼ Diċembru
  • Ġimgħa li Tibda 31 taʼ Diċembru
  • Ġimgħa li Tibda 7 taʼ Jannar
Il-Ministeru tas-Saltna—2007
km 12/07 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 10 taʼ Diċembru

Għanja 46

5 min: Avviżi lokali. Permezz tas-​suġġerimenti f’paġna 8 jew preżentazzjoni oħra adattata għat-​territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif toffri t-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Diċembru.

15 min: “Tistaʼ Tidħol minn ‘Bieb Kbir għax-​Xogħol’?”a Fil-​qosor intervista pijunier regulari jew tnejn. X’aġġustamenti kellhom jagħmlu biex jaqdu bħala pijunieri regulari? X’barkiet esperjenzaw?

13 min: L-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku għas-​sena 2008. Taħdita mill-​indokratur taʼ l-​iskola. Iddiskuti l-​punti li għandhom bżonn jiġu enfasizzati lokalment mill-​insert tal-​Ministeru tas-​Saltna t’Ottubru 2007. Irrivedi l-​irwol taʼ l-​ajjutant li jagħti l-​pariri. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex ikun ħerqan li jwettaq l-​inkarigu li jingħata, biex jipparteċipa fil-​punti prinċipali mill-​Bibbja, u biex japplika s-​suġġerimenti li jingħataw kull ġimgħa mill-​ktejjeb Kif Ittejjeb l-​Abbiltà Tiegħek biex Titkellem u Tgħallem.

12 min: “Infarrġu lil Dawk taʼ Qalb Miksura.”b Irrakkonta esperjenza jew tnejn li jkunu relatati maʼ dan is-​suġġett.

Għanja 34

Ġimgħa li Tibda 17 taʼ Diċembru

Għanja 28

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jara d-​DVD Jehovah’s Witnesses​—Organized to Share the Good News (Ix-Xhieda taʼ Ġeħova—Organizzati biex Jaqsmu l-​Aħbar Tajba m’Oħrajn) bħala preparazzjoni għad-​diskussjoni fil-​Laqgħa tas-​Servizz għall-​ġimgħa li tibda fil-​31 taʼ Diċembru. Ħabbar l-​arranġamenti speċjali għas-​servizz taʼ l-​għalqa għall-​festa pubblika nhar il-​25 taʼ Diċembru.

15 min: “Għandna Bżonn Inżommu ż-​Żelu Tagħna fil-​Ministeru.”c Intervista pubblikatur magħruf għaż-​żelu li għandu fil-​ministeru. Mistoqsijiet x’tistaqsi: Xi sforzi kellek tagħmel sabiex iżżomm iż-​żelu tiegħek? X’għenek iżżomm dan iż-​żelu?

20 min: “Offri r-​Rivisti li Jixhdu għall-​Verità.”d Itlob kummenti dwar il-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Novembru 2006, paġna 8. Inkuraġġixxi l-​udjenza biex taqra t-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! taʼ Jannar-Marzu. Itlobhom biex iġibuhom magħhom fil-​laqgħa tal-​ġimgħa d-​dieħla.

Għanja 139

Ġimgħa li Tibda 24 taʼ Diċembru

Għanja 212

10 min: Avviżi lokali. Aqra r-​rapport tal-​kontijiet u l-​ittra taʼ ringrazzjament għad-​donazzjonijiet. Semmi l-​offerta taʼ letteratura għal Jannar u ħejji preżentazzjoni xierqa. Ħabbar l-​arranġamenti speċjali għas-​servizz taʼ l-​għalqa għall-​festa pubblika nhar l-​1 taʼ Jannar.

15 min: Kun Lest li Toffri r-​Rivisti Kurrenti. Diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażata fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! taʼ Jannar-Marzu. Wara li tgħid fil-​qosor x’fiha kull ħarġa, staqsi lill-​udjenza liema artikli jistgħu jinteressaw lin-​nies fit-​territorju u għala. Stieden lill-​udjenza biex tagħmel suġġerimenti billi tuża l-​artikli li bi ħsiebhom jippreżentaw. X’mistoqsija tistaʼ tagħmel biex tibda konversazzjoni? Liema skritturi fl-​artiklu jistgħu mbagħad jinqraw? B’liema mod l-​iskrittura għandha x’taqsam maʼ l-​artiklu? Uri kif kull rivista tistaʼ tiġi offruta billi tuża l-​preżentazzjonijiet provduti fil-​Ministeru tas-​Saltna jew xi preżentazzjoni suġġerita mill-​udjenza.

20 min: “Agħmilha l-​Mira Tiegħek li Tikkonduċi Studju tal-​Bibbja.”e Intervista wieħed jew tnejn li reċentement bdew studju tal-​Bibbja. Kif inbeda l-​istudju? Kif sejjer l-​istudju?

Għanja 21

Ġimgħa li Tibda 31 taʼ Diċembru

Għanja 89

5 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jagħtu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Diċembru.

15 min: Il-​Qawwa li Timmotiva tad-​Devozzjoni Lejn Alla. Taħdita inkuraġġanti bbażata fuq it-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Marzu, 1990, paġni 15-16.

25 min: “L-​Akbar Kampanja taʼ Ppridkar li Qatt Rat id-​Dinja!”f Stieden lill-​udjenza tikkummenta dwar ir-​reazzjoni pożittiva meta wriet id-​DVD Jehovah’s Witnesses​—Organized to Share the Good News (Ix-Xhieda taʼ Ġeħova—Organizzati biex Jaqsmu l-​Aħbar Tajba m’Oħrajn) lill-​qraba, lill-​ħbieb, liż-​żjajjar lura, u lill-​istudenti tal-​Bibbja.

Għanja 202

Ġimgħa li Tibda 7 taʼ Jannar

 Għal din il-​ġimgħa mhux se jkun hemm skeda għal-​laqgħa tas-​servizz ladarba l-​pubblikaturi kollha se jkunu qed igawdu l-​assemblea tas-​circuit.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

d Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

e Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

f Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja