Avviżi
◼ Mejju: Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Griega Kristjana (bi7-MT). Ġunju: Qim lill-Uniku Alla Veru flimkien mat-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Griega Kristjana (bi7-MT). Lulju u Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-Trinità?, “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda,” Ibqaʼ Għassa!, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, Veru li Alla Jimpurtah Minna?, X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, u X’Jiġrilna Meta Mmutu?, jew browxers magħżulin oħrajn li jistgħu jkunu adattati għat-territorju tiegħek.
◼ Il-ġemgħat taʼ l-anzjani għandhom jirrivedu l-ittra tal-25 taʼ Settembru, 2006, rigward it-tħejjijiet għal diżastri u jkunu ċerti li għandhom informazzjoni aġġornata dwar kif jistgħu jikkuntattjaw lil kull pubblikatur. Fi nħawi b’riskju taʼ diżastri, għandha tinkiseb iktar informazzjoni dwar il-kuntatti li għandhom isiru f’każ t’emerġenza. M’għandniex xi ngħidu, għal iktar sitwazzjonijiet t’emerġenza, ikun t’għajnuna meta l-pubblikaturi jgħidu lill-indokratur taʼ l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni tagħhom jew lil xi anzjan ieħor jekk mhux se jkunu d-dar għal perijodu twil taʼ żmien, bħal meta jkunu se jivvjaġġaw għal btala jew fuq xogħol, se jqattgħu xi żmien l-isptar, u affarijiet bħal dawn.
◼ Is-segretarji tal-kongregazzjonijiet għandhom iżommu provvista adegwata tal-formoli Applikazzjoni għas-Servizz taʼ Pijunier Regulari (S-205-MT) u Applikazzjoni għas-Servizz taʼ Pijunier Awżiljarju (S-205b-MT). Dawn jistgħu jinkisbu permezz tal-Literature Request Form (S-14). Żommu provvista minn taʼ l-inqas għal sena sħiħa. Qabel ma jintbagħtu l-formoli għall-applikazzjoni taʼ pijunier regulari fl-uffiċċju lokali, kunu ċerti li l-mistoqsijiet kollha jkunu ġew imweġbin.
◼ Jekk jogħġobkom innotaw li mhux se jkun hemm invit speċjali li jirreklama l-konvenzjoni distrettwali 2008. Madankollu qed nippjanaw għal kampanja globali u sinifikanti fil-futur qarib. Iktar dettalji rigward dan l-arranġament se jiġu provduti iktar tard.