Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 12 taʼ Mejju
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-Ministeru tas-Saltna. Permezz tas-suġġerimenti f’paġna 4 jew preżentazzjonijiet oħrajn adattati għat-territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġu offruti t-Torri taʼ l-Għassa t’April-Ġunju u Stenbaħ! t’April-Ġunju.
15 min: Nistgħu Nkampaw maʼ Kull Prova! Taħdita bbażata fuq It-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Ġunju, 2005, paġni 30-1. Stieden lil xi pubblikaturi bil-quddiem biex jikkummentaw dwar kif Ġeħova għenhom ikampaw maʼ prova partikulari.
20 min: Tistaʼ Taqdi Bħala Pijunier Awżiljarju Matul is-Sajf? Diskussjoni maʼ l-udjenza. Irrivedi paġni 112-13 fil-ktieb Organizzati filwaqt li ssemmi l-ħtiġijiet biex wieħed jaqdi bħala pijunier awżiljarju. Stieden lil dawk li użaw il-ġranet tal-leave mix-xogħol biex jaqdu bħala pijunieri awżiljarji ħalli jikkummentaw fuq il-barkiet li huma gawdew. Staqsi lil dawk li qdew bħala pijunieri awżiljarji matul il-vaganzi taʼ l-iskola biex jikkummentaw dwar kif oħrajn inkuraġġewhom u għenuhom. Ix-xogħol taʼ pijunier awżiljarju kif għenhom jagħmlu progress spiritwali? X’ferħ esperjenzaw? Inkuraġġixxi lil dawk kollha li jikkwalifikaw biex jikkunsidraw ix-xogħol taʼ pijunier matul ix-xhur tas-sajf.
Ġimgħa li Tibda 19 taʼ Mejju
10 min: Avviżi lokali. Irrivedi l-Kaxxa għall-Mistoqsija.
15 min: Bżonnijiet lokali.
20 min: “Jistaʼ Jkollok Rikkezzi!”a Ikkummenta dwar il-kwalifiki għal pijunieri regulari li jinsabu f’paġni 113-14 tal-ktieb Organizzati. Dawk li jixtiequ jibdew ix-xogħol taʼ pijunier fl-1 taʼ Settembru għandhom jagħtu l-applikazzjoni tagħhom kemm jistaʼ jkun malajr.
Ġimgħa li Tibda 26 taʼ Mejju
10 min: Avviżi lokali. Aqra r-rapport tal-kontijiet u l-ittra taʼ ringrazzjament għad-donazzjonijiet. Fakkar lill-pubblikaturi biex jagħtu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Mejju. Permezz tas-suġġeriment f’paġna 4 jew preżentazzjonijiet oħrajn adattati għat-territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġu offruti t-Torri taʼ l-Għassa t’April-Ġunju u Stenbaħ! t’April-Ġunju. Qanqal l-entużjażmu għall-ministeru taʼ l-għalqa għas-Sibt, 7 taʼ Ġunju, li hija festa pubblika.
15 min: “Ħudu l-Madmad Tiegħi Fuqkom.”b Skond kemm jippermetti l-ħin, stieden l-udjenza biex tikkummenta fuq l-iskritturi ċitati.
20 min: Offri l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? matul Ġunju. Taħdita u turijiet. Irrivedi xi ftit eżempji taʼ preżentazzjonijiet mill-insert tal-Ministeru tas-Saltna taʼ Jannar 2006. Inkludi turija maqsuma f’żewġ partijiet. Uri kif il-ktieb jistaʼ jiġi offrut u mbagħad kif tagħmel żjara lura bil-mira li jinbeda studju tal-Bibbja.
Ġimgħa li Tibda 2 taʼ Ġunju
10 min: Avviżi lokali.
20 min: Dawk Onesti Jirċievu Barkiet bil-Kotra. (Prov. 28:20) Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza mis-segretarju. Fil-qosor semmi kif Ġeħova bierek l-isforzi li għamlu l-pubblikaturi tal-kongregazzjoni biex iżidu l-attività tagħhom matul Marzu, April, u Mejju, u faħħarhom. Ħabbar in-numru tal-pijunieri awżiljarji, kemm studji tal-Bibbja ġodda nbdew, u affarijiet tajbin oħrajn li twettqu fil-ministeru. Stieden lill-udjenza tirrakkonta esperjenzi b’konnessjoni mat-Tifkira u mal-kampanja tat-tqassim taʼ l-inviti. Esperjenzi sbieħ fis-servizz taʼ l-għalqa jistgħu jiġu reċtati. Intervista fil-qosor tnejn jew tliet pubblikaturi rigward il-barkiet li huma gawdew bħala pijunieri awżiljarji.
15 min: ‘Kunu Lesti għal Kull Għemil Tajjeb.’c Stieden lil dawk fl-udjenza biex jirrakkontaw kif u meta jippreparaw għall-ministeru meta jmorru minn bieb għal bieb.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
c Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.