LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/08 p. 1
  • ‘Kunu Lesti għal Kull Għemil Tajjeb’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Kunu Lesti għal Kull Għemil Tajjeb’
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Materjal Simili
  • Uri Interess Persunali—Billi Tkun Preparat
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Kif Tipprepara Preżentazzjoni bir-Rivisti
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Kif Nużaw l-Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Intejbu l-​abbiltajiet tagħna fil-​ministeru—Nippreparaw l-​introduzzjoni tagħna
    Il-Ministeru tas-Saltna—2014
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2008
km 5/08 p. 1

‘Kunu Lesti għal Kull Għemil Tajjeb’

1 Meta Ġesù beda kampanja ġdida taʼ ppridkar, hu ħa l-​ħin biex jipprepara lid-​dixxipli tiegħu. (Mt. 10:5-14) Għalkemm ilkoll kemm aħna għandna x’nagħmlu, preparazzjoni saħansitra taʼ ftit minuti qabel ma nieħdu sehem fil-​ministeru minn bieb għal bieb se tgħinna naħsdu riżultati mill-​aqwa.—2 Kor. 9:6.

2 Kif Tipprepara: Preparazzjoni tajba tibda billi nsiru familjari maʼ l-​informazzjoni fil-​letteratura li nippjanaw li noffru. Irridu wkoll naħsbu dwar in-​nies fit-​territorju tagħna. Liema suġġetti jikkonċernawhom? Liema twemmin reliġjuż x’aktarx li jitkellmu dwaru? Għal iktar ideat, nistgħu naraw l-​eżempji tal-​preżentazzjonijiet li nsibu fil-​Ministeru tas-​Saltna u fil-​ktieb Reasoning From the Scriptures.

3 Se niġu megħjunin ukoll meta nisimgħu b’attenzjoni t-​turijiet mogħtijin fil-​Laqgħa tas-​Servizz. Hekk kif niksbu l-​esperjenza f’li nużaw il-​preżentazzjoni tagħna, se jkollna bżonn inqas ħin biex nippreparaw. Madankollu, jekk kull darba li mmorru fuq il-​ministeru nieħdu ftit ħin minn qabel biex naħsbu dwar dak li se ngħidu u nkomplu nirfinaw il-​preżentazzjoni tagħna, se nkunu iktar effettivi. Irridu wkoll niċċekkjaw li l-​basket li nużaw għall-​ministeru fih il-​letteratura kollha li se niġu bżonn.

4 X’se jgħinna niftakru l-​preżentazzjoni tagħna? Mod wieħed kif nistgħu nżommu f’moħħna dak li rridu ngħidu hu billi nipprattikaw b’leħen għoli. Xi wħud jieħdu gost jagħmlu sessjonijiet taʼ prattika waqt l-​istudju tal-​familja tagħhom. Oħrajn isibuha t’għajnuna li jiktbu l-​preżentazzjoni tagħhom fil-​qosor fuq biċċa karta u jagħtuha daqqa t’għajn qabel ma jħabbtu l-​bieb.

5 Għala taʼ Benefiċċju: Preparazzjoni tajba se żżid maʼ li nkunu effettivi u jkollna l-​ferħ fil-​ministeru. Se tgħinna nkunu rilassati u inqas nervużi minn bieb għal bieb. Se nkunu kapaċi nagħtu iżjed attenzjoni lill-​inkwilin minflok ma nkunu preokkupati dwar dak li se ngħidu. Barra minn hekk, il-​fatt li nkunu familjari mal-​letteratura se jgħinna nkunu iktar entużjastiċi meta noffruha.

6 L-​Iskrittura tħeġġiġna biex ‘inkunu lesti għal kull għemil tajjeb.’ (Titu 3:1) Liema xogħol aħjar hemm minn dak li nippridkaw l-​aħbar tajba? Permezz taʼ preparazzjoni tajba, aħna nuru rispett lejn l-​inkwilin li jaċċetta li jismaʼ u lejn Ġeħova, l-​Alla li aħna nirrappreżentaw.—Is. 43:10.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja